This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Preventing and combating trafficking in human beings
Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin
Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin
Din tistipula r-regoli minimi komuni sabiex jiġu ddeterminati reati ta’ traffikar tal-bnedmin u l-pieni tagħhom. Din tipprovdi wkoll miżuri biex ikun hemm prevenzjoni aħjar ta’ dan il-fenomenu u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi.
Definizzjonijiet
Sanzjonijiet: id-direttiva tistipula piena massima għal dawn ir-reati ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija u ta’ mill-inqas 10 snin f’każijiet ta’ ċirkostanzi aggravanti, pereżempju jekk ir-reat ikun twettaq kontra vittmi partikolarment vulnerabbli (bħat-tfal) jew jekk ikun twettaq minn organizzazzjoni kriminali.
Prosekuzzjonijiet: Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jtellgħu liċ-ċittadini tagħhom il-qorti għal reati mwettqa f’pajjiż ieħor tal-UE u jagħmlu użu minn għodda investigattiva bħal tappjar tal-linji tat-telefown (ta’, pereżempju konverżazzjonijiet telefoniċi jew emails).
Appoġġ għall-vittmi: il-vittmi jirċievu għajnuna qabel, matul u wara l-proċedimenti kriminali biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom taħt l-istatus ta’ vittmi waqt proċedimenti kriminali. L-għajnuna tista’ tikkonsisti minn akkoljenza f’xelters, jew mill-għoti ta’ għajnuna medika jew psikoloġika u servizz ta’ informazzjoni u interpretazzjoni.
It-tfal u l-adoloxxenti (taħt it-18-il sena) igawdu minn miżuri addizzjonali bħal appoġġ fiżiku u psikosoċjali, aċċess għall-edukazzjoni u, fejn applikabbli, il-possibbiltà li jaħtru kustodju jew rappreżentant. Jenħtieġ li dawn jiġu intervistati immedjatament f’post xieraq u minn professjonisti bil-ħiliet meħtieġa. Il-vittmi għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-pulizija u għal assistenza legali li tippermettilhom jitolbu kumpens.
Prevenzjoni: Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jieħdu passi biex:
Inħatar Koordinatur tal-UE għal Kontra t-Traffikar sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u kkoordinat fl-indirizzar ta’ dan il-fenomenu.
Biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkontrollaw l-abbuż tad-dritt tal-moviment liberu, il-Kummissjoni ppubblikat gwida dwar iż-żwiġijiet ta’ konvenjenza bejn ċittadini tal-UE u ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Xi żwiġijiet sfurzati, pereżempju, jistgħu jinvolvu aspetti ta’ traffikar tal-bnedmin.
Id-Direttiva ilha fis-seħħ mill-15 ta’ April 2011. Kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sas-6 ta’ April 2013.
It-traffikar tal-bnedmin huwa espressament ipprojbit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 5) u l-UE stabbilixxiet qafas legali u politiku komprensiv biex tindirizza dan il-fenomenu, b’mod partikolari permezz ta’ din id-direttiva (2011/36/UE) u l-Istrateġija tal-UE għall-eradikazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin 2012-2016.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/JHA (ĠU L 101, 15.4.2011, pp. 1-11)
l-aħħar aġġornament 25.07.2018