EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/170/72
Case T-196/07: Action brought on 5 June 2007 — Dyckerhoff Polska v Commission
Kawża T-196/07: Rikors imressaq fil- 5 ta' Ġunju 2007 — Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża T-196/07: Rikors imressaq fil- 5 ta' Ġunju 2007 — Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 170, 21.7.2007, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/38 |
Rikors imressaq fil-5 ta' Ġunju 2007 — Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-196/07)
(2007/C 170/72)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Dyckerhoff Polska (rappreżentanti: P.K. Rosiak, konsulent legali u F. Puel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Marzu 2007 dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ppreżentat mill-Polonja skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea K (2007) 1295, fil-verżjoni finali tagħha tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ppreżentat mill-Polonja skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE (1) li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li ċerti aspetti tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' CO2 għall-perijodu 2008-2012, innotifikat lill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2006, mhumiex konformi ma' l-Artikoli 9(1), 9(3), 10, 13(2) kif ukoll mal-kriterji msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE. Id-deċiżjoni kkontestata tnaqqas b'26.7 % il-limitu ta' emissjonijiet ta' dijossidu karboniku għall-perijodu 2008-2012 meta mqabbel mal-limitu propost mill-Polonja fil-pjan nazzjonali tagħha ta' allokazzjonijiet tal-kwoti nnotifikat lill-Kumissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk fil-kawża T-195/07.
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).