This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0367
Case C-367/12: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 13 February 2014 (request for a preliminary ruling from the Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich (Austria)) — Proceedings initiated by Susanne Sokoll-Seebacher (Freedom of establishment — Public health — Article 49 TFEU — Pharmacies — Adequate supply of medicinal products to the public — Operating authorisation — Territorial distribution of pharmacies — Establishment of limits essentially based on a demographic criterion — Minimum distance between pharmacies)
Kawża C-367/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Susanne Sokoll-Seebacher (Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Artikolu 49 TFUE — Spiżeriji — Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-operat — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku — Distanza minima bejn l-ispiżeriji)
Kawża C-367/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Susanne Sokoll-Seebacher (Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Artikolu 49 TFUE — Spiżeriji — Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-operat — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku — Distanza minima bejn l-ispiżeriji)
ĠU C 93, 29.3.2014, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Susanne Sokoll-Seebacher
(Kawża C-367/12) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Artikolu 49 TFUE - Spiżeriji - Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-operat - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku - Distanza minima bejn l-ispiżeriji)
2014/C 93/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Susanne Sokoll-Seebacher
Fil-preżenza ta’: Agnes Hemetsberger, aventi kawża ta’ Susanna Zehetner
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 16 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ konċessjoni għall-ġestjoni ta’ spiżerija għal evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq ibbażata fuq numru ta’ kriterji kumplessi u kważi imprevedibbli.
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE, b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ koerenza sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi, bħala kriterju essenzjali sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ bżonn għall-istabbiliment ta’ spiżerija ġdida, limitu riġidu ta’ “persuni li dejjem għandhom jiġu fornuti”, sa fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkollhomx il-possibbiltà li jidderogaw minn dan il-limitu biex ikunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari lokali.