Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0440

Kawża T-440/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Ġunju 2012 — Azienda Agricola Bracesco vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbilità mhux kuntrattwali — Agrikoltura — Influwenza avjarja — Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur — Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ summien fost l-ispeċi ta’ tjur li jagħtu dritt għal kumpens — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Nuqqas ta’ rabta kawżali — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Azienda Agricola Bracesco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/09) (1)

(Responsabbilità mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Influwenza avjarja - Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur - Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ summien fost l-ispeċi ta’ tjur li jagħtu dritt għal kumpens - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Nuqqas ta’ rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2012/C 217/47

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Azienda Agricola Bracesco Srl – in liquidazione (Orgiano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Tosello, S. Rizzioli u C. Pauly, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006, tat-3 ta’ Lulju 2006, li jikkonċerna ċerti miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur f’ċerti Stati Membri (ĠU L 180 p. 3), inkwantu ma jipprovdix tali miżuri favur il-bdiewa tat-tjur involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-summien.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

Azienda Agricola Bracesco Srl – in liquidazione għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


Top