Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Ewropa Kreattiva' for an updated information about the subject.

Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)

Immirat lejn il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa u t-tisħiħ tal-kompetittività tagħha fis-setturi kulturali, awdjoviżivi u kreattivi, Ewropa Kreattiva tnieda sabiex jissodisfa l-isfidi tal-frammentazzjoni tas-suq, l-età diġitali, il-globalizzazzjoni u l-ġbir tad-dejta.

ATT

Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE.

SOMMARJU

8.5 miljun persuna huma stmati li huma impjegati direttament fis-settur kulturali tal-Ewropa. Id-diversità tal-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-Ewropa ta’ spiss jistgħu jfissru li s-settur jiffaċċja frammentazzjoni tas-suq, b’hekk ikun diffiċli li l-awturi u l-atturi jilħqu udjenzi internazzjonali fil-pajjiżi u li jsibu s-suq tagħhom.

Barra minn hekk, il-globalizzazzjoni u t-teknoloġiji diġitali qed jirrevoluzzjonaw il-kreattività u l-mod kif l-arti hija mqassma u aċċessata, kif ukoll qed jittrasformaw mudelli ta’ negozji u l-mod kif jitħallsu l-artisti. U ftit li xejn hemm dejta komparabbli fuq livell Ewropew li tista’ tgħin sabiex tirfina l-appoġġ ipprovdut lis-setturi kulturali u kreattivi. Dan il-programm ifittex li jindirizza dawn l-isfidi u jirkeb fuq il-benefiċċji potenzjali tagħhom.

Iż-żona ġeografika koperta mill-programm tinkludi:

  • Inizjattivi Kulturali: il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni trans-fruntiera, pjattaformi sabiex jippromwovu artisti li għadhom jibdew, netwerking, u traduzzjoni litterarja;
  • Inizjattivi tas-settur awdjoviżiv: il-promozzjoni tal-iżvilupp, id-distribuzzjoni, jew l-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi;
  • Strand trans-settorjali: inkluża Faċilità ta’ Garanzija għall-iffinanzjar ta’ organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-kooperazzjoni fuq politika transnazzjonali.

Ġestjoni

Il-programm huwa amministrat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, il-Kultura u l-Awdjoviżiv fi Brussell.

Eliġibilità

Il-programm huwa miftuħ għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) u, jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet, il-pajjiż tal-EFTA, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali għall-adeżjoni mal-UE, u pajjiżi li huma parti miż-żona tal-politika tal-ġirien tal-UE (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Moldova, l-Ukraina, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Marokk, it-Tuneżija, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Palestina, is-Sirja u Iżrael).

Baġit

Ewropa Kreattiva għandu baġit ta’ EUR 1.46 biljun għall-perjodu 2014-2020. Pajjiżi mhux tal-UE għandhom iħallsu kontribuzzjoni sabiex jipparteċipaw fil-programm.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1295/2013

21.12.2013

-

ĠU L 347 tal-20.12.2013.

L-aħħar aġġornament: 27.06.2014

Top