EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali

Suspettati jew persuni akkużati b’offiża kriminali f’pajjiż tal-UE għandhom jiġu infurmati bid-drittijiet proċedurali tagħhom u bl-akkużi kontrihom.

ATT

Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali.

SOMMARJU

Suspettati jew persuni akkużati b’offiża kriminali f’pajjiż tal-UE għandhom jiġu infurmati bid-drittijiet proċedurali tagħhom u bl-akkużi kontrihom.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Id-direttiva tistabbilixxi standards minimi għall-pajjiżi tal-UE kollha minkejja l-istatus ġuridiku, iċ-ċittadinanza jew in-nazzjonalità tal-persuna. Hija mfassla sabiex tgħin tipprevjeni intoppi fil-ġustizzja u sabiex tnaqqas in-numru ta’ appelli.

PUNTI EWLENIN

Persuni suspettati u akkużati għandhom jiġu infurmati minnufih, jew bil-fomm jew bil-kitba, b’bosta drittijiet proċedurali. Dawn jinkludu:

  • aċċess għal avukat
  • kwalunkwe intitolament għal parir legali bla ħlas
  • id-dritt li tinżamm infurmat/a dwar l-akkuża
  • id-dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni
  • id-dritt li wieħed jibqa’ sieket.

Barra minn hekk, persuni arrestati għandhom jirċievu minnufih Ittra tad-Drittijiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (jiġifieri l-pulizija jew mill-ministeru tal-ġustizzja, jiddependi mill-pajjiż tal-UE), miktuba f’lingwaġġ sempliċi, li tipprovdi informazzjoni dwar aktar drittijiet fosthom:

  • aċċess għal dokumenti tal-kawża
  • id-dritt li persuna waħda tiġi infurmata u li jiġu kkuntattjati l-awtoritajiet konsulari
  • id-dritt għal għajnuna medika urġenti
  • li wieħed ikun jaf il-perjodu massimu, f’sigħat u jiem, li huwa jkun sejjer jinżamm qabel jinġieb quddiem l-awtorità ġudizzjarja
  • jekk jistgħux jikkontestaw il-legalità tal-arrest tagħhom.

Meta persuna tkun ġiet arrestata taħt Mandat ta’ Arrest Ewropew, hija għandha tiġi pprovduta b’Ittra tad-Drittijiet speċifika mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li tirrifletti d-drittijiet differenti li japplikaw f’dik is-sitwazzjoni.

Barra minn hekk, suspettati jew persuni akkużati għandhom jiġu pprovduti minnufih b’informazzjoni dwar l-att kriminali li huma jkunu ġew suspettati li wettqu u (aktar tard) b’informazzjoni dettaljata dwar l-akkuża. Jekk ikunu ġew arrestati jew miżmumin, għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal dan l-arrest jew għal din id-detenzjoni. Għandu jkollhom ukoll aċċess għall-materjali tal-kawża sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2012 u kellha tiġi trasposta mill-pajjiżi tal-UE sat-2 ta' Ġunju 2014.

SFOND

Id-Direttiva hija t-tieni pass f’serje ta’ miżuri li flimkien huma mfasslin sabiex jistabbilixxu regoli minimi għal drittijiet proċedurali madwar l-UE skont il-Pjan Direzzjonali tal-2009 għad-drittijiet proċedurali. Issegwi Direttiva tal-2010 dwar id-drittijiet tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni.

Għal aktar tagħrif, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2012/13/UE

21.6.2012

2.6.2014

ĠU L 142 tal-1.6.2012, pp. 1-10

l-aħħar aġġornament 02.03.2015

Top