This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010BP0329
Draft amending budget No 7/2010: guarantee provided by the European Union in accordance with the provisions of Article 122 of the TFEU – financial assistance to Member States European Parliament resolution of 22 September 2010 on Council's position on Draft amending budget No 7/2010 of the European Union for the financial year 2010, Section III- Commission (13476/2010 – C7-0261/2010 – 2010/2120(BUD))
Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010: garanzija mogħtija mill-Unjoni Ewropea skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 122 TFUE - għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13476/2010 – C7-0261/2010 – 2010/2120(BUD))
Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010: garanzija mogħtija mill-Unjoni Ewropea skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 122 TFUE - għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13476/2010 – C7-0261/2010 – 2010/2120(BUD))
ĠU C 50E, 21.2.2012, p. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 50/68 |
L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010: garanzija mogħtija mill-Unjoni Ewropea skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 122 TFUE - għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri
P7_TA(2010)0329
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13476/2010 – C7-0261/2010 – 2010/2120(BUD))
2012/C 50 E/13
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, kif ġie adottat b'mod aħħari fis-17 ta’ Diċembru 2009 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, li l-Kummissjoni ppreżentat fit-12 ta’ Lulju 2010 (COM(2010)0383), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010, li l-Kunsill stabbilixxa fit-13 ta’ Settembru 2010 (13476/2010 – C7-0261/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0250/2010), |
A. |
billi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tkopri l-modifiki meħtieġa rigward il-ħolqien ta’ partita baġitarja ġdida 01 04 01 03 għall-garanzija provduta mill-Unjoni Ewropea skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod korrispondenti, l-Artikolu 8 0 2 ġdid fuq in-naħa tad-dħul, |
B. |
billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010, |
Ċ. |
billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-13 ta’ Settembru 2010, |
1. |
Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010; |
2. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ta’ emenda Nru 5/2010 ġie adottat b'mod definittiv u biex jagħmel l-arranġamentigħall-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.