Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1127(03)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    ĠU C 322, 27.11.2010, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 322/31


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    2010/C 322/10

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    DOKUMENT UNIKU

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    “ΚΑΤΣΙΚΑΚΙ ΕΛΑΣΣΟΝΑΣ” (KATSIKAKI ELASSONAS)

    Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0734-14.01.2009

    IĠP ( ) DPO ( X )

    1.   Isem:

    “Κατσικάκι Ελασσόνας” (Katsikaki Elassonas)

    2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

    Il-Greċja

    3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

    3.1.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.1 –

    Laħam (u l-ġewwieni)

    3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

    Laħam frisk minn gidien li għadhom jerdgħu ta' età bejn 30-55 jum, li jiżnu bejn 5,5-9,0 kg u li twieldu minn mogħoż li għandhom il-karatteristiċi fenotipiċi ta' razez indiġeni Griegi li jitrabbew fl-art prinċipali tal-Greċja. L-annimali għandhom dawn il-karatteristiċi fenotipiċi li ġejjin: tul medju, żvilupp fiżiku tajjeb, daqs proporzjonat, b'firxa ta' kuluri, iżda l-iktar suwed, b'suf twil, bil-qrun, b'widnejn ta' daqs medju, b'saqajn qosra iżda b'saħħithom, eċċezzjonalment reżistenti, ma jiklux ħafna, b'temperament qawwi, adattati għal klima sħuna u niexfa, mergħat foqra u kundizzjonijiet estensivi ta' għalf, jiżviluppaw tard sesswalment, b'inċidenza baxxa ta' twelid mutliplu, produzzjoni baxxa ta' ħalib (il-ħalib għandu livelli għoljin ta' xaħam (5 %) u proteina (3,5 %)), reżistenti għal kundizzjonijiet estremi ta' temp, reżistenti għal mard u jifilħu jimxu distanzi twal. Dawn il-popolazzjonijiet ta' mogħoż ġejjin mir-razza lokali Griega (Capra prisca), jew huma mħalltin ma' bdabad tar-razza Skopelos. Il-mogħoż jgħixu f'kundizzjonijiet estensivi jew semiestensivi fil-Provinċja ta' Elassona, kif inhu ddefinit u ddelimitat ir-reġjun hawn taħt, u jirgħu f'mergħat fuq muntanji f'altitudni għoljin ('il fuq minn 250 m).

    Il-laħam jinbiegħ frisk biss, bħala (a) karkassa sħiħa, (b) nofs karkassa jew (c) f'biċċiet.

    Karatteristiċi organolettiċi tal-laħam “Katsikaki Elassonas”

    Il-laħam “Katsikaki Elassonas” għandu aroma karatteristika u riħa u togħma tajbin; huwa laħam tari u mmerraq b'pH ta' 7,0-7,2. Hemm saff irqiq ħafna, kważi ma jidhirx, ta' xaħam mingħajr xaħam taħt il-ġilda, u karkassa mgħaddma b'livelli għoljin ta' aċidu linoleniku. Il-laħam huwa ta' kulur li jvarja minn abjad għal roża ċar, skont ir-regolamenti Komunitarji. Jaqa' taħt il-kategorija ta' gidien ħfief skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

    Karatteristiċi kimiċi tal-laħam “Katsikaki Elassonas”:

    Katsikaki Elassonas

    Indewwa %

    (valur medju)

    Proteina %

    (valur medju)

    Xaħam %

    (valur medju)

    Irmied %

    (valur medju)

     

    77,71

    19,63

    1,02

    1,18


    Lewn tal-laħam

    L = 43,17 + 0,46

    Luminarju

    a = 7,28 + 0,79

    Aħmar

    b = 10,40 + 0,63

    Isfar

    3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss):

    3.4.   Għalf (għal prodotti li ġejjin minn annimali biss):

    Sakemm jasal żmien il-qatla, il-gidien jingħalfu esklussivament mill-ħalib tal-mogħża omm. Il-mogħoż jirgħu liberament f'mergħat fuq muntanji (ogħla minn 250 m) u fuq art bil-ħaxix artifiċjali. Għalf ieħor kumplimentari (l-aktar ċereali, legumi, ħaxix, tiben, silla u prodotti taż-żerriegħa taż-żejt) imkabbar ġeneralment fiż-żona ġeografika ddefinita, kif ukoll vitamini u minerali jingħataw għal perjodu bejn 3-5 xhur. Billi mhumiex permessi insettiċidi, pestiċidi u fertilizzanti artifiċjali, l-artijiet żgħar b'ħaxix artifiċjali huma fertilizzati b'demel naturali ta' annimali taż-żona ġeografika.

