This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/117/50
Case T-94/07: Action brought on 26 March 2007 — EREF v Commission
Kawża T-94/07: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Marzu 2007 — EREF vs Il-Kummissjoni
Kawża T-94/07: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Marzu 2007 — EREF vs Il-Kummissjoni
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 30–31
(MT)
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/30 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2007 — EREF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-94/07)
(2007/C 117/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Renewable Energies Federation (EREF) ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej K(2006) 4963 finali, mill-24 ta' Ottubru 2006; |
— |
tiddikjara l-vettura finanzjarja in kwistjoni, fil-forma u fl-istruttura attwali tagħha, bħala għajnuna mogħtija mill-Istat illegalment; |
— |
sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni tibda proċedura formali ta' stħarriġ skond l-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-Każ NN 62/B/2006; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż kollha, inklużi dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fl-2004, ir-rikorrenti ppreżentat ilment lill-Kummissjoni li fih allegat, fost affarijiet oħra, li diversi aspetti tal-finanzjament ta' l-impjant nukleari ġdid li kien qed jinbena fil-Finlandja kienu jikkostitwixxu għajnuna mogħtija mill-Istat, li ma kinitx ġiet innotifikata. Fl-2006, il-Kummissjoni qasmet il-fajl f'żewġ każijiet bin-numri NN 62/A/2006 u NN 62/B/2006.
F'din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4963 finali, li tikkonċerna l-għajnuna mogħtija mill-Istat taħt il-każ NN 62/B/2006, li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonstatat li l-faċilità ta' kreditu mogħtija minn konsorzju ta' ħames banek u self mogħti minn AB Svensk Exportkredit (iktar 'il quddiem “SEK”) ma kinux jikkostitwixxu għajnuna fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE.
Ir-rikorrenti ssostni li l-fatt li l-Kummissjoni qasmet il-fajl f'żewġ każijiet separati huwa illegali kemm mill-aspett proċedurali kif ukoll minn dak sostantiv. Fil-fehma tar-rikorrenti, kien possibbli biss li l-faċilità ta' kreditu u s-self jingħataw b'rata ta' mgħax daqshekk baxxa minħabba garanzija mogħtija mill-aġenzija Franċiża li tipprovdi assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni COFACE. Madankollu, l-aspetti ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istat ta' l-involviment ta' COFACE kienu ttrattati fil-każ NN 62/A/2006. Għalhekk, ir-rikorrenti ssostni li t-taqsim tal-fajl f'żewġ każijiet separati u għaldaqstant, it-tneħħija ta' l-element tal-garanzija mill-każ NN 62/B/2006, wassal lill-Kummissjoni għall-fehim żbaljat li l-għoti ta' faċilità ta' kreditu u s-self mogħti minn SEK b'rata ta' mgħax daqshekk baxxa ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mogħtija mill-Istat sempliċement peress li, skond il-Kummissjoni, il-banek li pparteċipaw kienu privati.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li rrispettivament mill-garanzija mogħtija minn COFACE, il-faċilità ta' kreditu kif ukoll is-self mogħti minn SEK xorta jikkostitwixxu għajnuna mogħtija mill-Istat peress li:
— |
il-faċilità ta' kreditu ngħatat b'rata ta' mgħax baxxa bil-parteċipazzjoni tal-banek BLB u BNP Paribas, li r-rikorrenti tallega li huma t-tnejn banek pubbliċi; u |
— |
is-self minn SEK ingħata minn bank li jappartjeni 100 % lill-Istat b'rata ta' mgħax inqas mill-kundizzjonijiet tas-suq. |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka nuqqas ta' motivazzjoni u żball manifest ta' evalwazzjoni.