EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programm tal-UE għall-appoġġ tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Programm tal-UE għall-appoġġ tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 258/2014 li jistabbilixxi programm tal-UE għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi programm tal-UE biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet tal-korpi li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-politika tal-UE fir-rigward tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020 u jistipula regoli għal-allokazzjoni ta’ ammont inizjali ta’ EUR 43.18 miljun mill-baġit tal-UE sabiex jgħin l-iżvilupp internazzjonali tal-istandards ta’ rappurtar finanzjarju u ta’ awditjar. Ir-Regolament (UE) 2017/827 emenda r-regolament oriġinali, biex żied l-allokazzjoni finanzjarja totali tal-programm għal EUR 57.007 miljun.

Wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008, ħareġ biċ-ċar li l-kwistjoni tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar kellha tiġi indirizzata u saret kwistjoni ta’ importanza ċentrali għall-aġenda politika tal-UE. Regoli komuni ta’ rappurtar finanzjarju li jaħdmu sew huma essenzjali għal:

  • is-suq intern tal-UE;
  • il-funzjonament effettiv tas-swieq kapitali; u
  • l-kisba ta’ suq integrat għas-servizzi finanzjarji fl-UE.

Il-programm huwa mfassal biex jikkontribwixxi għall-għanijiet li:

  • jiżguraw komparabbiltà u trasparenza tal-kontijiet tal-kumpaniji madwar l-UE;
  • jiżguraw l-armonizzazzjoni globali tal-istandards tar-rappurtar finanzjarju billi jippromwovi l-aċċettazzjoni internazzjonali tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju;
  • jippromwovu l-konverġenza u l-kwalità għolja tal-istandards internazzjonali għall-awditjar fil-pajjiżi tal-UE.

Il-programm ikopri:

  • l-attivitajiet għall-iżvilupp jew għoti ta’ input għall-iżvilupp tal-istandards;
  • attivitajiet relatati mal-applikazzjoni, il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ ta’ standards jew sorveljanza tal-proċessi li jistipulaw l-istandards bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar.

Il-benefiċjarji huma:

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Fl-2009, l-UE nediet programm biex jappoġġja l-attivitajiet fl-oqsma tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar. Il-benefiċjarji kienu l-Fondazzjoni IFRS, l-EFRAG u l-PIOB. Il-programm ġie estiż fl-2014 għall-perjodu 2014-2020 għall-Fondazzjoni IFRS u l-PIOB iżda, għall-EFRAG, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jistennew sakemm isiru ċerti riformi għall-governanza tal-EFRAG. Dawn ir-riformi ta’ governanza kienu implimentati f’Ottubru 2014 u b’hekk wittew it-triq għall-UE biex iżżid il-kontribuzzjoni tagħha għall-EFRAG.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 1-8)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 258/2014 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 04.04.2019

Top