Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0182

    Kawża C-182/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fid- 19 ta’ April 2012 — Gábor Fekete vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fid-19 ta’ April 2012 — Gábor Fekete vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

    (Kawża C-182/12)

    2012/C 217/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Székesfehérvári Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Gábor Fekete

    Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

    Domanda preliminari

    Skont l-Artikolu 561(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, (iktar ’il quddiem, id-“dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-KDK”), l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-proprjetarju tal-mezz ta’ trasport stabbilit f’pajjiż barra mit-territorju tal-Komunità hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit l-użu privat ta’ mezz ta’ trasport jew huwa l-każ li l-użu privat ta’ mezz ta’ trasport huwa possibbli biss fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol meta dan ikun previst (mill-proprjetarju) fil-kuntratt tax-xogħol?


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)


    Top