This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0232
Natural disaster in China — European Parliament resolution of 22 May 2008 on the natural disaster in China
Id-diżastru naturali fiċ-Ċina Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' Mejju 2008 dwar id-diżastru naturali fiċ-Ċina
Id-diżastru naturali fiċ-Ċina Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' Mejju 2008 dwar id-diżastru naturali fiċ-Ċina
ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 82–83
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 279/82 |
Id-diżastru naturali fiċ-Ċina
P6_TA(2008)0232
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar id-diżastru naturali fiċ-Ċina
(2009/C 279 E/17)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni tat-13 ta' Mejju 2008 u d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Provinċja ta' Sichuan fiċ-Ċina, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi terremot qawwi b'intensità ta' 7.8 gradi fuq l-iskala Richter laqat il-lbiċ taċ-Ċina fit-12 ta' Mejju 2008, |
B. |
billi t-terremot qatel għexieren ta' eluf ta' nies, speċjalment fil-Provinċja ta' Sichuan, u ħafna nies għadhom ma nstabux, |
C. |
billi l-ħidma ta' salvataġġ hija diffiċli minħabba l-kundizzjonijiet ġeografiċi fil-Provinċja ta' Sichuan, |
D. |
billi l-Gvern Ċiniż bagħat riżorsi u persunal ta' emerġenza eċċezzjonali, inklużi suldati u persunal mediku, li qed jaħdmu fiz-zona milquta, |
E. |
billi l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar Aħmar ħarġet appell urġenti għall-għajnuna, |
1. |
Jagħti l-kondoljanzi sinċieri u s-soldarjetà tiegħu lill-poplu taċ-Ċina u lill-għadd kbir ta' vittmi; jesprimi s-sobgħa tiegħu lil dawk kollha li qed ibatu l-konsegwenzi tat-terremot; |
2. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reazzjoni immedjata għad-diżastru mill-awtoritajiet Ċiniżi permezz tal-operazzjoni ta' emerġenza tagħhom; |
3. |
Jinnota b'apprezzament li ċ-Ċina kienet lesta taċċetta għajnuna barranija; jistieden lill-Gvern Ċiniż biex jiffaċilita l-ħidma tal-għajnuna umanitarja u tal-organizzazzjonijiet tal-voluntiera fit-tqassim tal-għajnuna, u biex jiggarantixxi l-aċċess għall-għajnuna għal kull min hu fil-bżonn; |
4. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu għajnuna urġenti, assistenza teknika u għajnuna għar-rikostruzzjoni liz-zona milquta; |
5. |
Jisħaq fuq l-urġenza tal-forniment ta' għajnuna umanitarja ewlenija permezz tal-programm ECHO, bl-appoġġ ta' baġit kbir u xieraq; jinnota l-wasla f'Chengdu tal-espert tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna umanitarja biex jevalwa x'inhuma l-ħtiġijiet; |
6. |
Jappoġġja l-kontribut li qed jagħtu l-Istati Membri permezz tal-“Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili”, ikkoordinat mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet l-oħra lill-isforzi ta' għajnuna mill-komunità internazzjonali; |
7. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-media Ċiniża u barranija qed jitħallew jagħtu informazzjoni dettaljata u eżatta dwar id-diżastru; |
8. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' governanza tajba fil-prevenzjoni u t-tħejjija għal diżastri naturali li jistgħu jseħħu; jitlob li tkun żviluppata t-teknoloġija għal sistema komprensiva u effettiva ta' twissija bikrija sabiex il-popolazzjonijiet ikunu lesti għat-terremoti u għal diżastri naturali oħra; |
9. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-komunità internazzjonali biex jagħtu l-aqwa prattika tagħhom fir-rigward tal-ħidma f'emerġenzi ċivili u ta' għajnuna għad-diżastri sabiex tgħin liċ-Ċina u lill-poplu tagħha li ntlaqtu mit-terremot; jistieden lill-organizzazzjonijiet involuti biex jipprovdu għajnuna finanzjarja biżżejjed biex jitwettqu l-impenji; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-gvern taċ-Ċina. |