Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG1209(02)

    Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill

    ĠU C 359, 9.12.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/9


    Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill

    2011/C 359/06

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 ġie definittivament adottat fil-15 ta' Diċembru 2010 (3),

    (2)

    Fit-18 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011,

    (3)

    Minħabba li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-2011 jeħtieġ li jiġi implimentat fis-sena finanzjarja 2011 għal raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja sana, huwa ġġustifikat li jitnaqqsu l-perijodu ta' tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem għat-tqegħid tal-punt fl-aġenda proviżorja tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fit-30 ta' Novembru 2011.

    It-test sħiħ jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. VINCENT-ROSTOWSKI


    (1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

    (2)  ĠU L 311, 26.11.2011, p. 9.

    (3)  ĠU L 68, 15.3.2011.


    Top