    3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

    Gidien li jinqatlu jistgħu jingħataw biss l-isem “Katsikaki Elassonas” jekk:

    (a)

    iż-żewġ ġenituri tagħhom kien ilhom jitrabbew fiż-żona definita għal tal-anqas tmien xhur qabel it-tgħammir;

    (b)

    il-gidien iridu wkoll ikunu mwielda u mkabbra sakemm jaslu għal qatla fiż-żona definita.

    3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

    3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

    It-tikketta li ġejja trid titpoġġa fuq karkassi sħaħ, nofs karkassi u biċċiet:

    Image

    4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

    Iż-żona tikkonsisti:

    (a)

    mill-Provinċja ta' Elassona, il-Prefettorat ta' Larissa, u

    (b)

    mid-distrett ta' Damasios fil-Muniċipalità ta' Tirnavos tal-istess prefettorat.

    5.   Rabta maż-żona ġeografika:

    5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

    Iż-żona ġeografika ddefinita hija muntanjuża u semimuntanjuża b'altitudnijiet li jvarjaw minn 250 m sa 2 550 m. Sittin fil-mija taż-żona hija miksija b'mergħat b'varjetà kbira ta' ħaxix, ħxejjex aromatiċi u pjanti aromatiċi. L-art li hi tajba għall-mergħa fil-Provinċja ta' Elassona tinkludi mergħat naturali, art agrikola użata għat-tkabbir tal-għalf tal-annimali, art mhux maħduma u mergħat staġjonali. Il-mergħat naturali huma koperti b'ħaxix għall-mergħa, ħaxix selvaġġ li jikber waħdu, u art parzjalment imsaġġra. Il-karatteristika ewlenija tar-reġjun hija l-okkorrenza għolja ta' bijodiversità tal-flora, b'ħafna tipi ta' pjanti aromatiċi.

    Il-veġetazzjoni erbaċja tikkonsisti prinċipalment minn ħaxix, u mbagħad minn legumi u komposti. L-iktar familji sekondarji komuni li jeżistu huma Festuceae, Hordeae, Pemineae, Aerostideae, Phalatideae u Aneneae. Il-pjanti erbaċji l-iktar komuni jinkludu Festuca rubra, Dactylis glomerata, Bromus sp., Trifolium sp., Stipa sp., Lolium sp., eċċ. Il-ħaxix selvaġġ li jikber waħdu jikkontribwixxi sinifikatament biex jilħaq mal-ħtiġijiet tal-annimali billi jipprovdi kemm ħaxix żgħir kif ukoll veġetazzjoni erbaċja li tikber għad-dell tal-kuruna tal-pjanta; il-kapaċità tal-mergħa hija 1.39 unitajiet ta' bhejjem.

    Il-popolazzjonijiet lokali tal-mogħoż huma żgħar, ma jiklux ħafna, u adattati għat-territorju muntanjuż u semimuntanjuż taż-żona ġeografika ddefinita. Fil-Provinċja ta' Elassona t-trobbija estensiva tal-mogħoż hija parti integrali mill-kultura u l-konservazzjoni tal-ambjent naturali u parti essenzjali mill-ħajja ta' kuljum.

    5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

    Il-karkassa ta' mogħża “Katsikaki Elassonas” maqtula għandha kopertura uniformi ta' muskoli. Il-karkassa hija ħafifa, b'saff irqiq ħafna kważi ma jidhirx ta' xaħam mingħajr xaħam taħt il-ġilda. Il-“Katsikaki Elassonas” ikollha livell ogħla ta' proteina (19,63 %) minn dak li għandhom gidien imrobbija f'reġjuni oħra (18,9 %), ix-xaħam totali huwa inqas minn 1,02 % meta mqabbel ma' 4,83 % f'reġjuni oħra, u l-laħam għandu lewn bejn abjad u roża ċar, filwaqt li l-gidien imrobbija f'żoni iżjed baxxi għandhom laħam kemxejn ħamrani. L-analiżi tal-aċidi tax-xaħam mill-karkassi wriet li l-gidien ta' Elassona għandhom livelli ogħla ta' aċidu linoleniku (C18:3) minn dawk taż-żoni aktar baxxi. Il-gidien ta' Elassona għandhom laħam tari, immerraq b'aroma karatteristika, u riħa u togħma tajba, anke ta' età akbar. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, hemm domanda għolja għal-laħam “Katsikaki Elassonas” f'bosta żoni urbani: eż. Larissa, Katerini, Ateni, Tessaloniki, Kreta u f'pajjiżi oħra.

