EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-pjan ta’ ħidma tal-UE għall-Kultura (2015–2018)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Il-pjan ta’ ħidma tal-UE għall-Kultura (2015–2018)

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Konklużjonijiet dwar Pjan ta’ Ħidma għall-kultura (2015–2018)

SOMMARJU

X’JAGĦMLU DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET?

Jistabbilixxu l-prijoritajiet ewlenin għal kooperazzjoni Ewropea dwar il-politika kulturali u jistabbilixxu azzjonijiet speċifiċi biex jintlaħqu.

PUNTI EWLENIN

Prijoritajiet

Il-Pjan ta’ Ħidma jistabbilixxi 4 prijoritajiet ewlenin:

1.

Kultura aċċessibbli u inklussiva— eż. manwal tal-aħjar prattika dwar l-użu ta’ teknoloġiji diġitali għall-istituzzjonijiet kulturali prodotti mill-pajjiżi tal-UE.

2.

Wirt kulturali— eż. studju tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji li l-għan tiegħu huwa li jitħares il-wirt kulturali mill-effetti ta’ diżastri naturali u theddid ikkawżat minn azzjoni tal-bniedem.

3.

Setturi kulturali u kreattivi: ekonomija kreattiva u l-innovazzjoni eż.— rakkomandazzjonijiet mill-pajjiżi tal-UE lill-awtoritajiet pubbliċi dwar l-aċċess għall-finanzi

4.

Promozzjoni tad-diversità kulturali, tal-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u tal-mobilità— eż. manwal dwar l-aħjar prattika dwar titjib fiċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej li jiġu prodotti minn pajjiżi tal-UE.

Prijorità oħra li ġiet stabbilita fl-oqsma kollha tal-politika kulturali hija d-disponibbiltà ta’ statistika komparabbli u ta’ kwalità.

Metodi ta' ħidma

Il-Pjan jipprevedi metodi ta’ ħidma differenti li jiddependu fuq l-għan u t-tema:

il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (MMK), li għandu jibqa' l-metodu ta’ ħidma ewlieni ta’ kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE

laqgħat informali ta’ uffiċjali minn Ministeri tal-Kultura, inkluż ma’ uffiċjali minn Ministeri oħra

gruppi esperti ad-hoc jew seminars dwar politiki speċifiċi ospitati mill-Kummissjoni biex ikomplu jeżaminaw kwistjonijiet relatati mas-suġġetti tal-Pjan ta’ Ħidma (ibbażati fuq l-4 prijoritajiet) u biex jinteraġixxu ma’ strumenti oħrajn tal-Pjan ta’ Ħidma bħalma huma studji u konklużjonijiet tal-Kunsill.

laqgħat ta’ valutazzjoni organizzati mill-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma ta’ politika li ġew trattati b’mod estensiv mill-pjanijiet ta’ ħidma preċedenti bħall-industriji kulturali u kreattivi u l-wirt kulturali

konferenzi, studji u inizjattivi ta’ tagħlim bejn il-pari.

Azzjoni konkreta

Il-Pjan jistabbilixxi 20 azzjoni li għandhom isiru mill-pajjiżi tal-UE, mill-Presidenzi tal-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Il-pajjiżi tal-UE huma mitlubin:

iqisu, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, ir-riżultati li jkunu nkisbu mill-Pjan ta’ Ħidma meta jkunu qed jiżviluppaw il-politika nazzjonali

jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżultat tal-Pjan ta’ Ħidma lill-partijiet interessati kollha.

Il-Presidenzi tal-Kunsill huma mistiedna jieħdu għadd ta’ miżuri fosthom:

iqisu l-Pjan ta’ Ħidma meta jkunu qed jippjanaw il-programm ta’ 18-il xahar tagħhom

jorganizzaw laqgħat informali dwar suġġett kulturali wieħed jew aktar biex jiddiskutu, jadottaw u jaqsmu r-riżultati miksuba permezz tal-Pjan ta’ Ħidma.

Il-Kummissjoni hija mitluba taġixxi f’għadd ta’ modi fosthom:

tinkoraġġixxi l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli ta’ pajjiżi tal-UE, ta’ esperti u ta’ partijiet interessati fl-istrutturi ta’ ħidma stabbiliti fl-annessi tal-Konklużjonijiet

tiżgura l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni fost il-gruppi tal-MMK fil-qasam tal-kultura u bejn dawk il-gruppi u gruppi rilevanti oħrajn tal-MMK li jaħdmu f’setturi relatati

tippubblika, bl-għajnuna ta’ kontribuzzjonijiet volontarji minn pajjiżi tal-UE, rapport dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta’ Ħidma qabel it-tmiem tal-ewwel nofs tal-2018.

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE huma mitlubin ukoll jieħdu azzjoni fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, fosthom:

jippromwovu kontribuzzjoni aħjar tal-kultura għall-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020

iqisu l-kultura meta jkunu qed joħolqu, jimplimentaw u jivvalutaw politiki u azzjonijiet f’oqsma oħra ta’ politika

irawmu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari ma’ pajjiżi kandidati, ma’ pajjiżi kandidati potenzjali u ma’ pajjiżi tal-politika Ewropea tal-Viċinat flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Kunsill tal-Ewropa.

SFOND

Qafas strateġiku— Aġenda Ewropea għall-Kultura

ATT

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura (2015–2018) (ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4–14)

ATTI RELATATI

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1–4)

l-aħħar aġġornament 15.10.2015

Top