This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0724
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/724 of 31 March 2023 accepting a request for new exporting producer treatment with regard to the definitive anti-dumping measures imposed on imports of ceramic tableware and kitchenware originating in the People’s Republic of China, and amending Implementing Regulation (EU) 2019/1198
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/724 tal-31 ta’ Marzu 2023 dwar l-aċċettar ta’ talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/724 tal-31 ta’ Marzu 2023 dwar l-aċċettar ta’ talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198
C/2023/2116
ĠU L 94, 3.4.2023, p. 22–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32019R1198 | Żieda | anness I tabella Test | 04/04/2023 |
3.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/724
tal-31 ta’ Marzu 2023
dwar l-aċċettar ta’ talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi,
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Fit-13 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”) permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (“ir-Regolament oriġinali”) (3). |
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2019, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar- ir-Regolament bażiku, il-Kummissjoni estendiet il-miżuri tar-Regolament oriġinali għal ħames snin oħra permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198. |
(3) |
Fit-28 ta’ Novembru 2019, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131 (4). |
(4) |
Fl-investigazzjoni oriġinali. il-kampjunar ġie applikat biex jiġu investigati l-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(5) |
Il-Kummissjoni imponiet rati individwali ta’ dazju anti-dumping li jvarjaw minn 13,1 % sa 23,4 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ inklużi fil-kampjun. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 17,9 %. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 kif sostitwit bl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131. Barra minn hekk, ġiet imposta wkoll rata ta’ dazju mal-pajjiż kollu ta’ 36,1 % fuq il-prodott ikkonċernat minn kumpaniji fir-RPĊ li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
(6) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198, l-Anness I ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata tad-dazju medja ponderata ta’ 17,9 %, meta dan il-produttur esportatur ġdid jagħti biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
|
B. TALBA GĦAL TRATTAMENT TA’ PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
(7) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2021, il-kumpanija Fujian Dehua Longnan Ceramics Co., Ltd (“l-applikant”), ressqet talba lill-Kummissjoni biex tingħata trattament ta’ produttur esportatur ġdid (new exporting producer treatment, “NEPT”) u għalhekk hija soġġetta għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw fir-RPĊ mhux inklużi fil-kampjun, li hija ta’ 17,9 %. L-applikant sostna li kien jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, (“il-kundizzjonijiet ta’ NEPT”). |
(8) |
Biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant jissodisfax il-kundizzjonijiet biex jingħata NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, il-Kummissjoni l-ewwel bagħtet kwestjonarju lill-applikant fejn talbet għal evidenza li turi li hu jissodisfa l-kundizzjoniijiet ta’ NEPT. |
(9) |
Wara li analizzat it-tweġiba tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni u evidenza ta’ sostenn, li l-applikant ippreżenta. |
(10) |
Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk l-applikant kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ NEPT. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni analizzat l-evidenza ppreżentata mill-applikant u kkonsultat diversi bażijiet tad-data online inklużi Orbis (5) u Qichacha (6). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni infurmat lill-industrija tal-Unjoni dwar it-talba tal-applikant u stednitu jipprovdi l-kummenti tiegħu jekk ikun hemm bżonn. L-industrija tal-Unjoni ppreżentat kummenti fir-rigward tal-konformità tal-applikant mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198. |
C. ANALIŻI TAT-TALBA
(11) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, l-applikant wera li matul dan il-perjodu tassew ma esportax lejn l-Unjoni. Fujian Dehua Longnan Ceramics Co., Ltd twaqqfet fl-1999 u bdiet tesporta fl-2006 prodotti moderni tal-porċellana bħal oġġetti taċ-ċeramika, iżda mhux il-prodott ikkonċernat. Ir-reġistru tal-bejgħ tagħha għall-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, li nstab li kien konformi mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji pprovduti, ma wera l-ebda rekord ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. It-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali ġew ivverifikati u ma nstabet l-ebda informazzjoni li tindika esportazzjonijiet possibbli tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Fost dawk it-tranżazzjonijiet, kien hemm wieħed mill-prodotti kkonċernati, li madankollu ma kienx destinat għall-Unjoni, u erba’ tranżazzjonijiet li saru lejn il-Ġermanja, Franza u l-Finlandja, iżda mhux il-prodott ikkonċernat. L-industrija tal-Unjoni sostniet li, skont is-sit web tagħha u d-data tal-liċenzja tal-esportazzjoni, l-applikant kien involut fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda sa mill-bidu nett tal-kumpanija. Barra minn hekk, fl-2006, l-applikant kien applika għar-reġistrazzjoni tat-trademark tiegħu li tinkludi t-translitterazzjoni tal-isem Ċiniż. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li l-applikant ma kienx konformi mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) 2019/1198. B’konsegwenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikant huwa konformi mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198. |
