This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2479
Council Decision (CFSP) 2022/2479 of 16 December 2022 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2479 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2479 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/15777/2022/INIT
ĠU L 322I, 16.12.2022, p. 687–688
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0145 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 20 | 16/12/2022 | |
Modifies | 32014D0145 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 10 punt (a) Test | 16/12/2022 | |
Modifies | 32014D0145 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 15 | 16/12/2022 | |
Modifies | 32014D0145 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 17 | 16/12/2022 |
16.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 322/687 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2479
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li tiġi introdotta skadenza ġdida għad-deroga li tippermetti d-diżinvestiment minn entità speċifika elenkata. Dik l-iskadenza ġdida ma tivvalidax b’mod retroattiv id-diżinvestimenti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti neċessarji skont id-Deċiżjoni 2014/145/PESK, bħad-diżinvestimenti mhux awtorizzati wara li l-entità tkun ġiet elenkata. Huwa xieraq ukoll li tiġi estiża għal żewġ entitajiet li għandhom kif ġew elenkati d-deroga mill-iffriżar tal-assi u mill-projbizzjoni li jiġu ġġenerati fondi u riżorsi ekonomiċi disponibbli, sabiex tkun tista' ssir terminazzjoni tal-operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, li preċedentement kienu ġew konklużi ma' dawk l-entitajiet. Sabiex jiġi indirizzat aktar it-tħassib dwar is-sigurtà tal-ikel f'pajjiżi terzi, huwa xieraq li tiġi introdotta deroga ġdida li tippermetti t-tneħħija tal-iffriżar tal-assi ta', u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għal, ċerti individwi li okkupaw rwol sinifikanti fil-kummerċ internazzjonali tal-prodotti agrikoli u tal-ikel, inkluż il-qamħ u l-fertilizzanti, qabel l-elenkar tagħhom. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma fdati bl-awtorizzazzjoni ta' tali operazzjonijiet. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi madwar l-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jispiraw ruħhom mill-prijoritajiet tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Programm Dinji tal-Ikel biex jindirizzaw in-nuqqas tas-sigurtà tal-ikel madwar id-dinja. Dik id-deroga hija mingħajr preġudizzju għal miżuri restrittivi oħra imposti mill-Unjoni fuq ir-Russja u fuq pajjiżi oħra u għat-tħassib rispettiv dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri. |
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK, l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt (a) tal-paragrafu 10, id-data "31 ta' Diċembru 2022" hija sostitwita bid-data “28 ta’ Frar 2023”; |
(2) |
il-paragrafu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “15. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu, skont dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 108 taħt l-intestatura “Entitajiet” fl-Anness, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu neċessarji għat-tlestija, sas-17 ta’ Ġunju 2023, ta' bejgħ u trasferiment li jkun għaddej ta' drittijiet proprjetarji li jkunu direttament jew indirettament proprjetà ta' dik l-entità f’persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti fl-Unjoni. Dik l-iskadenza ma tivvalidax b’mod retroattiv id-diżinvestimenti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti neċessarji skont din id-Deċiżjoni.”; |
(3) |
il-paragrafu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej: “17. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entitajiet elenkati skont in-numri tad-dħul 53, 54, 55, 79, 80, 81, 82, 108, 126 u 127 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk l-entitajiet, skont dawk il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' prodotti agrikoli u alimentari, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, abbażi ta' valutazzjoni speċifika u skont il-każ, jistgħu jawtorizzaw, separatament għal kull tranżazzjoni rilevanti, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lil persuni fiżiċi elenkati taħt l-intestatura "Persuni" fl-Anness li qabel l-elenkar tagħhom okkupaw rwol sinifikanti fil-kummerċ internazzjonali ta' prodotti agrikoli u tal-ikel, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk il-persuni, skont dawk il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli u tal-ikel, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti, lejn pajjiżi terzi biex tiġi indirizzata s-sigurtà tal-ikel. L-Istat Membru kkonċernat għandu, meta jawtorizza tali operazzjonijiet, jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu, fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.”; |
(4) |
jiżdied il-paragrafu li ġej: “20. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entitajiet elenkati skont in-numri tad-dħul 126 u 127 taħt l-intestatura "Entitajiet" fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk l-entitajiet, skont tali kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għat-terminazzjoni sas-17 ta’ Ġunju 2023 ta' operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, inklużi relazzjonijiet bankarji korrispondenti, konklużi ma' dawk l-entitajiet qabel is-16 ta’ Diċembru 2022. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).