This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0393
Judgment of the Court (Second Chamber) of 20 December 2017.#Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne v Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co.OHG.#Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof.#Reference for a preliminary ruling — Common organisation of the markets in agricultural products — Protection of protected designations of origin (PDOs) — Regulation (EC) No 1234/2007 — Article 118m(2)(a)(ii), (b) and (c) — Regulation (EU) No 1308/2013 — Article 103(2)(a)(ii), (b) and (c) — Scope — Exploitation of the reputation of a PDO — Misuse, imitation or evocation of a PDO — False or misleading indication — PDO ‘Champagne’ used in the name of a foodstuff — The name ‘Champagner Sorbet’ — Foodstuff containing champagne as an ingredient — Ingredient conferring on the foodstuff an essential characteristic).#Case C-393/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017.
Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co.OHG.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli – Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) – Kamp ta’ applikazzjoni – Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP – Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP – Indikazzjoni falza jew qarrieqa – DOP ‘Champagne’ użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel – Isem ‘Champagner Sorbet’ – Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent – Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel.
Kawża C-393/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017.
Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co.OHG.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli – Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) – Kamp ta’ applikazzjoni – Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP – Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP – Indikazzjoni falza jew qarrieqa – DOP ‘Champagne’ użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel – Isem ‘Champagner Sorbet’ – Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent – Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel.
Kawża C-393/16.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2017:991
*A9* Bundesgerichtshof, Beschluss vom 02/06/2016 (I ZR 268/14)
- Omsels, Hermann-Josef: Der Streit um das Champagner Sorbet, Markenrecht 2017 p.16-22
*P1* Bundesgerichtshof, I. Zivilsenat, Urteil vom 19/07/2018 (I ZR 268/14)
- Wettbewerb in Recht und Praxis 2019, 193-197
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
20 ta’ Diċembru 2017 ( *1 ) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli – Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) – Kamp ta’ applikazzjoni – Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP – Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP – Indikazzjoni falza jew qarrieqa – DOP ‘Champagne’ użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel – Isem ‘Champagner Sorbet’ – Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent – Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel”
Fil-Kawża C‑393/16,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2016, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta’ Lulju 2016, fil-proċedura
Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne
vs
Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, rappreżentata minn Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd,
fil-preżenza ta’:
Galana NV
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta’ Mejju 2017,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne, minn C. Onken, Rechtsanwältin, |
– |
għal Galana NV, minn H. Hartwig u A. von Mühlendahl, Rechtsanwälte, |
– |
għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u S. Horrenberger, kif ukoll minn E. de Moustier, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Figueiredo, kif ukoll minn A. Gameiro, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Eggers u I. Galindo Martín, kif ukoll minn I. Naglis, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-20 ta’ Lulju 2017,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (ĠU 2007, L 299, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 (ĠU 2009, L 154, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1234/2007”), u tal-Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn le Comité interprofessionnel du Vin de Champagne (iktar ’il quddiem iċ-“CIVC”) u l-Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd (iktar ’il quddiem “Aldi”), dwar l-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) “Champagne” fl-isem ta’ prodott iffriżat iddistribwit minn Aldi. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolamenti Nri 1234/2007 u 1308/2013
