EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0387

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tad-9 ta' Settembru 2010.
Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet - Provvista ta' servizzi tal-informatika - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Rikors għal annullament - Kriterji u subkriterji ta' għoti - Obbligu ta' motivazzjoni - Trattament ugwali - Transparenza - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Abbuż ta' poter - Talba għad-danni.
Kawża T-387/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:377





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/08)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Provvista ta’ servizzi informatiċi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Rikors għal annullament – Kriterji u subkriterji ta’ għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Trattament ugwali – Trasparenza – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Talba għad-danni”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punti 30, 77)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 31-38, 58-60, 63-67)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti AO 10185, għas-servizzi informatiċi ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR u s-servizzi relatati, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.

Top