This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0446
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/446 of 27 February 2023 amending Implementing Regulation (EU) 2018/2019 as regards certain plants for planting of Ligustrum delavayanum and Ligustrum japonicum originating in the United Kingdom and Implementing Regulation (EU) 2020/1213 as regards the phytosanitary measures for the introduction of those plants for planting into the Union territory
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/446 tas-27 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum delavayanum, u tal-Ligustrum japonicum li joriġinaw mir-Renju Unit, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/446 tas-27 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum delavayanum, u tal-Ligustrum japonicum li joriġinaw mir-Renju Unit, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni
C/2023/1500
ĠU L 65, 2.3.2023, p. 11–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32018R2019 | Sostituzzjoni | anness punt 1 kolonna tat-tabella 2 Test | 22/03/2023 | |
Modifies | 32020R1213 | Żieda | anness tabella Test | 22/03/2023 |
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/446
tas-27 ta’ Frar 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum delavayanum, u tal-Ligustrum japonicum li joriġinaw mir-Renju Unit, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskji, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir valutazzjoni tar-riskji fuq il-pjanti, fuq il-prodotti tal-pjanti u fuq oġġetti oħra ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
(3) |
Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati proviżorjonalment 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Dik il-lista tinkludi l-ġeneru Ligustrum L. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (4) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, iżda r-riskji fitosanitarji tagħhom għadhom ma ġewx ivvalutati bis-sħiħ. Dan għaliex wieħed jew aktar mill-pesti li jgħixu f’dawk il-pjanti għadhom mhumiex inklużi fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5), iżda jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu inklużi wara valutazzjoni tar-riskji sħiħa oħra. |
(5) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2021, ir-Renju Unit (6) ressaq talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ pjanti topjarji li dejjem iħaddru kbar tal-Ligustrum delavayanum imlaqqma fuq is-salvaġġ tal-Ligustrum japonicum imkabbra fi qsari, ta’ mhux aktar minn 20 sena u li għandhom dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk. Dik it-talba kienet sostnuta mid-dossier tekniku rilevanti. |
(6) |
Fit-28 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika li tkopri l-valutazzjoni tar-riskji tal-pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum delavayanum u tal-pjanti għat-tħawwil tal-Ligustrum japonicum, f’materjal għat-tkabbir, ta’ mhux aktar minn 20 sena u b’dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk, irrispettivament minn jekk humiex imlaqqma jew le (“il-pjanti rilevanti”) (7). L-Awtorità identifikat il-Bemisia tabaci, d-Diaprepes abbreviatus, l-Epiphyas postvittana u s-Scirtothrips dorsalis bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti u stmat il-probabbiltà li l-komodità tkun ħielsa mill-pesti. |
(7) |
Abbażi ta’ dik l-opinjoni, ir-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti rilevanti jitqies li jitnaqqas għal livell aċċettabbli, dment li jiġu applikati miżuri xierqa biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ pesti relatati ma’ dawk il-pjanti u li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti speċjali korrispondenti tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
(8) |
Il-miżuri deskritti mir-Renju Unit fid-dossier tekniku huma kkunsidrati suffiċjenti biex ir-riskju mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti rilevanti jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fih. |
(9) |
Sussegwentement, il-pjanti rilevanti jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat kif xieraq. |
(11) |
Il-Bemisia tabaci huwa elenkat bħala pest tal-kwarantina f’żona protetta fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u Scirtothrips dorsalis huwa elenkat bħala pest tal-kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(12) |
Id-Diaprepes abbreviatus għadu mhuwiex inkluż fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, għalhekk il-miżuri għal dak il-pest huma bbażati fuq dawk deskritti fid-dossier mir-Renju Unit. Meta ssir disponibbli l-valutazzjoni tar-riskju kompluta dwar dak il-pest, jiġi stabbilit jekk dak il-pest jissodisfax il-kundizzjonijiet li jridu jiġu elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u l-pjanti rilevanti fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, flimkien mal-miżuri rispettivi. |
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jiġi emendat kif xieraq. |
(14) |
L-Epiphyas postvittana mhuwiex inkluż fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni. Il-pest huwa preżenti f’għadd ta’ Stati Membri u ma jiġi applikat l-ebda miżura ta’ kontroll uffiċjali. Barra minn hekk, l-impatt tal-pest fl-Unjoni mhuwiex meqjus bħala sinifikanti. Għal dawn ir-raġunijiet, ma huma meħtieġa l-ebda rekwiżiti tal-importazzjoni fir-rigward ta’ dak il-pest. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(6) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-att, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(7) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2022. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Ligustrum delavayanum topiary plants grafted on Ligustrum japonicum from the UK. EFSA Journal 2022;20(11):7593.
ANNESS I
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella fil-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata “Ligustrum L.” hija sostitwita b’dan li ġej:
“Ligustrum L., għajr pjanti għat-tħawwil ta’ Ligustrum delavayanum u Ligustrum japonicum ta’ mhux aktar minn 20 sena, f’materjal għat-tkabbir, li għandhom dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk, li joriġinaw mir-Renju Unit”.
ANNESS II
Fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara “Pjanti għat-tħawwil ta’ Juglans regia L., ta’ mhux aktar minn sentejn bl-għeruq mikxufin, mingħajr weraq, u b’dijametru massimu ta’ 2 cm fil-bażi taz-zokk.”:
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra |
Kodiċi NM |
Pajjiżi terzi tal-oriġini |
Miżuri |
||||||||||||||
“Pjanti għat-tħawwil ta’ Ligustrum delavayanum u Ligustrum japonicum, ta’ mhux aktar minn 20 sena f’materjal għat-tkabbir, b’dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk. |
ex 0602 10 90 |
Ir-Renju Unit |
|