This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1109
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1109 of 10 April 2024 laying down rules for the application of Regulation (EU) 2018/1139 of the European Parliament and of the Council as regards competent authority requirements and administrative procedures for the certification, oversight and enforcement of the continuing airworthiness of certified unmanned aircraft systems, and amending Implementing Regulation (EU) 2023/203
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 tal-10 ta’ April 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti u tal-proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 tal-10 ta’ April 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti u tal-proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203
C/2024/2000
ĠU L, 2024/1109, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1109/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32023R0203 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 3a | 01/05/2025 | |
Modifies | 32023R0203 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 2 | 01/05/2025 |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1109 |
23.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1109
tal-10 ta’ April 2024
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti u tal-proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 62(14) u (15), il-punti (a), (b) u (c) u l-Artikolu 72(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-rekwiżiti dettaljati tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għas-sistemi tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord (UAS) operati fil-kategorija “speċifika” u li għalihom irid jinkiseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, u l-komponenti tagħhom, u għall-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti f’dawk l-attivitajiet huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 (2). |
(2) |
Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dawk ir-rekwiżiti dettaljati tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti li jridu japplikaw l-awtoritajiet kompetenti. Dawk ir-regoli u l-proċeduri jenħtieġ li jkunu jirriflettu r-rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (3), iżda fl-istess ħin jiġu adattati għall-qafas speċifiku tal-UAS. |
(3) |
Barra minn hekk, biex jiġu ġestiti r-riskji għas-sikurezza li jinħolqu mit-theddid għas-sigurtà tal-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord u l-komponenti tagħhom jeħtieġ japplikaw ir-rekwiżiti għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 (4). Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 jenħtieġ li jiġi emendat biex fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jkun jinkludi wkoll dawk l-awtoritajiet kompetenti. |
(4) |
L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw żmien biżżejjed biex jiżguraw il-konformità mar-regoli u l-proċeduri l-ġodda għall-valutazzjoni tal-konformità tal-UAS iċċertifikati mar-rekwiżiti dettaljati tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u għalhekk dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Mejju 2025. Madankollu, ir-rekwiżiti għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu differiti sakemm ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 isir applikabbli. |
(5) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea assistiet lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ppreżentat l-Opinjoni relatata Nru 03/2023 (5) lill-Kummissjoni nhar il-31 ta’ Awwissu 2023. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-applikazzjoni ta’ regoli komuni tas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti bl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li jridu japplikaw l-awtoritajiet kompetenti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dettaljati tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2024/1107.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS)” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3(30) tar-Regolament (UE) 2018/1139, u l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ tiegħu; |
(b) |
“unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)” tfisser it-tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2018/1139; |
(c) |
“komponent” tfisser kwalunkwe magna, skrun jew parti mill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord (UA), jew xi element tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ; |
(d) |
“kontinwità tal-ajrunavigabbiltà” tfisser il-proċessi kollha li jiżguraw li, f’kull ħin tul il-ħajja operattiva tagħha, is-sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tikkonforma mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli u tkun f’kundizzjoni ta’ operazzjoni sikura; |
(e) |
“manutenzjoni” tfisser xi waħda jew kombinament tal-attivitajiet li ġejjin: tiġdid, tiswija, spezzjoni, sostituzzjoni, modifika jew rettifika ta’ difett ta’ sistema jew komponent ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, għajr l-ispezzjoni ta’ qabel it-titjira; |
(f) |
“organizzazzjoni” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew parti minn persuna ġuridika, li tista’ tkun stabbilita f’aktar minn post wieħed, sew fit-territorju tal-Istati Membri u sew le; |
(g) |
“spezzjoni ta’ qabel titjira” tfisser l-ispezzjoni li ssir qabel it-titjira biex ikun żgurat li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun tajjeb għat-titjira maħsuba; |
(h) |
“post prinċipali tan-negozju” tfisser is-sede ewlenija jew l-uffiċċju rreġistrat tal-impriża li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Awtoritajiet kompetenti
1. Stat Membru għandu jaħtar entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti bis-setgħat u r-responsabbiltajiet allokati meħtieġa biex twettaq il-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107.