(12) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li l-applikant ma huwa relatat mal-ebda esportatur jew produttur li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 li kienu kkooperaw jew setgħu kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali, l-applikant wera li ma huwa relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping. L-applikant għandu żewġ azzjonisti, li għandhom 80 % u 20 % rispettivament. Skont il-bażi tad-data ta’ Qichacha, l-azzjonisti tal-applikant kellhom ishma f’diversi kumpaniji oħra, li madankollu ma kinux relatati mal-prodott ikkonċernat u li kienu diġà ġew dereġistrati. Fujian Dehua Longdong Ceramics Co., Ltd, il-kumpanija relatata tal-applikant stabbilita waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali mal-istess azzjonisti, biegħet biss prodotti fis-suq domestiku. Skont id-dikjarazzjonijiet tal-VAT tal-kumpanija relatata li ġew ipprovduti, ma sar l-ebda bejgħ għall-esportazzjoni. Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni. |
(13) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, li l-applikant effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali jew li daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni waqt l-investigazzjoni stabbiliet li l-applikant kien esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fl-2020, għaldaqstant wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. L-applikant ppreżenta fattura, ordni ta’ xiri, dokumenti ta’ żdoganar, polza ta’ kargu u rċevuta ta’ ħlas għal ordni magħmula fl-2019 minn kumpanija fi Spanja. Barra minn hekk, skont ir-reġistru tal-bejgħ li tqabbel mar-rapporti finanzjarji, fl-2020 kien hemm konsenji oħra tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni. |
(14) |
Għaldaqstant, l-applikant jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet biex jingħata NEPT, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 u għalhekk jenħtieġ li t-talba tiġi milqugħa. Konsegwentement, l-applikant jenħtieġ li jkun soġġett għal dazju anti-dumping ta’ 17,9 % għall-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali. |
D. DIVULGAZZJONI
(15) |
L-applikant u l-industrija tal-Unjoni kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li tqiesu xierqa biex tingħata r-rata tad-dazju anti-dumping, applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali, lil Fujian Dehua Longnan Ceramics Co., Ltd. |
(16) |
Il-partijiet ingħataw il-possibbiltà li jissottomettu kummenti u l-industrija tal-Unjoni tat il-kummenti tagħha. |
(17) |
Wara d-divulgazzjoni, l-industrija tal-Unjoni sostniet li Fujian Dehua Longdong Ceramics Co., Ltd, il-kumpanija relatata tal-applikant, irreġistrat rappreżentant għall-attivitajiet ta’ importazzjoni u esportazzjoni fl-uffiċċju doganali ta’ Quanzhou fit-18 ta’ Novembru 2013. L-industrija tal-Unjoni b’hekk argumentat li l-kumpanija relatata wettqet bejgħ għall-esportazzjoni. |
(18) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-data tar-reġistrazzjoni tar-rappreżentant ta’ Fujian Dehua Longdong Ceramics Co., Ltd (it-18 ta’ Novembru 2013) taqa’ wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2011. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa(12), abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT previsti għall-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li Fujian Dehua Longdong Ceramics Co., Ltd ma esportatx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni waqt il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. L-ebda evidenza li tikkontradixxi din is-sejba ma ġiet ippreżentata jew ma nstabet mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Applikant issodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament ta’ Implimenazzjoni (UE) 2019/1198 u l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(19) |
Ir-Regolament preżenti huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 kif sostitwit bl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131 li fih il-lista tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Fujian Dehua Longnan Ceramics Co., Ltd |
899D |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 189, 15.7.2019, p. 8.
(3) ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1.
(4) ĠU L 321, 12.12.2019, p. 139.
(5) Orbis huwa fornitur globali tad-data ta’ informazzjoni korporattiva li jkopri aktar minn 220 miljun kumpanija fid-dinja kollha. Prinċipalment jipprovdi informazzjoni standardizzata dwar kumpaniji privati u strutturi korporattivi.
(6) Qichacha hija bażi tad-data privata Ċiniża, bi skop ta’ qligħ, li tipprovdi data kummerċjali, informazzjoni dwar il-kreditu, u analitiki ta’ kumpaniji privati u pubbliċi bbażati fiċ-Ċina, għall-konsumaturi/l-professjonisti.