This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Health criteria for untreated and heat-treated milk
Il-kriterji tas-saħħa għall-ħalib ittrattat bis-sħana u għall-ħalib mhux ittrattat
Il-kriterji tas-saħħa għall-ħalib ittrattat bis-sħana u għall-ħalib mhux ittrattat
Il-kriterji tas-saħħa għall-ħalib ittrattat bis-sħana u għall-ħalib mhux ittrattat
SOMMARJU
L-Unjoni Ewropea (UE) tistipula l-kriterji tas-saħħa għall-ħalib ittrattat bis-sħana (ħalib ippasturizzat, UHT jew sterilizzat) għall-kummerċ fl-UE.
X’JAGĦMLU DAWN L-ATTI?
Direttiva 89/384/KEE
Id-Direttiva tiddeskrivi l-proċeduri għall-verifika tal-punt tal-iffriżar tal-ħalib mhux ittrattat imwassal fl-istabbilimenti tat-trattament tal-ħalib jew fiċ-ċentri tal-ġbir jew tal-istandardizzazzjoni. Il-ħalib mhux ittrattat minn kull razzett għandu jiġi vverifikat regolarment permezz ta’ kampjunar aleatorju.
Jekk ir-riżultati tal-verifika juru li ma ġiex miżjud ilma miegħu, il-ħalib mhux ittrattat jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-ħalib ittrattat bis-sħana. Jekk le, ikunu jridu jsiru aktar verifiki u, jekk is-suspett jiġi kkonfermat, il-ħalib għandu jiġi eskluż mis-suq.
Deċiżjoni 92/608/KEE
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-metodi għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib ittrattat bis-sħana għall-konsum mill-bniedem.
Hija tiddeskrivi l-applikazzjoni tal-metodi ta’ referenza għall-analiżi u l-ittestjar, l-iffissar ta’ kriterji ta’ affidabbiltà u l-ġbir ta’ kampjuni.
Il-metodi tal-analiżi u tal-ittestjar għall-ħalib ittrattat bis-sħana għall-konsum dirett mill-bniedem jikkonsistu fid-determinazzjoni ta’ dawn li ġejjin ta’ prodott:
— |
it-total tal-kontenut solidu,
|
— |
il-kontenut tax-xaħam,
|
— |
it-total tal-kontenut solidu li mhux xaħam (jiġifieri lattożju, proteini, minerali, aċidi u enzimi),
|
— |
it-total tal-kontenut tan-nitroġenu,
|
— |
il-kontenut tal-proteini,
|
— |
il-massa speċifika.
|
META JAPPLIKAW DAWN L-ATTI?
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/384/KEE: mis-26 ta’ Ġunju 1989.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/608/KEE: mill-31 ta’ Diċembru 1992.
ATTI
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/384/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1989 li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati għat-twettiq ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li jiġi mħares l-punt meta jiffriża il-ħalib mhux trattat stipulat fl-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE (ĠU L 181, 28.6.1989, p. 50)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/608/KEE ta’ l-14 ta’ Novembru 1992 li tistabbilixxi l-metodi għall-analiżi u t-testjar ta’ ħalib ittrattat bis-sħana għall-konsum dirett mill-bnedmin (ĠU L 407, 31.12.1992, p. 29–46)
ATTI RELATATI
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55–205)
L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1664/2006 tas-6 ta' Novembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward ta' miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum uman u li jirrevoka ċerti miżuri ta' implimentazzjoni (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 13–45)
l-aħħar aġġornament 26.10.2015