This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Vitamins and minerals
Vitamini u minerali
Vitamini u minerali
Vitamini u minerali
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Ir-regolament:
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ Applikazzjoni
Ir-Regolament ikopri vitamini, minerali u xi sustanzi oħrajn li jiżdiedu mal-ikel. Dan japplika għal:
Dan ma japplikax għal supplimenti tal-ikel koperti mid-Direttiva 2002/46/KE.
Dan jelenka l-vitamini u l-minerali li jistgħu jiżdiedu mal-ikel.
Il-vitamini u/jew il-minerali elenkati fl-Anness I, fil-formola dettaljata fl-Anness II, biss jistgħu jiżdiedu mal-ikel, soġġetti għar-regoli stipulati fir-Regolament.
Il-listi jistgħu jiġu modifikati b’kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal- Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).
Tikkettar
It-tikkettar nutrizzjonali tal-prodotti li fihom żdiedu l-vitamini u l-minerali u li huma koperti mir-Regolament huwa obbligatorju. Dan għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel li fih żdiedu l-vitamini u l-minerali:
Livelli massimi u minimi
Iż-żieda tal-vitamini u l-minerali mal-ikel b’mod volontarju tista’ tagħti kontribut sabiex jinkiseb konsum adegwat ta’ dawn is-sustanzi u jitnaqqas ir-riskju tad-defiċjenzi.
Madankollu, konsum eċċessiv tal-vitamini u l-minerali jista’ jkollu effett negattiv fuq is-saħħa. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament jipprevedi l-issettjar ta’ ammonti massimi ta’ vitamini u minerali li għandhom jiżdiedu mal-ikel.
L-ammonti massimi jqisu:
Jekk ikun meħtieġ, dawn iqisu wkoll il-kontribut ta’ prodotti individwali għad-dieta ġenerali tal-popolazzjoni u jqisu wkoll il-kompożizzjoni nutrizzjonali stabbilita skont ir-Regolament (KE) 1924/2006.
Iż-żieda ta’ vitamina jew mineral mal-ikel għandha tirriżulta f’mill-inqas ammont sinifikanti ta’ dik il-vitamina jew dak il-mineral fl-ikel, meta dan l-ammont ikun ġie definit skont l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet
Il-vitamini u l-minerali ma jistgħux jiżdiedu ma’:
Ir-Regolament jippermetti proċedura li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-użu ta’ sustanzi li mhumiex vitamini jew minerali u li għandhom effett nutrizzjonali jew psikoloġiku*. Għal xi sustanzi, dawn il-proċeduri huma akkumpanjati b’miżuri Ewropej ta’ kontroll speċifiċi oħrajn. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jippreżentaw talba lill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jipprovdu evidenza xjentifika li tippermettilha tikklassifika prodott partikolari fl-Anness III tar-Regolament (Sustanzi li l-użu tagħhom fl-ikel huwa pprojbit, limitat jew li jinsab taħt skrutinju Komunitarju). Ir-Regolament (EU) Nru 307/2012 jikkjarifika l-kundizzjonijiet għall-preżentazzjoni ta’ tali talba, kif ukoll jistipula n-natura tal-evidenza li għandha takkumpanja t-talba.
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (PAFF) jassisti lill-Kummissjoni.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika sa mill-1 ta' Lulju 2007.
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (KE) Nru1925/2006tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, pp. 26-38)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1925/2006 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) Nru609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali u bħala sostitut għat-dieta kollha u għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009, (ĠU L 181, 29.6.2013, pp. 35-56)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 102, 12.4.2012, pp. 2–4)
Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, (ĠU L 304, 22.11.2011, pp. 18-63)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, pp. 34–50)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta’ l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, pp. 16–33)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, pp. 9-25).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, pp. 1–23)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mas-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, pp. 51–57)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid, (ĠU L43, 14.2.1997, pp. 1-6)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 28.09.2017