Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Opportunitajiet għas-sajd fil-Baħar Baltiku (2022)

Opportunitajiet għas-sajd fil-Baħar Baltiku (2022)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2021/1888 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jiddeskrivi l-opportunitajiet għas-sajd (kwoti) fil-Baħar Baltiku għall-2022 u jemenda xi kwoti kif elenkati fir-Regolament (UE)2021/92 (ara s-sommarju).

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea (UE) li joperaw fil-Baħar Baltiku u għal ċertu sajd rikreattiv*.

Qabdiet totali permissibbli u allokazzjonijiet

Il-Qabdiet totali permissibbli (TACs) jirreferu għall- kwantitajiet massimi ta’ ħut ta’ speċi differenti li jistgħu jinqabdu matul is-sena rispettiva. Dawn il-limiti huma stabbiliti fl-anness mar-regolament.

Il-TACs huma bbażati fuq:

Il-TAC għal kull speċi individwali hija diviża fi kwoti assenjati lill-Istati Membri jew lill-pajjiżi mhux tal-UE.

Il-kwoti jiġu approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Kundizzjonijiet għall-ħatt tal-qabdiet u tal-qabdiet aċċessorji*

L-istokkijiet ta’ speċijiet mhux fil-mira fi ħdan il-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-politika komuni tas-sajd (ara s-sommarju), li jikkwalifika għad-derogazzjoni mill-obligazzjoni li jingħaddu l-qabdiet kontra l-kwota rilevanti, huma identifikati fl-anness.

Miżuri biex jiġi protett is-sajd fil-Baltiku

Minħabba raġunijiet varji, notevolment dawk ambjentali, l-istokkijiet ta’ numru ta’ speċi tal-ħut fil-Baħar Baltiku huma partikolarment vulnerabbli. Ir-regolament jinkludi miżuri bħal:

  • għeluq biex jipproteġi l-bakkaljaw li qed jirriproduċi;
  • qabdiet ta’ bakkaljaw u aringa tal-punent, limitati għal qabdiet aċċessorji inevitabbli f’sajd ieħor;
  • f’sajd rikreattiv, għeluq jew limiti ta’ kuljum fuq in-numru ta’ bakkaljaw u salamun li jista’ jinżamm;
  • projbizzjonijiet tas-sajd tat-trota tal-baħar u tas-salamun f’ċerti żoni.

Emendi għar-Regolament (UE) 2021/92

Skont il-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kostali u n-negozjazzjonijiet bejn in-Norveġja, ir-Renju Unit u l-UE, ir-regolament jintroduċi emendi dettaljati għar-Regolament (UE) 2021/92 rigward opportunitajiet ta’ sajd għal dawn li ġejjin:

  • Bakkaljaw fil-Kanal Ingliżtal-Lvant, mill-1 ta’ Jannar 2021.
  • Kavalli fir-Renju Unit u fl-ilma tal-UE tal-Baħar tan-Nofsinhar tan-Norveġja, tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar tat-Tramuntana, mill-1 ta’ Jannar 2021.
  • Kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi fil-Baħar tan-Nofsinhar tan-Norveġja u fil-Baħar tat-Tramuntana fit-tramuntana għax dan jaffettwa d-Danimarka, mit-12 ta’ Ottubru 2021.
  • Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fiż-żona tal-baħar bejn id-Danimarka u n-Norveġja/l-Isvezja, kif ukoll bejn ir-Renju Unit u l-ilmijiet tal-UE tal-Baħar tat-Tramuntana u l-ilmijiet tar-Renju Unit fil-Baħar tan-Nofsinhar tan-Norveġja, applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2022.
  • Speċijiet oħrajn fl-ilmijiet tal-UE tal-Baħar tat-Tramuntana u parti tal-Ibħra Ċeltiki ’l barra mill-Iskozja, mill-1 ta’ Jannar 2021.
  • Kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland, applikabbli mill-15 ta’ Ottubru 2021 sal-15 ta’ April 2022.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022 għas-sajd fil-Baltiku. L-emendi għar-Regolament (UE) 2021/92 japplikaw kif ġew indikati hawn fuq.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Sajd rikreattiv. Attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar bħar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport.
Rendiment massimu sostenibbli. L-akbar rendiment (qabda) li jista’ jittieħed mill-istokk ta’ xi speċi fuq perjodu indefinit, jiġifieri mingħajr ma tiġi pperikolata s-sopravivenza tagħha.
Qabda aċċessorja. Ħut u speċi tal-baħar mhux mixtieqa li jinqabdu aċċidentalment.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1888 tas27 ta’ Ottubru 2021 li jiffissa l-opportunitajiet għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħrajn (ĠU L 384, 29.10.2021, pp. 1–19).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabblixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, pp. 31–192).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2021/92 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, tal-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u fis-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 u jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, pp. 1–15).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22-61).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 1-50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 07.12.2021

Top