Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2011P0015

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Oslo tingrett tal- 11 ta’ Novembru 2011 fil-kawża Arcade Drilling AS v Staten v/Skatt Vest (Kawża E-15/11)

ĠU C 128, 3.5.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/8


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Oslo tingrett tal-11 ta’ Novembru 2011 fil-kawża Arcade Drilling AS v Staten v/Skatt Vest

(Kawża E-15/11)

2012/C 128/04

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Novembru 2011 minn Oslo tingrett (il-Qorti Distrettwali ta’ Oslo), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-28 ta’ Novembru 2011, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Arcade Drilling v Staten v/Skatt Vest, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

(1)

Hija restrizzjoni skont l-Artikolu 31 taż-ŻEE, ara l-Artikolu 34 taż-ŻEE, li tiġi imposta taxxa ta' likwidazzjoni fuq kumpanija jekk il-liġi nazzjonali tal-kumpaniji teżiġi obbligu biex il-kumpanija tiġi likwidata minħabba li l-kumpanija de facto ittrasferiet il-kwartieri ġenerali tagħha min-Norveġja għal Stat ieħor taż-ŻEE?

Huwa ta' xi sinifikat li ma jingħatax differiment għall-ħlas tat-taxxa sakemm isseħħ il-likwidazzjoni, jekk fil-fatt isseħħ?

(2)

Fil-każ li l-qorti distrettwali tiddeċiedi li teżisti restrizzjoni: liema kriterji se jkunu deċiżivi biex jiġi determinat jekk ir-regolament nazzjonali jsegwix għanijiet ta' interess pubbliku prevalenti jew jekk huwiex xieraq u meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet?


Top