2. Is-sistemi tal-amministrazzjoni u tal-ġestjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 u tal-Aġenzija għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.
3. Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala l-awtorità kompetenti, dan irid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-oqsma ta’ kompetenza ta’ kull entità għandhom jiġu definiti b’mod ċar, b’mod partikolari mil-lat tar-responsabbiltajiet u l-limitazzjonijiet ġeografiċi; |
(b) |
għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet biex ikun żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. |
4. Meta tkun meħtieġa twettaq kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza jew tal-infurzar, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li:
(a) |
teżamina r-rekords, id-data, il-proċeduri, u kull materjal ieħor rilevanti biex twettaq il-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza jew tal-infurzar; |
(b) |
tagħmel kopji jew tislet minn dawk ir-rekords, id-data, il-proċeduri u materjal ieħor; |
(c) |
titlob spjegazzjoni orali fuq il-post mingħand membru tal-persunal ta’ dawk l-organizzazzjonijiet; |
(d) |
taċċessa l-binjiet, is-siti operatorji jew il-mezzi tat-trasport rilevanti; |
(e) |
twettaq awditjar, investigazzjonijiet, valutazzjonijiet, spezzjonijiet, li jinkludu spezzjonijiet għal għarrieda, fir-rigward ta’ dawk l-organizzazzjonijiet; |
(f) |
twettaq jew tniedi miżuri tal-infurzar skont kif xieraq. |
5. Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli tal-Istat Membru rilevanti.
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2 jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej: “3a. Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Anness I (Parti-AR.UAS) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 (*1). (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 tal-10 ta’ April 2024 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti u l-proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi ċċertifikati tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203(ĠU L, 2024/1109, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1109/oj ”;" |
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej: “2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(2), (3) u (3a) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-IS.AR) ta’ dan ir-Regolament.” |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2025.
Madankollu, il-punti AR.UAS.GEN.125(c), AR.UAS.GEN.135 A, AR.UAS.GEN.200(e) u AR.UAS.GEN.205(c) tal-Anness għandhom japplikaw mit-22 ta’ Frar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord u l-komponenti tagħhom, u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persunal involuti f’dawn il-kompiti (ĠU L, 2024/1107, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1107/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664, u għall-awtoritajiet kompetenti koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340 u (UE) Nru 139/2014, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 139/2014, (UE) Nru 1321/2014, (UE) 2015/340, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 (ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/203/oj).
(5) https://www.easa.europa.eu/en/document-library/opinions.
ANNESS
KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ TAL-UAS – REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ
(il-Parti-AR.UAS)
WERREJ
SUBPARTI GEN — |
REKWIŻITI ĠENERALI |
AR.UAS.GEN.005 |
Ambitu |
AR.UAS.GEN.010 |
Awtorità kompetenti |
AR.UAS.GEN.115 |
Dokumentazzjoni tas-sorveljanza |
AR.UAS.GEN.120 |
Mezzi tal-konformità |
AR.UAS.GEN.125 |
Informazzjoni lill-Aġenzija |
AR.UAS.GEN.135 |
Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza |
AR.UAS.GEN.135A |
Reazzjoni immedjata għal inċident jew vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni |
AR.UAS.GEN.200 |
Sistema tal-ġestjoni |
AR.UAS.GEN.205 |
Allokazzjoni tal-kompiti |
AR.UAS.GEN.210 |
Bidliet fis-sistema tal-ġestjoni |
AR.UAS.GEN.220 |
Żamma tar-rekords |
AR.UAS.GEN.300 |
Prinċipji tas-sorveljanza |
AR.UAS.GEN.305 |
Programm tas-sorveljanza — organizzazzjonijiet |
AR.UAS.GEN.310 |
Proċedura taċ-ċertifikazzjoni inizjali — organizzazzjonijiet |
AR.UAS.GEN.330 |
Bidliet — organizzazzjonijiet |
AR.UAS.GEN.350 |
Sejbiet, azzjonijiet korrettivi u osservazzjonijiet — organizzazzjonijiet |
AR.UAS.GEN.351 |
Sejbiet u azzjonijiet korrettivi — UAS |
AR.UAS.GEN.355 |
Sospensjoni, limitazzjoni u revoka ta’ ċertifikat |
SUBPARTI CAW — |
AJRUNAVIGABBILTÀ TAL-UAS |
AR.UAS.CAW.005 |
Ambitu |
AR.UAS.CAW.303 |
Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS |
AR.UAS.CAW.902 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa mill-awtorità kompetenti |
Appendiċi — |
Ċertifikat tal-Parti-CAO.UAS — il-Formola 3-CAO.UAS tal-EASA |
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
AR.UAS.GEN.005 Ambitu
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-sistema amministrattiva u maniġerjali li trid tissodisfa l-awtorità kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107.
AR.UAS.GEN.010 Awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun:
(a) |
għas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UA individwali u l-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (ARCs), l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-UA. Dik l-awtorità għandha tkun responsabbli wkoll għas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-CMU sal-punt li din tapplika għall-UA irreġistrat f’dak l-Istat Membru; |
(b) |
għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni kif speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2024/1107:
|
AR.UAS.GEN.115 Dokumentazzjoni tas-sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi, u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu u jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu.
AR.UAS.GEN.120 Mezzi tal-konformità
(a) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi tal-konformità aċċettabbli (“AMC”) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
Jistgħu jintużaw ukoll mezzi tal-konformità alternattivi biex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(c) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar kull mezz tal-konformità alternattiv użat mill-organizzazzjonijiet fis-sorveljanza tagħhom jew minnhom stess biex jistabbilixxu l-konformità ma’ dan ir-Regolament. |
AR.UAS.GEN.125 Informazzjoni lill-Aġenzija
(a) |
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija jekk tinqala’ xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità ssir konxja tal-problemi. |
(b) |
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija malajr kemm jista’ jkun informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti tal-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014. |
(c) |
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tipprovdi lill-Aġenzija malajr kemm jista’ jkun l-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti dwar is-sigurtà tal-informazzjoni li tkun irċeviet skont il-punt CAO.UAS.102(b) tal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107. |
AR.UAS.GEN.135 Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza
(a) |
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred kif xieraq l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
(b) |
L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza sew kull informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tirċievi, u biex mingħajr dewmien żejjed tipprovdi lill-awtorità rilevanti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni kull informazzjoni, inkluż rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li tkun meħtieġa biex jirreaġixxu fil-ħin għal xi problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi UAS, komponenti tal-UAS, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
(c) |
Malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tindirizza l-problema tas-sikurezza. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih il-miżuri meħuda skont il-punt (c) lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ jikkonformaw magħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. |
AR.UAS.GEN.135 A Reazzjoni immedjata għal inċident jew vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni
(a) |
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq informazzjoni relatata mal-inċidenti u l-vulnerabbiltajiet tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni li jirrappurtaw l-organizzazzjonijiet. Dan għandu jsir b’koordinazzjoni ma’ kull awtorità rilevanti oħra responsabbli għas-sigurtà tal-informazzjoni jew għaċ-ċibersigurtà fl-Istat Membru biex jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kompatibbiltà tal-iskemi tar-rappurtar. |
(b) |
L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza sew kull informazzjoni rilevanti sinifikanti għas-sikurezza li hija tirċievi f’konformità mal-punt AR.UAS.GEN.125(c) u biex mingħajr dewmien żejjed tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kull informazzjoni, inkluż rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li tkun meħtieġa biex jirreaġixxu fil-ħin għal inċident jew vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni li jinvolvu UAS, komponenti tal-UAS, persuni jew organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
(c) |
Malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tindirizza l-impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni tal-inċident jew tal-vulnerabbiltà fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni. |
(d) |
Il-miżuri meħuda f’konformità mal-punt (c) għandhom jiġu notifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ jikkonformaw magħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati. |
AR.UAS.GEN.200 Sistema tal-ġestjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u tħaddem sistema tal-ġestjoni, li tkun tinkludi mill-anqas:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam tal-attività tagħha, inkluż is-sistema tal-ġestjoni, persuna waħda jew diversi persuni li jingħataw ir-responsabbiltà ġenerali li jmexxu l-kompitu/i rilevanti. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni bi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, kemm jekk mill-istess Stat Membru jew minn Stati Membri oħra, inkluż dwar dan li ġej:
|
(d) |
Il-proċeduri relatati mas-sistema tal-ġestjoni u l-emendi tagħhom għandhom isiru disponibbli għall-Aġenzija għall-fini ta’ standardizzazzjoni. |
(e) |
Minbarra r-rekwiżiti tal-punt (a), is-sistema tal-ġestjoni stabbilita u mħaddma mill-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-Anness I (il-Parti-IS.AR) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 biex tiżgura l-ġestjoni sew tar-riskji tas-sigurtà tal-informazzjoni li jaf iħallu impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni. |
AR.UAS.GEN.205 Allokazzjoni tal-kompiti
(a) |
L-awtorità kompetenti tista’ talloka kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li din tkun:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess tal-awditjar intern u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza, stabbiliti skont il-punt AR.UAS.GEN.200(a)(5), ikunu jkopru l-kompiti kollha taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza kontinwa li twettaq l-entità kkwalifikata f’isimha. |
(c) |
Għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-konformità tal-organizzazzjoni mal-punt CAO.UAS.102 tal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, l-awtorità kompetenti tista’ talloka kompiti lill-entitajiet ikkwalifikati f’konformità mal-punt (a), jew lil xi awtorità rilevanti responsabbli għas-sigurtà tal-informazzjoni jew għaċ-ċibersigurtà fl-Istat Membru; meta tkun qed talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
|
AR.UAS.GEN.210 Bidliet fis-sistema tal-ġestjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema stabbilita biex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u taqdi r-responsabbiltajiet tagħha kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dik is-sistema għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti tieħu kull azzjoni meħtieġa biex tiżgura li s-sistema tal-ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema tal-ġestjoni tagħha fil-ħin biex tkun tirrifletti kull bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, ħalli tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tiegħu. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija kull bidla li tkun taffettwa l-kompetenza tagħha li twettaq il-kompiti u taqdi r-responsabbiltajiet tagħha kif previst fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
AR.UAS.GEN.220 Żamma tar-rekords
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema taż-żamma tar-rekords li tippermetti ħżin xieraq, aċċessibbiltà u traċċabbiltà affidabbli:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha tal-organizzazzjoni li tkun ħarġet. |
(c) |
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, ħlief għar-rekords imsemmija fil-punt (a)(5) li għandhom jinżammu għal 3 snin wara li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jitneħħa għalkollox mir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru. |
(d) |
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom isiru disponibbli, meta jintalbu, għall-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew għall-Aġenzija. |
AR.UAS.GEN.300 Prinċipji tas-sorveljanza
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:
|
(b) |
Din il-verifika għandha:
|
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-ambitu tas-sorveljanza stabbilita fil-punti (a) u (b) filwaqt li tqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza preċedenti u l-prijoritajiet tas-sikurezza. |
(d) |
Jekk il-faċilitajiet ta’ organizzazzjoni jkunu qegħdin f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti, kif previst fil-punt AR.UAS.GEN.010, tista’ tiftiehem biex il-kompiti tas-sorveljanza jitwettqu mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet. Kull organizzazzjoni soġġetta għal dan il-ftehim għandha tiġi infurmata bl-eżistenza tiegħu u bl-ambitu tiegħu. |
(e) |
Għal kull attività tas-sorveljanza li titwettaq f’faċilitajiet li jkunu qegħdin fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, l-awtorità kompetenti, kif previst fil-punt AR.UAS.GEN.010, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru qabel twettaq xi awditjar jew spezzjoni fuq il-post tal-faċilitajiet. |
(f) |
L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kull informazzjoni meqjusa meħtieġa biex twettaq l-attivitajiet tas-sorveljanza. |
AR.UAS.GEN.305 Programm tas-sorveljanza — organizzazzjonijiet
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u tħaddem programm tas-sorveljanza li jkopri l-attivitajiet tas-sorveljanza meħtieġa mill-punt AR.UAS.GEN.300. |
(b) |
Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, il-programm tas-sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati tal-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni u/jew tas-sorveljanza li jkunu saru, u għandu jistrieħ fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu tal-ippjanar tas-sorveljanza, għandu jinkludi:
|
(c) |
Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, iċ-ċiklu tal-ippjanar tas-sorveljanza ma għandux jaqbeż l-24 xahar. |
(d) |
Iċ-ċiklu tal-ippjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset. |
(e) |
Il-programm tas-sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, l-awditjar, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u meta jkunu saru effettivament. |
(f) |
Wara t-tlestija ta’ kull ċiklu tal-ippjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar it-tkomplija tal-approvazzjoni, li jkun jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza. |
AR.UAS.GEN.310 Proċedura taċ-ċertifikazzjoni inizjali — organizzazzjonijiet
(a) |
Malli tirċievi applikazzjoni mingħand organizzazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli. |
(b) |
Laqgħa mal-meniġer responsabbli tal-organizzazzjoni għandha tissejjaħ imqar darba waqt l-investigazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni inizjali biex ikun żgurat li dik il-persuna tifhem ir-rwol u r-responsabbiltà tagħha. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra kull sejba maħruġa, kull azzjoni tal-għeluq u kull rakkomandazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma mal-organizzazzjoni bil-miktub is-sejbiet kollha li tkun indikat waqt il-verifika. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, is-sejbiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat. |
(e) |
Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(f) |
In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni bil-mod kif speċifikat mill-Aġenzija. |
(g) |
Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal perjodu bla limitu. Il-privileġġi u l-ambitu tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata biex twettaq, inkluż kull limitazzjoni kif applikabbli, għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat. |
(h) |
Biex l-organizzazzjoni tkun tista’ timplimenta bidliet mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem tal-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt CAO.UAS.105 tal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura manwali tal-organizzazzjoni rilevanti li tistabbilixxi l-ambitu ta’ tawn il-bidliet u tiddeskrivi kif dawn il-bidliet għandhom jiġu ġestiti u notifikati lill-awtorità kompetenti. |
AR.UAS.GEN.330 Bidliet — organizzazzjonijiet
(a) |
Malli tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ approvazzjoni bil-quddiem, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel toħroġ l-approvazzjoni. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-organizzazzjoni tkun tista’ topera waqt il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ jiġi sospiż. |
(c) |
Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla. |
(d) |
Mingħajr preġudizzju għal xi miżura tal-infurzar addizzjonali, jekk l-organizzazzjoni timplimenta bidliet li jkunu jeħtieġu approvazzjoni bil-quddiem mingħajr ma tkun kisbet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni. |
(e) |
