This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Energy efficiency for the 2020 goal
Effiċjenza enerġetika għall-mira tal-2020
Effiċjenza enerġetika għall-mira tal-2020
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.
Effiċjenza enerġetika għall-mira tal-2020
F'Marzu 2007, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea (UE) laħqu ftehim li jnaqqsu l-konsum ta' enerġija mbassar tal-UE b'20 % sal-2020. Dan huwa l-ekwivalenti tal-għeluq ta' 400 impjant tal-enerġija. F'Ottubru 2014, laħqu ftehim dwar mira ta' ffrankar tal-enerġija ogħla* ta' 27 %, jew aktar, sal-2030.
ATT
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Effiċjenza enerġetika: inwasslu l-mira ta' 20 % (COM(2008) 772 finali tat-13 ta' Novembru 2008).
SOMMARJU
F'Marzu 2007, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea (UE) laħqu ftehim li jnaqqsu l-konsum ta' enerġija mbassar tal-UE b'20 % sal-2020. Dan huwa l-ekwivalenti tal-għeluq ta' 400 impjant tal-enerġija. F'Ottubru 2014, laħqu ftehim dwar mira ta' ffrankar tal-enerġija ogħla* ta' 27 %, jew aktar, sal-2030.
X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?
Tanalizza l-progress li diġà għamlet l-UE lejn l-ilħuq ta' effiċjenza enerġetika akbar* u tidentifika l-katalizzaturi u l-ostakli li jeżistu. Tistabbilixxi wkoll id-dettalji tal-pakkett ta' effiċjenza enerġetika li l-Kummissjoni tippjana li tippreżenta.
PUNTI EWLENIN
Il-pakkett jinkludi l-miżuri li ġejjin:
Sussegwentement, fl-2011, il-Kummissjoni pproponiet pjan dwar l-effiċjenza enerġetika biex tiżgura li jintlaħaq tnaqqis ta' 20 % u sabiex isir progress lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju sal-2050.
Fl-2012, l-UE adottat direttiva ġdida dwar l-effiċjenza enerġetika. Din stabbilixxiet regoli għal provvista aktar effiċjenti u għall-użu tal-enerġija u stabbilixxiet miri indikattivi nazzjonali stabbiliti għall-effiċjenza enerġetika.
SFOND
L-użu aktar effiċjenti tal-enerġija għandu ħafna benefiċċji. Jista' jgħin lill-familji u lin-negozji jnaqqsu l-kontijiet tal-fjuwil tagħhom, inaqqsu l-indipendenza tal-Ewropa fuq il-provvisti esterni ta' żejt u gass, jiġġieldu t-tibdil fil-klima u jagħmlu l-ekonomija tal-UE aktar sostenibbli u kompetittiva.
Għal aktar informazzjoni, ara s-sit web tal-Enerġija u l-ambjent.
TERMINI EWLENIN
Effiċjenza enerġetika: tintuża inqas enerġija biex jiġi pprovdut l-istess servizz. Eżempji: friġġijiet, magni tal-ħasil effiċjenti fl-enerġija.
Iffrankar ta' enerġija: jitnaqqas jew ma jintużax servizz biex tiġi ffrankata l-enerġija; Eżempju: titfi d-dawl.
ATTI RELATATI
Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315 tal-14.11.2012, p. 1-56).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan dwar l-Effiċjenza Enerġetika għall-2011 (COM(2011) 109 final tat-8.3.2011).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: L-effiċjenza enerġetika u l-kontribut tagħha għas-sigurtà tal-enerġija u l-Qafas għall-politika tal-klima u l-enerġija għall-2030 (COM(2014) 520 final tat-23.7.2014).
l-aħħar aġġornament 09.04.2015