3 |
Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tkopri kemm ir-Regolament Nru 1234/2007, fis-seħħ fl-epoka tal-fatti fil-kawża prinċipali, kif ukoll ir-Regolament 1308/2013 li ssostitwixxih mill-1 ta’ Jannar 2014, billi tindika li l-interpretazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija neċessarja għaliha sa fejn it-talba għal waqfien tal-użu tad-DOP “Champagne” li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali tikkonċerna l-futur, b’mod li għandha tiddeċiedi dwar din it-talba wkoll fid-dawl tad-dispożizzjonijiet applikabbli fid-data ta’ meta tagħti d-deċiżjoni tagħha. |
4 |
Fl-Artikolu 118b tar-Regolament Nru 1234/2007, intitolat “Definizzjonijiet”, fil-paragrafu 1 tiegħu kien jipprevedi: “Għall-finijiet ta’ din is-Subtaqsima, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
|
5 |
Skont l-Artikolu 118k(1) ta’ din id-direttiva: “Ismijiet li saru ġeneriċi ma għandhomx ikunu protetti bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika. […]” |
6 |
L-Artikolu 118m tal-imsemmi regolament, intitolat “Protezzjoni”, kien jipprovdi: “1. Id-[DOP] u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkumerċjalizza nbid li ġie prodott b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti. 2. Id-[DOP] u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-inbejjed li jużaw dawk l-ismijiet protetti b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħarsu minn:
3. Id-[DOP] jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti m’għandhomx isiru ġeneriċi fil-Komunità fit-tifsira tal-Artikolu 118k(1). 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta’ [DOP] u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.” |
7 |
Il-premessi 92 u 97 tar-Regolament Nru 1308/2013 essenzjalment jirriproduċu l-kontenut tal-premessi 27 u 32, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU 2008, L 148, p. 1) fejn id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-DOP u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (iktar ’il quddiem l-“IĠP”) ġew integrati fir-Regolament Nru 1234/2007 bir-Regolament Nru 491/2009. Dawn il-premessi jiddikjaraw dan li ġej:
[…]
|
8 |
L-Artikolu 101(1) u l-Artikolu 103 tar-Regolament Nru 1308/2013 huma fformulati fi kliem analogi għal dawk tal-Artikolu 118k(1) u tal-Artikolu 118(m) tar-Regolament Nru 1234/2007. |
Id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni
9 |
Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU 2000, L 109, p. 29), fis-seħħ fid-data tal-kawża prinċipali, kienet tipprovdi fl-Artikolu 3(1) tagħha: “Skont l-Artikoli 4 sa 17 u soġġett għal eċċezzjonijiet li fihom, indikazzjoni tal-partiklolaritajiet li ġejjin biss ikunu obbligatorji fuq il-tikkettjar tal-oġġetti tal-ikel:
[…]” |
10 |
Skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva: “L-isem li taħtu jinbiegħ prodott ta’ l-ikel ikun l-isem ipprovdut fid-dispożizzjoni tal-Komunità applikabli għalih.
[…]” |
11 |
L-Artikolu 6(5) tal-imsemmija direttiva, kien ifformulat kif ġej: “Il-lista ta’ ingredjenti tinkludi ingredjenti tal-prodott ta’ l-ikel, f’ordni dixxendenti ta’ piż, kif irrekordjat fil-ħin ta’ l-użu tagħhom fil-manifattura tal-prodott ta’ l-ikel. Jidher ippreċedut b’titolu adattat li jinkludi fih il-kelma ‘ingredjenti’. […]” |
12 |
L-Artikolu 7(1) u (5) tal-istess direttiva kien jipprevedi: “1. Il-kwantità ta’ ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-manifattura jew preparazzjoni ta’ affarijiet tal-ikel jiġi ddikjarat skont dan l-Artikolu. […] 5. L-indikazzjoni rriferita fil-paragrafu 1 tidher jew ġewwa jew immedjatament ħdejn l-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott ta’ l-ikel jew fil-lista ta’ ingredjenti in konnezjoni ma’ l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti in kwistjoni.” |
13 |
Id-Direttiva 2000/13 tħassret b’effett mit-13 ta’ Diċembru 2014 bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU 2011, L 304, p. 18), fejn l-Artikolu 9 intitolat “Lista ta’ dettalji obbligatorji”, jipprevedi: “1. Konformement mal-Artikoli 10 sa 35 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, hija obbligatorja l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin:
[…]” |
14 |
Skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Isem tal-ikel”: “1. L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel. […]” |
15 |
