This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0264
Case T-264/11 P: Appeal brought on 21 May 2011 by Carlo De Nicola against the judgment of the Civil Service Tribunal of 8 March 2011 in Case F-59/09, De Nicola v EIB
Kawża T-264/11 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit- 8 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/09, De Nicola vs BEI
Kawża T-264/11 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit- 8 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/09, De Nicola vs BEI
ĠU C 211, 16.7.2011, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/30 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/09, De Nicola vs BEI
(Kawża T-264/11 P)
2011/C 211/64
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Parti l-oħra fil-proċedura: Bank Ewropew għall-Investiment
Talbiet
L-appellant jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu, fil-grad ta’ appell, filwaqt li jiċħad it-talbiet kollha kuntrarji, jirriforma parzjalment is-sentenza appellata u:
— |
jaċċetta t-talbiet istruttorji u jilqa’ l-kumplament tal-kapijiet tat-talbiet ippreżentati fil-kuntest tar-rikors amministrattiv; |
— |
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.
It-talbiet għall-annullament
(1) |
L-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku injora kompletament it-talba tiegħu għall-annullament tan-nota ta’ servizz Nru HR/Coord/2008-0038/BK tat-22 ta’ Settembru 2008, għalkemm it-Tribunal irrefera għad-difiża tal-BEI li jsostni li għandu dritt li la jipprovdi kopja tar-reġistrazzjoni orali tal-laqgħa quddiem il-Kumitat tal-Appell u lanqas il-minuti tal-laqgħa lill-appellant, b’dan il-mod, bħala konklużjoni, il-BEI huwa ħieles li jbiddel il-fatti, peress li ma jkunx possibbli li tiġi prodotta evidenza kuntrarja. |
(2) |
L-appellant talab ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’mod analogu għall-proċedura tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, kien tal-fehma li l-identità tat-talbiet (proposta l-ewwel fil-proċedura amministrattiva u mbagħad quddiem it-Tribunal) tawtorizza lil dan tal-aħħar jeżamina biss t-tieni talba u li jqis li l-ewwel talba kienet diġà ġiet eżaminata kompletament. L-appellant jirrifjuta l-applikazzjoni tal-Artikolu 90 iċċitat iktar ’il fuq u huwa tal-fehma li għandu dritt għad-dikjarazzjoni ta’ annullament, peress li dak id-dokument jagħmel parti mill-fajl personali tiegħu u jista’ jikkundizzjona b’mod negattiv il-karriera futura tiegħu. |
(3) |
Fl-aħħarnett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad it-talba għall-annullament tal-promozzjonijiet peress li ġiet ippreżentata tard. De Nicola jiddikjara li d-deċiżjoni hija illegali abbażi ta’ erba’ aggravji. |
Fuq it-talba għal dikjarazzjoni
(4) |
L-appellant talab lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jaċċerta u jiddikjara li l-fastidju li ilu jġarrab għal dawn l-aħħar 18-il sena għandhom jiġu kkunsidrati fl-intier tagħhom u jikkostitwixxu dak li d-duttrina u l-ġurisprudenza rigward id-dritt tax-xogħol jirreferu għalih bħala “mobbing” (fastidju psikoloġiku). Rigward dan il-punt l-appellant jilmenta dwar l-inadegwatezza tad-dokument intitolat “Politika tar-rispett tad-dinjità tal-persuna fuq il-post tax-xogħol” (li lanqas biss jagħti definizzjoni ta’ “mobbing”) u jikkontesta d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li qies bħala inammissibbli t-talba, peress li kienet initiża li tikseb dak li huwa pprojbit, jiġifieri, dikjarazzjonijiet dwar prinċipju jew inġunzjonijiet fil-konfront tal-BEI. Fil-fatt, l-appellant jikkunsidra li t-talba tiegħu ma ġietx interpretata kif suppost, peress li huwa talab li jiġu kkonstatati l-abbużi li saru minn xi impjegati fil-konfront tiegħu, li jiġi stabbilit jekk dan il-fastidju, ikkunsidrat fl-intier tiegħu, kienx jikkostitwixxi ksur kif iddefinit mit-terminu “mobbing” u li l-BEI jitqies responsabbli għal dak l-aġir, fil-kwalità tiegħu ta’ mandatarju. |
(5) |
Minn perspettiva oħra, l-appellant appella mid-deċiżjoni sa fejn, bi ksur tal-Artikolu 41 tar-Regolament għall-Persunal, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sostna li kien neċessarju, li ma kienx il-każ, li ssir analoġija u ħoloq huwa stess sistema applikabbli għall-BEI, bi ksur tad-dritt tiegħu għall-awtonomija. |
(6) |
Barra minn hekk, l-imħallef a quo applika, b’mod żbaljat, fir-rigward ta’ kuntratt ta’ xogħol privat regoli li kienu applikabbli biss għall-impjegati pubbliċi u, agħar minn hekk, applika fir-rigward tal-fatti illegali mwettqa minn xi wħud mill-impjegati, ir-regoli applikabbli għall-atti amministrattivi. |
It-talbiet quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
(7) |
L-appellant jinvoka tlett aggravji għal kundanna: 1. waqfien tal-attività tal-“mobbing”, 2. kumpens għad-danni fiżiċi, morali u materjali u 3. ħlas tal-ispejjeż tal-kawża. Fir-rigward tal-ewwel talba, it-Tribunal lanqas ħa deċiżjoni. Fir-rigward tat-tieni talba, t-Tribunal ċaħadha wara li interpretaha b’mod żbaljat, peress li l-appellant talab ċertu kumpens minħabba l-aġir illegali tal-BEI, indipendentement mill-mod kif jista’ jiġi kklassifikat dan l-aġir meta tiġi evalwata t-talba fl-intier tagħha. Fi kwalunkwe każ, [l-appellant] jqis li din it-talba ma hijiex inammissibbli fin-nuqqas ta’ “kwalunwke att li jikkawża dannu” li fir-rigward tiegħu jistgħu jsiru talbiet kumpensatorji. Dan minħabba l-fatt li r-relazzjoni ta’ xogħol hija ta’ natura privata, u hawn inkwistjoni fatti illegali u mhux atti. It-tielet kap ta’ talba għal kundanna ġie miċħud peress li t-Tribunal assuma, u dan ma huwiex minnu, li l-appellant ma kienx talab li l-BEI jiġi kkundannat għall-ispejjeż. |