    5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP):

    Il-karatteristiċi ta' kwalità tal-laħam “Katsikaki Elassonas” ġejjin minħabba l-ħamrija partikolari u l-kundizzjonijiet tat-temp taż-żona (art muntanjuża u semimuntanjuża), li hija rikka b'veġetazzjoni, b'varjetà kbira ta' pjanti (1 700 speċi jinsabu fuq il-Muntanja Olimpu biss) u b'ħafna pjanti aromatiċi. L-annimali li jirgħu fil-mergħat muntanjużi u semimuntanjużi ta' Elassona jieklu varjetà kbira ta' ħaxix, ħxejjex aromatiċi u pjanti. Sikwit huma jimxu distanzi twal u dan jagħtihom forma fiżika differenti minn ta' annimali li jitrabbew f'altitudnijiet aktar baxxi, u partikolarment, annimali li jitrabbew fil-magħluq. L-aġenti antiossidanti f'bosta pjanti aromatiċi jagħtu lill-ħalib tal-mogħoż, u partikolarment, lil-laħam tal-gidien aroma u togħma partikolari u tipika, u b'hekk huma popolari ferm mal-konsumaturi.

    Hemm rabta pożittiva bejn l-intensità tal-aroma u l-aċidu linoleniku (C18:3) li jinsab fi kwantitajiet akbar f'annimali mkabbra liberi f'mergħat, u bejn dawn il-kwalitajiet imfittxija fil-laħam tal-gidien li jerdgħu, u l-ħamrija, il-veġetazzjoni u l-mikroklima tal-Provinċja ta' Elassona.

    Saru testijiet tal-aċidu tax-xaħam fuq gidien tal-Elassona u dawn urew livelli ogħla ta' aċidu linoleniku (C18:3) minn dawk ta' gidien imrobbija f'żoni aktar baxxi. L-aroma hija affettwata wkoll bil-mod li jingħalef u jitrabba l-annimal, ir-razza tiegħu, l-età, u s-sitwazzjoni riproduttiva.

    Il-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam ta' “Katsikaki Elassonas” ġejjin:

    (a)

    mir-razez lokali żgħar ta' mogħoż, li ma jiklux ħafna, huma b'saħħithom u adattati totalment għall-ambjent ġeografiku partikolari;

    (b)

    mit-trobbija fil-miftuħ u r-ragħa tal-mogħoż kuljum fuq mergħat;

    (c)

    mill-varjetà kbira ta' veġetazzjoni, ħaxix, ħxejjex aromatiċi u pjanti aromatiċi;

    (d)

    mill-firxa ta' altitudnijiet (250 m-2 550 m);

    (e)

    mill-ħamrija u l-mikroklima tar-reġjun;

    (f)

    mill-fatt li l-gidien jingħataw esklussivament il-ħalib tal-mogħża omm bħala għalf;

    (g)

    mil-livelli għoljin ta' aċidu tax-xaħam linoleniku (C18:3);

    (h)

    mill-perjodu qasir ta' żmien li fih prodotti ta' għalf kumplimentari, li jiġu prodotti l-iktar fil-Provinċja ta' Elassona, jingħataw lill-mogħoż ommijiet.

    It-trobbija tal-mogħoż u l-produzzjoni tal-laħam “Katsikaki Elassonas” huma attivitajiet storiċi, u affermati matul is-sekli; il-laħam jinbiegħ f'Larissa, Katerini, Ateni, Tessaloniki, u f'pajjiżi barranin (l-Italja, Spanja u Ċipru).

    Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

    (L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    http://www.minagric.gr/greek/data/Προδιαγραφές%20προϊόντος%20ΚΑΤΣΙΚΑΚΙ%20ΕΛΑΣΣΟΝΑΣ.doc


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top