This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Scientific and technological cooperation between the EU and New Zealand
Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u New Zealand
Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u New Zealand
Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni, bl-għan li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija għal finijiet paċifiċi.
Bid-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (illum l-UE).
Attivitajiet imwettqa skont il-ftehim huma bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
Kooperazzjoni
Il-ftehim ikopri żewġ forom ta’ attivitajiet kooperattivi:
Il-ftehim daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Jannar 2009 għal perjodu inizjali ta’ 5 snin. Dan se jibqa’ fis-seħħ sakemm waħda mill-partijiet ittemm il-ftehim billi tagħti notifika bil-miktub lill-parti l-oħra.
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u New Zealand huma rregolati minn sensiela ta’ ftehimiet.
L-ewwel dikjarazzjoni politika ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u New Zealand tmur lura għall-1999, bl-iffirmar tad-“Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand”.
Din ġiet sostitwita fl-2007 mid-“Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni”, dikjarazzjoni politika aġġornata li tistabbilixxi programm dettaljat ta’ azzjoni għall-UE u New Zealand f’oqsma bħas-sigurtà globali u reġjonali, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u d-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika, il-kummerċ, it-tibdil fil-klima u x-xjenza u t-teknoloġija. Id-Dikjarazzjoni Konġunta enfasizzat ukoll l-importanza ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib sabiex jiġu ffaċilitati aktar ir-rabtiet bejn persuna u oħra u biex jiġu mħeġġa l-iskambji fl-edukazzjoni għolja.
F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand nedew b’mod uffiċjali negozjati għal ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u New Zealand.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&I) ma’ New Zealand, ara:
Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand (ĠU L 171, 1.7.2009, pp. 28-35)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/502/KE tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand (ĠU L 171, 1.7.2009, p. 27)
Ftehim ta’ Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (ĠU L 321, 29.11.2016, pp. 3-30)
l-aħħar aġġornament 30.08.2019