L-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament, intitolat “Lista ta’ ingredjenti”, jipprovdi: “1. Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma ‘ingredjenti’. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha tal-ikel, f’ordni li tonqos skont l-użin, kif innotati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni tal-ikel. 2. L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 17 u fl-Anness VI. […]” |
16 |
L-Artikolu 22 tal-istess regolament, intitolat “Indikazzjoni kwantitattiva tal-ingredjenti”, jispeċifika: “1. L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel għandha tkun meħtieġa fejn l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati:
[…]” |
17 |
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU 2008, L 39, p. 16), jipprovdi, fl-Artikolu 10 tiegħu, intitolat “Regoli speċifiċi dwar l-użu ta’ denominazzjonijiet tal-bejgħ u indikazzjonijiet ġeografiċi”: “1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, l-użu ta’ terminu elenkat fil-kategoriji 1 sa 46 ta’ l-Anness II, jew ta’ indikazzjoni ġeografika reġistrata fl-Anness III f’terminu kompost jew l-allużjoni fil-preżentazzjoni ta’ oġġett ta’ l-ikel għal kwalunkwe wieħed jew waħda minnhom għandhom ikunu projbiti sakemm l-alkoħol ma jkunx joriġina mix-xorb spirituż li ssir referenza għalih. […]” |
18 |
L-Artikolu 16(a) ta’ dan ir-regolament jipproteġi l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati fl-Anness III ta’ dan ir-regolament fi kliem analogi għal dawk tal-Artikolu 118m(2)(a) tar-Regolament Nru 1234/2007 u għal dawk tal-Artikolu 103(2)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013. |
19 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1) jiddikjara, fil-premessa 32 tiegħu: “Il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tiġi estiża għall-abbuż, l-imitazzjoni u l-evokazzjoni ta’ ismijiet irreġistrati kemm fuq prodotti kif ukoll fuq servizzi, sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex dik il-protezzjoni tkun allinjata ma’ dik li tapplika fis-settur tal-inbid. Meta d-[DOP] jew l-[IĠP] jintużaw bħala ingredjenti għandu jittieħed kont tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata ‘Linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) bħala ingredjenti’.” |
20 |
L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Protezzjoni”, jipprevedi: “1. L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra:
[…]” |
21 |
Il-Linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) bħala ingredjenti (ĠU 2010, C 341, p. 3, iktar ’il quddiem il-“Linji gwida”, jindikaw dan li ġej:
[…]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
22 |
Mill-aħħar tas-sena 2012, Aldi, kumpannija li tiddistribwixxi b’mod partikolari prodotti tal-ikel, qiegħdet għall-bejgħ prodott iffriżat immanifatturat minn Galana NV, intervenjenti fil-kawża prinċipali insostenn ta’ Aldi, fejn dan il-prodott huwa ddistribwit taħt l-isem “Champagner Sorbet” li jinkludi fost l-ingredjenti tiegħu 12 % inbid tax-xampanja. |
23 |
Billi qieset li d-distribuzzjoni ta’ dan il-prodott taħt dan l-isem jikkostitwixxi ksur tad-DOP “Champagne”, iċ-CIVC, assoċjazzjoni ta’ prodotturi ta’ inbid tax-xampanja, adixxiet lil-Landgericht München I (il-Qorti Reġjonali ta’ Munich I, il-Ġermanja) sabiex tikseb, abbażi tal-Artikolu 118m tar-Regolament Nru 1234/2007 u tal-Artikolu 103 tar-Regolament Nru 1308/2013, il-kundanna ta’ Aldi sabiex tieqaf milli tuża l-imsemmi isem fil-kummerċ tal-prodotti ffriżati. Id-deċiżjoni ta’ din il-qorti, li laqgħet din it-talba, ġiet mibdula fl-appell permezz ta’ deċiżjoni tal-Oberlandesgericht München (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Munich, il-Ġermanja) li ċaħditha. |
24 |
Il-qorti tal-appell qieset, b’mod partikolari, li l-kundizzjonijiet imposti fid-dawl ta’ azzjoni bbażata fuq l-Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013, ma kinux issodisfatti, peress li l-kundizzjoni dwar l-użu żleali tad-DOP ma kinitx issodisfatta f’dan il-każ, li Aldi kellha interess leġittimu sabiex tuża l-isem “Champagner Sorbet” sabiex tindika ikel magħruf mill-pubbliku taħt dan l-isem u fejn l-inbid tax-xampanja jikkostitwixxi ingredjent essenzjali tiegħu, u li ma kinitx teżisti indikazzjoni qarrieqa. |
25 |
Għalhekk iċ-CIVC ippreżentat rikors għal reviżjoni quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), li tesponi, fl-ewwel lok li hija disposta sabiex tqis li l-użu, minn Aldi, tal-isem “Champagner Sorbet” jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u tal-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013, peress li Aldi tuża dan l-isem għal deżerta ffriżata, u għalhekk għal prodott li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-DOP “Champagne”, u li hija tagħmel użu kummerċjali ta’ din id-DOP. |