Għall-bidliet li jeħtieġu approvazzjoni bil-quddiem, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi r-rieżami ta’ dawn il-bidliet fis-sorveljanza kontinwa tagħha f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt AR.UAS.GEN.300. Jekk tinstab xi nonkonformità, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni, titlob bidliet ulterjuri, u taġixxi skont il-punt AR.UAS.GEN.350. |
AR.UAS.GEN.350 Sejbiet, azzjonijiet korrettivi u osservazzjonijiet — organizzazzjonijiet
(a) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema stabbilita biex tanalizza s-sejbiet skont is-sinifikanza tagħhom għas-sikurezza. |
(b) |
Sejba tal-livell 1 għandha toħroġha l-awtorità kompetenti meta tinstab xi nonkonformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni, inkluż it-termini tal-approvazzjoni, li tnaqqas is-sikurezza jew tipperikola serjament is-sikurezza tat-titjir. Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu wkoll:
|
(c) |
Sejba tal-livell 2 għandha toħroġha l-awtorità kompetenti meta tinstab xi nonkonformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni, inkluż it-termini tal-approvazzjoni, li ma tkunx ikklassifikata bħala sejba tal-livell 1. |
(d) |
Meta tinstab sejba waqt is-sorveljanza jew b’xi mezz ieħor, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni addizzjonali meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika bil-miktub is-sejba lill-organizzazzjoni u titlob azzjoni korrettiva li tindirizza n-nonkonformità identifikata. Jekk sejba tal-livell 1 tkun relatata direttament ma’ UA jew ma’ CMU, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti speċifikata fil-punt AR.UAS.GEN.010(a), jekk din tkun differenti mill-awtorità kompetenti li tindika s-sejba.
|
(e) |
Mingħajr preġudizzju għal kull miżura tal-infurzar addizzjonali, jekk meta awtorità li tkun qed twettaq il-kompiti tas-sorveljanza skont il-punt AR.UAS.GEN.300(d) tidentifika xi nonkonformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, minn organizzazzjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, din għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħti indikazzjoni tal-livell tas-sejba. |
(f) |
L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet għal kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li ma jeħtiġux sejba tal-livell 1 jew tal-livell 2:
L-osservazzjonijiet maħruġa skont dan il-punt għandhom jiġu kkomunikati bil-miktub lill-organizzazzjoni u jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti. |
AR.UAS.GEN.351 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi — UAS
(a) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema stabbilita biex tanalizza s-sejbiet skont is-sinifikanza tagħhom għas-sikurezza. |
(b) |
Sejba tal-livell 1 hija sejba ta’ nonkonformità sinifikanti tal-UAS mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, li tnaqqas is-sikurezza jew tipperikola serjament is-sikurezza tat-titjir. |
(c) |
Sejba tal-livell 2 hija sejba ta’ nonkonformità tal-UAS mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, li mhix ikklassifikata bħala sejba tal-livell 1. |
(d) |
Jekk waqt l-istħarriġiet tal-inġenji tal-ajru jew b’mezzi oħra tinstab evidenza li turi n-nonkonformità tal-UAS mar-rekwiżiti tal-UAS tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, l-awtorità kompetenti għandha:
|
AR.UAS.GEN.355 Sospensjoni, limitazzjoni u revoka ta’ ċertifikat
L-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tissospendi ċertifikat meta jkun jidhrilha li hemm raġunijiet validi biex dik l-azzjoni tkun meħtieġa ħalli tevita theddida kredibbli għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord; |
(b) |
tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat jekk dik l-azzjoni tkun meħtieġa f’konformità mal-punt AR.UAS.GEN.350 jew mal-punt AR.UAS.GEN.351; |
(c) |
tissospendi jew tillimita għalkollox jew parzjalment ċertifikat ta’ organizzazzjoni jekk xi ċirkostanzi imprevedibbli barra mill-kontroll tal-awtorità kompetenti jkunu jxekklu lill-ispetturi tagħha milli jaqdu r-responsabbiltajiet tas-sorveljanza tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ippjanar tas-sorveljanza. |
SUBPARTI CAW
AJRUNAVIGABBILTÀ TAL-UAS
AR.UAS.CAW.005 Ambitu
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li trid tissodisfa l-awtorità kompetenti meta twettaq il-kompiti tagħha u taqdi r-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS soġġetta għar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, u tal-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbilità (ARCs).
