EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0271

Kawża C-271/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fl- 1 ta’ Ġunju 2012 — Petroma Transports SA, Martens Energie SA, Martens Immo SA, Martens SA, Fabian Martens, Geoffroy Martens, Thibault Martens vs État belge

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fl-1 ta’ Ġunju 2012 — Petroma Transports SA, Martens Energie SA, Martens Immo SA, Martens SA, Fabian Martens, Geoffroy Martens, Thibault Martens vs État belge

(Kawża C-271/12)

2012/C 243/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petroma Transports SA, Martens Energie SA, Martens Immo SA, Martens SA, Fabian Martens, Geoffroy Martens, Thibault Martens

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

(1)

Stat Membru jista’ b’mod legali jirrifjuta t-tnaqqis fir-rigward ta’ persuni taxxabbli, utenti ta’ servizzi, li jkollhom fatturi difettużi iżda kkompletati bil-produzzjoni ta’ informazzjoni maħsuba sabiex tipprova r-realtà, in-natura u l-ammont tat-tranżazzjonijiet iffatturati (kuntratti, stabbiliment mill-ġdid taċ-ċifri abbażi ta’ dikjarazzjonijiet mill-uffiċju nazzjonali tas-sigurtà soċjali, informazzjoni fuq il-funzjonament tal-grupp involut…)?

(2)

Stat Membru li jirrifjuta t-tnaqqis fir-rigward ta’ persuni taxxabbli u utenti ta’ servizzi abbażi ta’ fatturi impreċiżi ma għandux jikkonstata li l-fatturi huma għalhekk u bl-istess mod wisq impreċiżi sabiex ikun permess il-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)? Għaldqastant, Stat Membru ma huwiex obbligat jagħti, lill-kumpanniji fornituri ta’ servizzi b’hekk ikkontestati, il-ħlas lura tal-VAT li kienet tħallset lilu, bil-għan li jiġi żgurat il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT?


Top