26 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tqis li l-isem “Champagner Sorbet” huwa ta’ natura li jirrifletti r-reputazzjoni tad-DOP “Champagne” fuq il-prodott iddistribwit minn Aldi. Madankollu, hija tistaqsi, jekk l-użu ta’ DOP jikkostitwixxix sfruttar tar-reputazzjoni ta’ din id-DOP, fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, meta l-isem tal-prodotti tal-ikel jikkorrispondi mal-użanzi tal-pubbliku mmirat sabiex jindikaw dan il-prodott tal-ikel u li l-ingredjent kien miżjud fi kwantità suffiċjenti sabiex jikkonferixxi fuqu karatteristika essenzjali. Bħall-qorti tal-appell, hija tqis li l-eżistenza ta’ interess leġittimu fl-użu ta’ DOP teskludi dik tal-isfruttar tar-reputazzjoni ta’ din id-DOP. |
27 |
Fit-tielet lok, billi tqis li l-azzjoni taċ-CIVC tista’ tkun ibbażata fuq l-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007 u fuq l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-użu ta’ DOP f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxix użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni illegali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. F’dan ir-rigward, hija tqis li dawn tal-aħħar jeżiġu li l-użu kkontestat ta’ DOP huwa illegali u li l-atti ta’ użu ġġustifikati minn interess leġittimu ma jaqgħux, konsegwentement, taħt il-projbizzjonijiet stabbiliti minnu. |
28 |
Fir-raba’ lok, peress li ċ-CIVC sostniet li Aldi kienet tuża l-isem “Champagner Sorbet” b’mod qarrieqi, fis-sens tal-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 1234/2007 u tal-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ikoprix biss l-indikazzjonijiet qarrieqa li huma ta’ natura li joħolqu f’moħħ il-pubbliku kkonċernat impressjoni żbaljata dwar l-oriġini ġeografika tal-prodott jew jekk ikoprix wkoll l-indikazzjonijiet qarrieqa fir-rigward tal-kwalitajiet essenzjali ta’ dan il-prodott. |
29 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
30 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013, li għandhom kontenut analogu, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom il-każ fejn DOP bħalma hija “Champagne” li hija użata bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel bħalma huwa “Champagner Sorbet” li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet għal din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet. |
31 |
Għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 118m(2)(a) tar-Regolament Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 103(2)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013, huwa partikolarment wiesa’ billi dawn id-dispożizzjonijiet ikopru l-użu kollu kummerċjali dirett jew indirett ta’ DOP jew ta’ IĠP u jipproteġuhom kontra tali użu kemm għal prodotti paragunabbli li ma josservawx l-ispeċifikazzjonijiet marbuta mad-denominazzjoni protetta kif ukoll għall-prodotti mhux paragunabbli sa fejn l-imsemmi użu jisfrutta r-reputazzjoni ta’ din id-DOP jew ta’ din l-IĠP. Il-portata ta’ din il-protezzjoni tissodisfa l-għan, ikkonfermat fil-premessa 97 tar-Regolament Nru 1308/2013, li d-DOP u l-IĠP jiġu protetti kontra l-użu intiż biex jibbenefika b’mod abbużiv mir-reputazzjoni li jgawdu minnha l-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti korrispondenti. |
32 |
Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, li jaqgħu, kif tikkonferma l-premessa 92 tar-Regolament Nru 1308/2013, taħt il-politika orizzontali tal-Unjoni fil-qasam tal-kwalità, għandhom ikunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni li tippermetti applikazzjoni koerenti tagħhom. |
33 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, ir-Regolament Nru 1151/2012, li l-premessa 32 tiegħu tindika li huwa intiż sabiex jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex dik il-protezzjoni tiġi allinjata ma’ dik li tapplika għas-settur tal-inbid, jipprevedi, fl-Artikolu 13(1)(a) tiegħu, għad-denominazzjonijiet irreġistrati skont dan ir-regolament, protezzjoni analoga għal dik prevista fl-Artikolu 118m(2)(a) tar-Regolament Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 103(2)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013, filwaqt li jispeċifika espressament li din il-protezzjoni tapplika wkoll fir-rigward tal-prodotti użati bħala ingredjenti. |
34 |
Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fis-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2011, Bureau national interprofessionnel du Cognac (C‑4/10 u C‑27/10, EU:C:2011:484, punt 55), fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(a) tar-Regolament Nru 110/2008, fejn il-kliem u l-għanijiet tiegħu huma analogi għal dawk tal-Artikolu 118m(2)(a) tar-Regolament Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 103(2)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013, li l-użu ta’ trade mark li fiha indikazzjoni ġeografika, jew terminu li jikkorrispondi għal din l-indikazzjoni u t-traduzzjoni tagħha, għal xorb spirituż li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti jikkostitwixxi użu kummerċjali dirett ta’ din l-indikazzjoni ġeografika, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 16(a) tar-Regolament Nru 110/2008. |
35 |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jitqies li l-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013, japplikaw għall-użu kummerċjali ta’ DOP bħal, ma hija “Champagne” bħala parti mill-isem ta’ prodott tal-ikel bħalma huwa “Champagner Sorbet” li fih ingredjent li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ din id-DOP. |
36 |
Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom il-każ fejn DOP, bħalma hija “Champagne”, tiġi użata bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel, bħalma huwa “Champagner Sorbet” li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet. |
Fuq it-tieni domanda
37 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ DOP bħala parti mill-isem tali taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet” jikkostitwixxi sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, meta l-isem tal-prodott tal-ikel jikkorrispondi mal-użanzi ta’ isem tal-pubbliku kkonċernat u li l-ingredjent ġie miżjud fi kwantità suffiċjenti sabiex jagħti lill-prodott karatteristika essenzjali. |
38 |
Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 82 tas-sentenza tal-14 ta’ Settembru 2017, EUIPO vs Instituto dos Vinhos do Duoro e do Porto (C‑56/16 P, EU:C:2017:693), fir-rigward tal-protezzjoni tad-DOP u tal-IĠP, ir-Regolament Nru 1234/2007 jikkostitwixxi strument tal-politika agrikola komuni intiż essenzjalment sabiex jiżgura lill-konsumaturi li prodotti agrikoli li għandhom indikazzjoni ġeografika rreġistrata skont dan ir-regolament jippreżentaw, minħabba l-provenjenza minn żona ġeografika speċifika, ċerti karatteristiċi partikolari u, għaldaqstant, joffru garanzija ta’ kwalità dovuta għall-provenjenza ġeografika tagħhom, bl-għan li jippermetti lill-operaturi agrikoli li jkunu għamlu sforzi kwalitattivi reali li jiksbu f’korrispettiv l-aħjar dħul u jipprekludu li terzi ma jibbenefikawx abbużivament mir-reputazzjoni li tirriżulta mill-kwalità ta’ dawn il-prodotti. |
39 |
Barra minn hekk, fuq is-suġġett tal-Artikolu 16(a) sa (d) tar-Regolament Nru 110/2008, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fil-punt 46 tas-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2011, Bureau national interprofessionnel du Cognac (C‑4/10 u C‑27/10, EU:C:2011:484), li din id-dispożizzjoni tipprovdi każijiet varji li fihom il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott hija akkumpanjata minn riferiment espliċitu jew impliċitu għal indikazzjoni ġeografika taħt kundizzjonijiet li jistgħu jqarrqu bil-pubbliku, jew għall-inqas, li joħolqu f’moħħu assoċjazzjoni ta’ ideat dwar l-oriġini tal-prodott, jew li jippermettu lill-operatur jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni ta’ din l-indikazzjoni ġeografika inkwistjoni. |
40 |
Minn dan jirriżulta li l-isfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP, fis-sens tal-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 jippreżupponi użu ta’ din id-DOP intiż sabiex jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni tagħha. |
41 |
F’dan il-każ, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, l-użu tal-isem “Champagner Sorbet” sabiex jindika sorbet li fih l-inbid tax-xampanja huwa ta’ natura li jirrifletti fuq dan il-prodott ir-reputazzjoni tad-DOP “Champagne”, li ġġib magħha immaġini ta’ kwalità u ta’ prestiġju, u għalhekk tali li jibbenefika minn din ir-reputazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk dan jimminax il-protezzjoni kkonferita mill-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013, konsegwentement, għandu jiġi eżaminat jekk tali użu jikkostitwixxix proċess intiż sabiex jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni ta’ din id-DOP. |