AR.UAS.CAW.303 Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta’ stħarriġ li jħaddem approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta tal-UAs fir-reġistru tagħha, u tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs) tagħhom. |
(b) |
Il-programm tal-istħarriġ għandu jinkludi stħarriġ tal-prodotti minn kampjun ta’ UA u CMUs, u għandu jkopri l-aspetti kollha tal-elementi ewlenin tar-riskji għall-ajrunavigabbiltà. |
(c) |
L-istħarriġ tal-prodotti għandu jieħu kampjuni mill-istandards tal-ajrunavigabbiltà miksuba, abbażi tar-rekwiżiti applikabbli, u għandu jidentifika s-sejbiet. |
(d) |
Kull sejba identifikata għandha tiġi kkategorizzata f’konformità mal-punt AR.UAS.GEN.351 u kkonfermata bil-miktub lill-persuna jew lill-organizzazzjoni responsabbli f’konformità mal-punt ML.UAS.201 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107. |
(e) |
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet u l-azzjonijiet tal-għeluq kollha. |
(f) |
Jekk waqt dawn l-istħarriġiet tinstab evidenza li turi nonkonformità ma’ dan l-Anness jew ma’ Annessi oħra, is-sejba għandha tiġi indirizzata kif speċifikat fl-Anness rilevanti. |
(g) |
Jekk tkun teħtieġ tiżgura azzjoni xierqa tal-infurzar, l-awtorità kompetenti għandha tiskambja informazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra dwar kull nonkonformità identifikata f’konformità mal-punt (f). |
AR.UAS.CAW.902 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa mill-awtorità kompetenti
(a) |
Meta l-awtorità kompetenti twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC (il-Formola 15d tal-EASA) kif stabbilit fl-Appendiċi 2 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, l-awtorità kompetenti għandha twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt ML.UAS.903 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex twettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà. Dan il-persunal għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
Minkejja l-punti (b)(1) sa (b)(4), ir-rekwiżit tal-punt (b)(2) jista’ jiġi sostitwit bi 3 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, apparti l-esperjenza diġà meħtieġa mill-punt (b)(1). |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, li għandu jinkludi dettalji dwar kull kwalifika adegwata li jkollu l-persunal, u sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(d) |
Waqt it-twettiq tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data applikabbli, bħal dik speċifikata fil-punti ML.UAS.305 u ML.UAS.401 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107. |
(e) |
Il-persunal li jwettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu joħroġ ARC (il-Formola 15d tal-EASA) kif stabbilit fl-Appendiċi 2 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, mat-tlestija sodisfaċenti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. |
(f) |
Kull meta ċ-ċirkostanzi jiżvelaw li hemm theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hija stess. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/376/oj).
