EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XX0213(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal- 11 ta’ Diċembru 2009 fit-3pm rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.350 – Microsoft – Rapporteur: Franza

ĠU C 36, 13.2.2010, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2009 fit-3pm rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.350 – Microsoft

Rapporteur: Franza

2010/C 36/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv għandu l-istess tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 102 TFEU u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE tal-imġiba ta’ Microsoft kif espressa fl-abbozz ta’ deċiżjoni li ġiet ikkomunikata lill-Kumitat Konsultattiv.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċeduri jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Microsoft huma adegwati, meħtieġa u proporzjonati sabiex jilqgħu għat-tħassib espress mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li fid-dawl tal-impenji offruti minn Microsoft u mill-osservazzjonijiet sottomessi lill-partijiet terzi interessati, m’għadx hemm lok għal azzjoni mill-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top