Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2091

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2091 tal-25 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2012 fir-rigward ta’ notifiki mill-Istati Membri dwar l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi tal-frott u l-ħaxix, u tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

C/2022/6007

ĠU L 281, 31.10.2022, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2091/oj

31.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2091

tal-25 ta’ Awwissu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2012 fir-rigward ta’ notifiki mill-Istati Membri dwar l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi tal-frott u l-ħaxix, u tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 174(1), il-punt (a), 174(2), il-punt (a) u 223(3), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet tagħhom li jagħtu, jiċħdu jew jirtiraw rikonoxximenti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (2) jistabbilixxi ċerti obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ entitajiet bħal dawn fis-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 (3) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, obbligi tar-rapportar fir-rigward tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232 (4) kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2092 (5) jipprevedi sistema ta’ notifika mtejba u ssimplifikata għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi nazzjonali u tranżnazzjonali, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali b’mod uniformi għas-setturi kollha. Għaldaqstant, ir-regoli dwar in-notifiki mill-Istati Membri stabbiliti f’dak ir-Regolament japplikaw għall-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi fis-setturi kollha tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluż l-informazzjoni attwalment meħtieġa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u skont l-Artiklu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2012 fir-rigward tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(6)

Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jkollhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa darbtejn, jixraq li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 u (UE) Nru 511/2012 jiġu emendati.

(7)

Jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023, biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil bejn ir-reġimi ta’ notifika l-qodma u dawk ġodda.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jitħassar il-punt 2.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2012 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 39).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta’ kooperazzjoni bejn il-produtturi (ĠU L 44, 19.2.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2092 tal-25 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/232 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tan-notifiki mill-Istati Membri ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti (Ara paġna 18 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top