This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0092
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 13 January 2011. # Media-Saturn-Holding GmbH v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM). # Appeal - Community trade mark - Absolute ground for refusal - Lack of distinctive character- Mark consisting of an advertising slogan and composed of elements individually devoid of any distinctive character - Figurative sign 'BEST BUY'. # Case C-92/10 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta' Jannar 2011.
Media-Saturn-Holding GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv - Sinjal figurattiv "BEST BUY".
Kawża C-92/10 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta' Jannar 2011.
Media-Saturn-Holding GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv - Sinjal figurattiv "BEST BUY".
Kawża C-92/10 P.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011 – Media-Saturn-Holding vs UASI
(Kawża C‑92/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv – Sinjal figurattiv ‘BEST BUY’”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 27)
2. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 39)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2009, Media-Saturn vs UASI (BEST BUY) (T-476/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv “BEST BUY” bħala trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5 sa 12, 14 sa 17, 20 sa 22, 27, 28, 35, 37, 38 u 40 sa 42 - Karattru distintiv ta’ trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv. |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Media-Saturn-Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |