EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/24

Kawża C-141/07: Rikors imressaq fid- 9 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

ĠU C 117, 26.5.2007, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 14–15 (MT)

26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/14


Rikors imressaq fid-9 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-141/07)

(2007/C 117/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Schima)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tiddikjara illi r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset li twettaq l-obbligi tagħha imposti mill-Artikoli 28 KE u 30 KE, peress li imponiet, skond l-Artikoli 14(4) u 14(6) ta' l-Apothekengesetz, kundizzjonijiet kumulattivi fil-kuntratt ta' provvista ta' mediċinali li jagħmluha prattikament impossibbli li sptar ikollu provvista regolari ta' mediċinali pprovduti minn spiżeriji li qegħdin fi Stati Membri oħrajn;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond l-Artikolu 28 KE, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti bejn l-Istati Membri għandhom ikunu pprojbiti. Kull leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri li tista' tfixkel direttament jew indirettament, attwalment kew potenzjalment, il-kummerċ fil-Komunità għandu jitqies li huwa miżura ta' effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi. Il-fatt illi, fl-istat preżenti tad-dritt Komunitarju, il-leġiżlazzjoni dwar it-tqassim tal-mediċinali hija armonizzata biss għal xi oqsma ma jeżentax lill-Istati Membri mill-obbligu impost fuqhom li josservaw id-dispożizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-merkanzija.

Skond l-Artikolu 14 ta' l-Apothekengesetz Ġermaniża (il-liġi dwar l-Ispiżeriji), l-isptarijiet Ġermaniżi jistgħu jirċievu provvista ta' mediċinali minn spiżerija esterna minflok minn spiżerija ġo l-isptar stess. Din id-dispożizzjoni tipprovdi iżda illi l-kuntratt ta' provvista ta' mediċinali tkun suġġetta għal kundizzjonijiet kumulattivi li jirrendu prattikament impossibbli l-provvista regolari ta' sptar b'mediċinali determinati viċin l-isptar li għandu jkun provvist, peress li ċerti obbligi stipulati taħt il-kuntratt jistgħu jiġu sodisfatti biss minn spiċeriji stabbiliti fil-viċinanza ta' l-isptar li għandu jirċievi l-provvisti.

Skond il-ġurisprduenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjonijiet nazzjonali illi jillimitaw jew jipprojbixxu dan il-metodu ta' bejgħ ma' jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 28 KE, dejjem jekk jkunu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet: qabel xejn, illi d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jgħoddu fil-konfront ta' l-operaturi kollha interessati li joperaw fit-territorju nazzjonali u, fit-tieni lok, illi huma jolqtu b'mod ugwali, kemm taħt il-lat ġuridiku kif ukoll dak sostanzjali, il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti kemm nazzjonali kif ukoll dawk ġejjin minn Stati Membri oħrajn. F'dan il-każ jidher li l-ewwel kundizzjoni biss hija ssodisfatta, peress li prodotti lokali u barranin ma jiġux effettwali bl-istess mod, fil-liġi u fil-fatt, minbħabba rekwiżit leġiżlattiv li l-obbligi kollha taħt il-kuntratt jitwettqu minn fornitur wieħed. Din ir-regola tirrendi l-aċċess għas-suq aktar diffiċli għal prodotti li ġejjin minn Stati membri oħrajn milli għall-prodotti lokali. F'dan ir-rigward, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jkun irrilevanti l-fatt illi anki spiżeriji nazzjonali illi ma jinstabux fil-qrib ta' sptar jiltaqgħu ma' l-istess problemi. Dispożizzjoni nazzjonali li tiffavorixxix prodotti nazzjonali u li toħloq ostakli wkoll għall-prodotti interni u mhux biss prodotti barranin tista' xorta titqies li hija xkiel għal kummerċ bejn l-Istati Membri.

Xkiel ta' kummerċ intrakomunitarju jista' jiġi ġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali, u b'mod partikolari minn eżiġenzi ta' sigurtà pubblika u ta' ħarsien tas-saħħa. F'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet nazzjonali in kwistjoni għandhom ikunu adegwati, neċessarji u proprozjonati. F'dan il-każ iżda, l-eżekuzzjoni kumulattiva, imposta mil-liġi, ta' l-obbligi tal-kuntratt mhijiex iġġustifikata minn motivi ta' saħħa pubblika. Anzi, bil-kontra, għandu jkun possibbli għal spiżerija li tinsab f'distanza itwal mill-isptar li għandu jirċievi l-provvisti, u fi Stat Membru ieħor, li tipprovdilha l-mediċinali b'mod regolari.


Top