Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0285

    Kawża T-285/08: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Lulju 2008 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/17


    Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

    (Kawża T-285/08)

    (2008/C 247/32)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. van Eendenburg, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tbiddel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tas-26 ta' Mejju 2008 fil-Każ R 525/2007-4 fis-sens li tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Natur-Aktien-Index” bħala trade mark Komunitarju fl-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI).

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Natur-Aktien-Index” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 861 175).

    Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: ċaħda tat-talba.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-applikazzjoni

    Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), sa fejn it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha mhijiex nieqsa minn karattru distintiv.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


    Top