Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Statistiki tal-UE — bilanċ tal-pagamenti, kummerċ fis-servizzi u investiment dirett barrani

Statistiki tal-UE — bilanċ tal-pagamenti, kummerċ fis-servizzi u investiment dirett barrani

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 — dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni regolari ta’ statistiki tal-Unjoni Ewropea dwar il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi u l-investiment dirett barrani (IDB).

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom:
    • jissottomettu it-3 settijiet ta’ data ekonomika lid-dipartiment statistiku tal-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) skont l-iskadenzi stabbiliti u l-kontrolli tal-kwalità;
    • jiġbru l-informazzjoni meħtieġa billi jużaw is-sorsi kollha, inklużi sorsi ta’ data amministrattiva bħal reġistri kummerċjali, li huma jqisu rilevanti u xierqa;
    • jinformaw lill-Eurostat dwar kwalunkwe bidla metodoloġika kbar jew xi tip ieħor ta’ bidla li jistgħu jaffettwaw id-data trażmessa fi żmien 3 xhur minn meta jseħħu.
  • L-Eurostat:
    • jivvaluta l-kwalità tad-data li jirċievi fuq il-bażi tar-rapporti nazzjonali dwar il-kwalità;
    • iħejji u jippubblika rapport dwar il-kwalità tal-istatistiki Ewropej koperti minn dan ir-regolament;
    • jissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-finijiet ta’ informazzjoni;
    • flimkien mas-sħab internazzjonali tiegħu, jiżviluppa metodoloġija xierqa għall-kumpilazzjoni ta’ statistiki dwar l-IDB;
    • iniedi studji pilota dwar l-IDB sal-20 ta’ Lulju 2018, li l-awtoritajiet nazzjonali se jwettqu;
    • iħejji rapport sal-20 ta’ Lulju 2019 dwar is-sejbiet tal-istudji msemmijin hawn fuq, li jidentifika kwalunkwe kwistjoni li hemm bżonn li tiġi indirizzata;
    • jipproponi emendi għar-regolament sabiex jiddefinixxi r-rekwiżiti metodoloġiċi u tad-data għall-istatistiki annwali dwar l-IDB fuq il-kunċett ta’ sjieda finali kif ukoll dawk li jiddistingwu t-tranżazzjonijiet tal-IDB f’żoni ġodda (jiġifieri impriżi ġodda) minn akkwiżizzjonijiet (jiġifieri impriżi eżistenti), jekk xieraq;
    • jiskambja mal-Bank Ċentrali Ewropew data relatata mal-aggregati tal-UE-28 sabiex jistabbilixxu ċ-ċifri ta’ bilanċ tal-pagamenti;
    • jippubblika data nazzjonali u aggregati tal-UE bbażati fuq data trażmessa minn pajjiżi tal-UE fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
  • Il-flussi ta’ data li jirċievi l-Eurostat fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huma:
    • statistiki ta’ kull xahar u trimestrali dwar il-bilanċ tal-pagamenti;
    • il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi;
    • il-flussi u l-pożizzjonijiet tal-IDB.
  • Sat-28 ta’ Frar 2018, u kull 5 snin wara, il-Kummissjoni jeħtiġilha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1013 (li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005) sabiex:
    • tevalwa l-kwalità tad-data li rċiviet;
    • tivvaluta l-benefiċċji u l-ispejjeż tal-informazzjoni statistika;
    • tidentifika oqsma għal titjib potenzjali.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-28 ta’ Frar 2005.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara l-artikli fuq is-sit web tal-Eurostat dwar:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, pp. 23-55)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 184/2005 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 01.02.2020

Top