This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1905
Council Regulation (EU) 2022/1905 of 6 October 2022 amending Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1905 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1905 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/12958/2022/INIT
ĠU L 259I, 6.10.2022, p. 76–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0269 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 1 punt (h) | 06/10/2022 | |
Modifies | 32014R0269 | Żieda | artikolu 6b paragrafu 4 | 06/10/2022 | |
Modifies | 32014R0269 | Żieda | artikolu 6b paragrafu 5 | 06/10/2022 | |
Modifies | 32014R0269 | Żieda | artikolu 6b paragrafu 6 | 06/10/2022 | |
Modifies | 32014R0269 | Sostituzzjoni | artikolu 6a | 06/10/2022 |
6.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 259/76 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1905
tas-6 ta’ Ottubru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fis-6 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1907 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, li introduċiet kriterju ulterjuri għall-elenkar ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati. Id-Deċiżjoni PESK 2022/1907 introduċiet ukoll aktar derogi mill-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli fir-rigward ta' ċerti entitajiet elenkati, u introduċiet dispożizzjonijiet addizzjonali rigward l-obbligi tal-Istati Membri rigward l-għoti ta' derogi. |
(3) |
L-emendi għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1907 jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b'mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif gej:
(1) |
fl-Artikolu 3(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
(*1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom (ĠU L 183 24.6.2014, p. 9)." (*2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229 31.7.2014, p. 1)." (*3) Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f'dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 77)." (*4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78 17.3.2014, p. 16)." (*5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183 24.6.2014, p. 70)." (*6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229 31.7.2014, p. 13)." (*7) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 109).’;" |
(2) |
l-Artikolu 6a jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 6a 1. B'deroga mill-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-Port tas-Sajd ta' Kerch, fil-Port Kummerċjali ta' Yalta u fil-Port Kummerċjali ta' Evpatoria, u għal servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”; |
(3) |
fl-Artikolu 6b jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: "4. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu għall-entità elenkata fl-entrata numru 91 fl-Anness I, jew it-tqegħid ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta' dik l-entità, b’tali kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni ta' tranżazzjonijiet, inkluż bejgħ, li jkunu strettament meħtieġa għall-istralċ, sal-31 ta' Diċembru 2022, ta' joint venture jew arranġament legali simili konkluż qabel is-16 ta' Marzu 2022, li jinvolvi persuna ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness XIX tar-Regolament (UE) Nru 833/2014. 5. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu għall-entità elenkata fl-entrata numru 101 fl-Anness I, jew it-tqegħid ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta' dik l-entità, b’talikundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni sas-7 ta’ Jannar 2023 ta' operazzjonijiet, kuntratti jew ftehimiet oħra konklużi qabel it-3 ta' Ġunju 2022 ma', jew li inkella jinvolvu lil, dik l-entità. 6. L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.". |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li temenda Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara paġna 98 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).