This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2010/187/06
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5901 — Montagu/GIP/Greenstar) Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5901 – Montagu/GIP/Greenstar) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5901 – Montagu/GIP/Greenstar) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 187, 10.7.2010, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5901 – Montagu/GIP/Greenstar)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 187/06
1. |
Fit-30 ta’ Ġunju 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Montagu Private Equity LLP (“Montagu”, ir-Renju Unit) u Global Infrastructure Partners – (“GIP”, l-Istati Uniti), ikkontrollata b'mod konġunt minn General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti), Credit Suisse Groupe (“CSG”, l-Isvizzera) u Global Infrastructure Management Participation LLC (“GIMP”, l-Istati Uniti), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Greenstar Holdings Ltd u s-sussidjarji tagħha (“Greenstar”, ir-Renju Unit u Wales), proprjetà ta' NTR (“NTR”, l-Irlanda) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5901 – Montagu/GIP/Greenstar, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).