42 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, qabelxejn, li l-Artikolu 3(1), u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13, fis-seħħ fl-epoka tal-fatti fil-kawża prinċipali, u, kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 9(1)(a) u l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1169/2011 taħt l-ebda ċirkustanza ma jimponu l-inklużjoni tad-DOP fl-isem ta’ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija, meta l-użu ta’ tali isem huwa kuntrarju għall-protezzjoni kkonferita mill-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 jew mill-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013. |
43 |
Barra minn hekk, l-osservanza stretta tad-dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjoni tal-prodotti tal-ikel inklużi fid-Direttiva 2000/13 u fir-Regolament Nru 1169/2011, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar l-ingredjenti li jinsabu fih, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 6(5) u tal-Artikolu 7(1) u (5) tad-Direttiva 2000/13 kif ukoll dawk tal-Artikolu 18(1) u (2) u tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 1169/2001, ma tistax teskludi l-eżistenza ta’ użu indebitu tar-reputazzjoni ta’ DOP. |
44 |
Sussegwentement, kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 110/2008, l-użu ta’ indikazzjoni ġeografika rreġistrata f’terminu kompost huwa pprojbit, ħlief jekk l-alkoħol ma jkunx derivat esklużivament mix-xarba spirituża kkonċernata. |
45 |
Fl-aħħar nett, il-linji gwida, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont il-premessa 32 tar-Regolament Nru 1151/2012, meta prodotti li jibbenefikaw minn DOP jew minn IĠP jintużaw bħala ingredjenti, billi jindikaw, fil-punt 2.1.2 tagħhom li denominazzjoni rreġistrata bħala DOP tista’ tkun imsemmija fi ħdan l-isem tal-bejgħ ta’ prodott tal-ikel li jinkorpora prodotti li jibbenenfikaw mid-denominazzjoni rreġistrata, meta tliet kundizzjonijiet, li huma jipprovdu, jiġu ssodisfatti. Peress li dan ir-regolament, kif ġie rrilevat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, għandu l-għan li jiżgura livell ta’ protezzjoni għoli u li jallinjaha ma’ dik applikabbli għas-settur tal-inbid, dawn il-linji gwida huma wkoll rilevanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u tal-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013. |
46 |
Minn dan isegwi li l-użu ta’ DOP bħala parti minn isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-DOP, imma li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, ma jistax jitqies fih innifsu bħala proċess ta’ natura indebita u, għaldaqstant, bħala proċess li d-DOP huma protetti kontrih fi kwalunkwe ċirkostanza skont l-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u tal-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013. Konsegwentement, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jevalwaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ, jekk tali użu huwiex intiż sabiex jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni ta’ DOP. |
47 |
Għal dan il-għan, il-fatt li l-isem inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkorrispondi mal-użanzi tal-pubbliku kkonċernat sabiex jindika l-prodott tal-ikel ikkonċernat ma jistax ikun element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni. |
48 |
Fil-fatt, peress li l-għan tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet u tal-indikazzjonijiet geografiċi rreġistrati huwa b’mod partikolari, kif ġie mfakkar fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, li jiżgura lill-konsumaturi li l-prodotti li għandhom tali indikazzjoni jippreżentaw, minħabba l-provenjenza tagħhom minn żona ġeografika speċifika, ċerti karatteristiċi partikolari u joffru garanzija ta’ kwalità dovuta għall-provenjenza ġeografika tagħhom, dan il-għan ma jintlaħaqx jekk DOP setgħet tkun jew setgħet issir denominazzjoni ġenerika. Għalhekk, skont l-Artikolu 118k(1) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 101(1) tar-Regolament Nru 1308/2013, id-denominazzjonijiet li saru ġeneriċi ma jistgħux jistennew protezzjoni bħala DOP. Barra minn hekk, l-Artikolu 118m(3) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(3) tar-Regolament Nru 1308/2013, jipprovdu li d-DOP ma jistgħux isiru ġeneriċi fl-Unjoni. Li jiġi meqjus li l-fatt li l-isem ta’ prodott tal-ikel bħal “Champagner Sorbet”, hija dik komunement użata mill-pubbliku kkonċernat sabiex jindika dan il-prodott tal-ikel jista’ jkollu relevanza fuq l-evalwazzjoni tan-natura indebita tal-użu ta’ DOP bħala parti minn din id-denominazzjoni jkun ifisser li jiġi ammess li jista’ jsir użu ġeneriku ta’ din id-DOP u għalhekk imur kontra l-protezzjoni stabbilita minn dawn ir-regolamenti. |
