Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0164

    Kawża C-164/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit- 3 ta’ April 2012 — DMC Beteiligungsgesellschaft mbH vs Finanzamt Hamburg-Mitte

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2012 — DMC Beteiligungsgesellschaft mbH vs Finanzamt Hamburg-Mitte

    (Kawża C-164/12)

    2012/C 217/09

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: DMC Beteiligungsgesellschaft mbH

    Konvenut: Finanzamt Hamburg-Mitte

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 43 KE (jew l-Artikolu 49 TFUE) jawtorizza leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ kontribuzzjoni ta’ ishma ta’ imprendituri lill-kumpannija b’kapital azzjonarju, il-valur tal-patrimonju kkontribwit għandu imperattivament jiġi stabbilit skont il-valur parzjali (b’mod li, minħabba l-iżvelar ta’ riżervi moħbija, jirriżulta profitt mill-bejgħ favur il-kontributur), sa fejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma għandhiex id-dritt li tintaxxa l-profitt magħmul mill-bejgħ tal-ishma l-ġodda tal-kumpannija mogħtija lill-kontributur meta ssir il-kontribuzzjoni in natura u bi skambju ta’ tali kontribuzzjoni?

    (2)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 43 KE (jew l-Artikolu 49 TFUE) jawtorizza leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-kontributur id-dritt li jitlob, fir-rigward tat-taxxa dovuta wara l-iżvelar ta’ riżervi moħbija, sospensjoni tal-ħlas mingħajr interessi fis-sens li l-ħlas tat-taxxa dovuta li tirriżulta minn profitt mill-bejgħ jista’ jsir bin-nifs fuq perijodu ta’ diversi snin, jiġifieri b’minimu ta’ 20 % tal-ħlas fis-sena, sa fejn il-ħlas ta’ dawn il-pagamenti parzjali jkun iggarantit?


    Top