Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0065

    Kawża F-65/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 243, 11.8.2012, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/34


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-65/12)

    2012/C 243/60

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance tal-familja lil iben il-konjuġi tiegħu, imwieled minn żwieġ preċedenti.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2011 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tal-20 ta’ Lulju 2011 li jirċievi, fir-rigward ta’ iben il-konjuġi tiegħu, allowance tal-familja kif ukoll il-benefiċċji derivati u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali;

    sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2012;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top