49 |
Fir-rigward tal-kwistjoni jekk, għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, huwiex rilevanti l-kriterju li l-ingredjent li jibbenefika mid-DOP ġie miżjud fi kwantità suffiċjenti sabiex jikkonferixxi lill-prodott tal-ikel ikkonċernat karatteristika essenzjali, għandu jiġi kkonstatat li dan il-kriterju jikkorrispondi ma’ waħda mit-tliet kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2 tal-Linji gwida sabiex jiġi ammess li denominazzjoni rreġistrata bħala DOP tista’ tiġi msemmija fi ħdan l-isem tal-bejgħ ta’ prodott tal-ikel li jinkorpora prodotti li jibbenefikaaw minn din id-DOP. Madankollu, il-Kummissjoni tispeċifika li ma tistax, minħabba l-eteroġeneità ta’ każijiet potenzjali, tissuġġerixxi perċentwal minimu applikabbli b’mod uniformi. |
50 |
F’dan ir-rigward, għandu jitqies li l-użu ta’ DOP bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, intiż sabiex jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni ta’ din id-DOP jekk dan l-ingredjent ma jikkonferixxix karatteristika essenzjali lil dan il-prodott tal-ikel. |
51 |
Fir-rigward tad-determinazzjoni jekk l-ingredjent inkwistjoni jikkonferixxix lill-prodott tal-ikel inkwistjoni karatteristika essenzjali, il-kwantità ta’ dan l-ingredjent fil-kompożizzjoni ta’ dan il-prodott tal-ikel tikkostitwixxi kriterju importanti, iżda mhux suffiċjenti. L-evalwazzjoni tiegħu tiddependi mill-prodotti kkonċernati u għandha tkun akkumpanjata minn evalwazzjoni kwalitattiva. F’dan ir-rigward, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punti 76 u 77 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma hijiex kwistjoni li jinstabu f’dan il-prodott tal-ikel il-karatteristiċi essenzjali tal-ingredjent li jibbenefika mid-DOP, iżda li jiġi kkonstatat li dan il-prodott tal-ikel għandu karatteristika essenzjali marbuta ma’ dan l-ingredjent. Din il-karatteristika hija spiss ir-riħa u t-togħma li jagħtih dan l-ingredjent. |
52 |
Meta l-isem tal-prodott tal-ikel jindika, bħal fil-kawża prinċipali, li dan jinkludi ingredjent li jibbenefika minn DOP li suppost tindika t-togħma ta’ dan il-prodott tal-ikel, it-togħma ġġenerata minn dan l-ingredjent għandha tikkostitwixxi l-karatteristika essenzjali tal-imsemmi prodott tal-ikel. Fil-fatt, jekk ingredjenti oħra li jinsabu fl-imsemmi prodott tal-ikel jiddeterminaw iktar it-togħma tiegħu, l-użu ta’ tali isem jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni tad-DPO kkonċernata. Għalhekk, sabiex jiġi evalwat jekk l-inbid tax-xampanja inkluż fil-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonferixxix fuqu karatteristika essenzjali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, fid-dawl tal-provi kollha ppreżentati quddiemha, jekk dan il-prodott għandux togħma ġġenerata prinċipalment mill-preżenza tal-inbid tax-xampanja fil-kompożizzjoni tiegħu. |
53 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ DOP bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet”, jikkostitwixxi sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk dan il-prodott tal-ikel ma għandux, bħala karatteristika essenzjali, togħma ġġenerata prinċipalment mill-preżenza ta’ dan l-ingredjent fil-kompożizzjoni tiegħu. |
Fuq it-tielet domanda
54 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ DOP bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet” jikkostitwixxi użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
55 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 118m(2)(a) sa (d) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a) sa (d) tar-Regolament Nru 1308/2013, ikopru diversi ksur fejn id-DOP u l-IĠP u l-inbejjed li jagħmlu użu minn dawn id-denominazzjonijiet jistgħu jkunu s-suġġett tagħhom u li dawn id-dispożizzjonijiet jipproteġuhom kontrihom. |
56 |
F’dan il-każ, mir-risposti mogħtija għall-ewwel u t-tieni domanda jirriżulta li l-użu ta’ DOP, bħalma hija “Champagne” bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet” jikkostitwixxi użu kummerċjali tal-imsemmija DOP, fis-sens tal-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013, kontra liema din tal-aħħar hija protetta abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jekk dan l-użu huwa intiż sabiex jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni tagħha u li dan huwa b’mod partikolari l-każ jekk dan l-ingredjent ma jikkonferixxix karatteristika essenzjali lil dan il-prodott tal-ikel. |