Appendiċi
Ċertifikat tal-Parti-CAO.UAS — il-Formola 3-CAO.UAS tal-EASA
(a) |
Fil-klassi(jiet) u l-klassifikazzjoni(jiet) tal-approvazzjoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-ambitu tax-xogħol speċifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni jiddefinixxi l-limiti eżatti tal-approvazzjoni. Għalhekk, hu essenzjali li l-klassi(jiet) u l-klassifikazzjoni(jiet) tal-approvazzjoni u l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni jkunu jaqblu. |
(b) |
Klassifikazzjoni tal-UAS, fir-rigward tal-privileġġi tal-manutenzjoni tal-UA jew tas-CMU, tfisser li l-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS tista’, f’konformità mal-ambitu tal-ħidma speċifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni, twettaq manutenzjoni fuq il-UA, fuq is-CMU, jew fuq it-tnejn. Din l-organizzazzjoni tista’ twettaq ukoll manutenzjoni fuq il-komponenti (inkluż il-magni) f’konformità mad-data dwar il-manutenzjoni tal-UA jew tas-CMU jew, jekk maqbul mill-awtorità kompetenti, f’konformità mad-data dwar il-manutenzjoni tal-komponenti, biss meta dawk il-komponenti jkunu mmuntati fil-UA jew fis-CMU. Madankollu, din l-organizzazzjoni tista’ tneħħi temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, għajr meta t-tneħħija tiegħu tkun toħloq il-ħtieġa ta’ manutenzjoni addizzjonali li l-organizzazzjoni ma tkunx approvata li twettaq. Din it-tneħħija ta’ komponent għall-manutenzjoni minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni kklassifikata tal-UAS għandha tkun soġġetta għal proċedura tal-kontroll speċifikata fil-manwal tal-organizzazzjoni. Fi klassifikazzjoni ta’ UAS, l-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS tista’ tiġi approvata wkoll, f’konformità mal-ambitu tax-xogħol speċifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni, biex tinstalla CMUs, biex timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS, biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, u biex toħroġ permessi għat-titjir. |
(c) |
Klassifikazzjoni ta’ magna kompluta (magna bit-turbini, b’pistuni, elettrika, jew oħrajn) tfisser li l-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS tista’ twettaq manutenzjoni fuq il-magna mhux installata u fuq il-komponenti tal-magna mhux installata, f’konformità mad-data tal-manutenzjoni tal-magna jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, f’konformità mad-data tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss meta dawk il-komponenti jkunu mmuntati fil-magna. Madankollu, din l-organizzazzjoni kklassifikata tal-magni tista’ tneħħi temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, għajr meta t-tneħħija tiegħu tkun toħloq il-ħtieġa ta’ manutenzjoni addizzjonali li l-organizzazzjoni ma tkunx approvata li twettaq. Organizzazzjoni klassifikata tal-magni tista’ twettaq ukoll manutenzjoni fuq magna installata waqt il-manutenzjoni tal-UA soġġetta għal proċedura tal-kontroll speċifikata fil-manwal tal-organizzazzjoni li trid tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. |
(d) |
Klassifikazzjoni ta’ komponent għajr magni kompluti tfisser li l-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS tista’ twettaq manutenzjoni fuq komponenti mhux installati (għajr magni kompluti) maħsuba biex jiġu mmuntati fil-UA, fil-magna jew fis-CMU. Dik l-organizzazzjoni tista’ twettaq ukoll manutenzjoni fuq komponent installat (għajr magni kompluti) waqt il-manutenzjoni tal-UA, il-manutenzjoni tas-CMU jew f’faċilità tal-manutenzjoni tal-magni soġġetta għal proċedura tal-kontroll speċifikata fil-manwal tal-organizzazzjoni li trid tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. |
(e) |
Klassifikazzjoni ta’ test nondistruttiv (NDT) hija klassifikazzjoni awtonoma li mhux bilfors tkun relatata ma’ xi UA, magna jew komponent ieħor speċifiku. Il-klassifikazzjoni ta’ NDT hija meħtieġa biss għal organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS li twettaq NDT bħala kompitu partikolari għal organizzazzjoni oħra. Organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS approvata bi klassifikazzjoni ta’ UAS, ta’ magna jew ta’ komponent tista’ twettaq NDT fuq il-prodotti u l-komponenti li tagħmilhom manutenzjoni, soġġetta għall-manwal tal-organizzazzjoni li jkun fih il-proċeduri tal-NDT, mingħajr il-ħtieġa li jkollha klassifikazzjoni ta’ NDT.
|
(*1) Jew l-“EASA”, jekk l-EASA tkun l-awtorità kompetenti.
(*2) Ħassar jekk ma jkunx Stat Membru tal-UE jew l-EASA.
(*3) Jew l-“EASA”, jekk l-EASA tkun l-awtorità kompetenti.
(*4) Ħassar kif xieraq jekk l-organizzazzjoni ma tkunx approvata.
(*5) Agħżel kif xieraq.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1109/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)