Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Tintroduċi miżuri li jtejbu s-saħħa u s-sigurtà tan-nies fuq ix-xogħol. Tistabbilixxi obbligi kemm fuq l-impjegaturi1 kif ukoll fuq l-impjegati2 sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard relatat max-xogħol.
PUNTI EWLENIN
Id-Direttiva tapplika għas-setturi kollha tal-attività pubblika u privata (industrijali, agrikoli, kummerċjali, amministrattiva, servizz, edukattiva, kulturali, divertiment u oħrajn).
Tistipula li l-impjegaturi:
Għandhom id-dmir li jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħhom. Dan jinkludi l-evalwazzjoni u l-evitar tar-riskji, l-iżvilupp ta' politika ġenerali dwar is-sigurtà u l-għoti ta' taħriġ xieraq lill-persunal.
Jaħtru lil xi ħadd responsabbli għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol.
Jieħdu l-miżuri prekawzjonarji tal-ewwel għajnuna, tifi tan-nar u evakwazzjoni neċessarji.
Jevalwaw ir-riskji li ħaddiema partikolari jistgħu jiffaċċjaw u jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri ta' protezzjoni neċessarji.
Jipprovdu lill-impjegaturi u/jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-informazzjoni kollha relevanti dwar riskji ta' saħħa u sigurtà possibbli u l-miżuri meħudin għall-prevenzjoni tagħhom.
Jikkonsultaw impjegati u/jew lir-rappreżentanti tagħhom u jinvolvuhom fid-diskussjonijiet kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà.
Jiżguraw li kull impjegat jirċievi taħriġ adegwat dwar is-saħħa u s-sigurtà għax-xogħol tiegħu.
Punti ewlenin oħrajn
Kull impjegat huwa responsabbli sabiex jieħu ħsieb kemm jista' jkun tas-saħħa u s-sigurtà tiegħu stess u tal-kollegi tiegħu.
Għandha tingħata protezzjoni speċjali lill-impjegati li jistgħu jkunu sensittivi partikolarment għal riskji u perikli possibbli fil-post tax-xogħol.
Id-Direttiva ma tapplikax għal xi servizzi pubbliċi speċifiċi, bħall-pulizija, il-forzi armati jew elementi tal-protezzjoni ċivili.
TERMINI EWLENIN
Impjegat: kull min jaħdem għal impjegatur, inkluż trainees u apprendisti, iżda mhux impjegati domestiċi.
Impjegatur: kull min għandu relazzjoni ta' impjieg ma' xi ħadd u b'responsabilità għan-negozju.