57 |
Min-naħa l-oħra, użu ta’ DOP fl-isem ta’ prodott tal-ikel, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jidhirx li jista’ jikkostitwixxi użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013. Fil-fatt, billi ġie inkorporat fl-isem tal-prodott tal-ikel inkwistjoni dak ta’ ingredjent li jibbenefika minn DOP, sar użu dirett minn din id-DOP sabiex tiġi evokata b’mod miftuħ kwalità ta’ togħma marbuta magħha, li ma tikkostitwixxi la użurpazzjoni, la imitazzjoni, lanqas evokazzjoni. |
58 |
Fuq is-suġġet ta’ “evokazzjoni”, barra minn hekk għandu jitfakkar li din, skont ġurisprudenza stabbilita, tkopri b’mod partikolari ipoteżi li fiha t-terminu użat sabiex jindika prodott jinkorpora parti minn denominazzjoni protetta, b’tali mod li meta l-konsumatur ikollu quddiemu l-isem tal-imsemmi prodott, ix-xbiha li tiskatta f’moħħu hija dik tal-prodott li jibbenefika minn din id-denominazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Jannar 2016, Viiniverla, C‑75/15, EU:C:2016:35, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata). L-inkorporazzjoni tal-integralità tad-denominazzjoni tad-DOP fl-isem tal-prodott tal-ikel sabiex tindika t-togħma tiegħu għalhekk ma tikkorrispondix ma’ din l-ipoteżi. |
59 |
Konsegwentement, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ DOP bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet” ma jikkostitwixxix użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
Fuq ir-raba’ domanda
60 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli biss għall-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa li huma ta’ natura li joħolqu, fost il-pubbliku kkonċernat, impressjoni żbaljata dwar l-oriġini ġeografika tal-prodott ikkonċernat jew jekk humiex ukoll applikabbli għal indikazzjonijiet foloz u qarrieqa dwar in-natura jew dwar il-kwalitajiet essenzjali ta’ dan il-prodott. |
61 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm l-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013 isemmu indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa li jinsabu fl-ippakkjar jew fl-imballaġġ, fuq ir-reklamar jew fuq id-dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid ikkonċernat, dawn id-dispożizzjonijiet jista’ jkollhom effett utli biss, fl-ipoteżi inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn il-prodott tal-inbid ikkonċernat huwa ingredjent ta’ prodott tal-ikel, jekk ikunu jirrigwardaw l-ippakkjar, l-imballaġġ, ir-reklamar u d-dokumenti relatati ma’ dan il-prodott tal-ikel. |
62 |
Fir-rigward tal-portata ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, mill-formulazzjoni tagħhom jirriżulta li d-DOP, l-IĠP u l-inbejjed li jagħmlu użu minn dawn id-denominazzjonijiet protetti billi josservaw l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti huma protetti kontra, minn naħa, l-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa rigward il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-ippakkjar, l-imballaġġ, fuq ir-reklamar jew fuq id-dokumenti relatati ma’ dan il-prodott u, min-naħa l-oħra, kontra l-użu għall-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ joħloq impressjoni falza dwar l-oriġini tal-prodott. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu li jiġu pprojbiti kemm l-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa rigward l-oriġini ġeografika tal-prodott ikkonċernat kif ukoll l-indikazzjonijiet foloz u qarrieqa dwar in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali ta’ dan il-prodott, bħalma hija, pereżempju, it-togħma tiegħu. |
63 |
Fil-każ fejn il-prodott tal-ikel fil-kawża prinċipali ma għandux, bħala karatteristika essenzjali, togħma ġġenerata prinċipalment mill-preżenza tal-inbid tax-xampanja fil-kompożizzjoni tiegħu, jista’ għalhekk jitqies li l-isem “Champagner Sorbet” imqiegħed fuq l-ippakkjar jew l-imballaġġ ta’ dan il-prodott tal-ikel jikkostitwixxi indikazzjoni falza jew qarrieqa, fis-sens tal-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013. |
64 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli kemm għall-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa li huma ta’ natura li joħolqu impressjoni żbaljata dwar l-oriġini tal-prodott ikkonċernat kif ukoll għall-indikazzjonijiet foloz u qarrieqa dwar in-natura jew fuq il-kwalitajiet essenzjali ta’ dan il-prodott. |
Fuq l-ispejjeż
65 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.
( 1 ) Fid-dispożizzjonijiet 1 u 4 ta’ dan it-test saru modifiki ta’ natura lingwistika, wara li kien tqiegħed online għall-ewwel darba.