Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0517(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Mejju 2013 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

ĠU C 138, 17.5.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2013

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2013/C 138/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta' Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-17 ta' Mejju 2011 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta' Tmexxija, inkluż wieħed mid-Danimarka.

(3)

Il-Gvern Daniż informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Daniż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Peter ØSTERGÅRD HAVE ta' nazzjonalità Daniża, imwieled fit-13 ta' Diċembru 1976, huwa b'dan maħtur membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Eskil Toft THUESEN għall-perijodu mit-13 ta' Mejju 2013 sal-31 ta' Mejju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.


Top