This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1149
Regulation (EU) 2021/1149 of the European Parliament and of the Council of 7 July 2021 establishing the Internal Security Fund
Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna
Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna
PE/58/2021/INIT
ĠU L 251, 15.7.2021, p. 94–131
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/07/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32021R1149R(01) | (RO) | |||
Corrected by | 32021R1149R(02) | (FR, GA, MT, SL) | |||
Corrected by | 32021R1149R(03) | (MT) | |||
Corrected by | 32021R1149R(04) | (CS) |
15.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/94 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1149 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Lulju 2021
li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1), 84 u 87(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Filwaqt li s-sigurtà nazzjonali tibqa’ kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, il-protezzjoni tagħha tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta’ miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħra tal-Istati Membri, inkluż koordinazzjoni u kooperazzjoni ma’ aġenziji rilevanti tal-Unjoni u korpi rilevanti oħra tal-Unjoni, u ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti kif ukoll bl-għajnuna tas-settur privat u tas-soċjetà ċivili. |
(2) |
Għall-perijodu mill-2015 sal-2020, il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddefinixxew il-prijoritajiet komuni kif stabbiliti fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ April 2015, li ġew affermati mill-ġdid mill-Kunsill fl-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna mġedda ta’ Ġunju 2015 u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ Lulju 2015, jiġifieri il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, l-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità. Dawk il-prijoritajiet komuni ġew affermati mill-ġdid għall-perijodu mill-2020 sal-2025 fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2020 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata ‘l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà’. |
(3) |
Fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, iffirmata fil-25 ta’ Marzu 2017, il-mexxejja ta’ 27 Stat Membru, il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea affermaw l-impenn tagħhom li jaħdmu lejn Ewropa sikura u sigura u li jibnu Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom sikuri u jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn il-fruntieri esterni jkunu siguri, b’politika effiċjenti, responsabbli u sostenibbli dwar il-migrazzjoni u li tirrispetta n-normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa determinata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016 appella biex jibqgħu jinkisbu riżultati b’rabta mal-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni u tal-bażijiet ta’ data. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2017 enfasizza l-ħtieġa li titjieb l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet ta’ data, u, fit-12 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni). |
(5) |
Sabiex jippreservaw l-acquis ta’ Schengen u jikkontribwixxu biex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, l-Istati Membri ilhom mis-6 ta’ April 2017 obbligati jwettqu verifiki sistematiċi ma’ bażijiet tad-data rilevanti fuq ċittadini tal-Unjoni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjoni għall-Istati Membri dwar l-użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u mill-kooperazzjoni transfruntiera. Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar it-tqassim tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u għall-istat tad-dritt, l-attenzjoni mill-qrib għall-perspettiva globali u l-konsistenza meħtieġa mad-dimensjoni esterna tas-sigurtà jenħtieġ li jkunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żviluppata unjoni tas-sigurtà effettiva u ġenwina. |
(6) |
Sabiex jitwettaq dan l-objettiv, jenħtieġ li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-persuni, l-ispazji pubbliċi u l-infrastruttura kritika minn theddid tranżnazzjonali li dejjem qed jiżdied u biex tiġi appoġġata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga u tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil ta’ flus, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali, inkluż l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-theddid ibridu, kif ukoll dak kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari, u t-traffikar tal-bnedmin, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna tal-Unjoni. Is-sigurtà interna hija impenn konġunt fejn jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkontribwixxu b’mod konġunt. |
(7) |
Sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ unjoni tas-sigurtà effettiva u ġenwina bl-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li jiġi stabbilit u ġestit Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”) sabiex jipprovdi lill-Istati Membri appoġġ finanzjarju tal-Unjoni adegwat. |
(8) |
Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq azzjonijiet li għalihom l-intervent mill-Unjoni jista’ jagħti aktar valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħedhom. F’konformità mal-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) TFUE, il-Fond jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jippromwovu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità, tat-taħriġ konġunt u tal-kooperazzjoni tal-pulizija, kif ukoll dik ġudizzjarja f’materji kriminali li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, ta’ aktar kooperazzjoni operazzjonali u ta’ appoġġ għall-isforzi meħtieġa biex jissaħħu l-kapaċitajiet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u organizzata. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll it-taħriġ ta’ persunal u esperti rilevanti, f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-Iskema Ewropea ta’ Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi (LETS). Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax kostijiet operatorji u attivitajiet relatati mal-funzjonijiet essenzjali tal-Istati Membri rigward iż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna u nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 72 TFUE. |
(9) |
Jenħtieġ li l-Fond jiġi implimentat f’konformità sħiħa mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-‘Karta’) u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Fond jiġi implimentat b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u tat-trattament jew pieni inumani jew degradanti, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv, kif ukoll b’rispett sħiħ tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. |
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 3 TUE, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa attivitajiet li jiżguraw li t-tfal ikunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż, l-isfruttament u n-negliġenza. Jenħtieġ ukoll li l-Fond jappoġġa s-salvagwardji u l-assistenza għat-tfal li jkunu xhieda u vittmi, b’mod partikolari dawk li ma jkunux akkumpanjati jew li għal xi raġuni oħra jkollhom bżonn kustodja. |
(11) |
F’konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b’mod partikolari jipprevjenu u jiġġieldu t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u li jassistu u jipproteġu wkoll lill-vittmi tal-kriminalità. Jenħtieġ li l-Fond jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri jkunu wkoll mgħammra tajjeb biex jindirizzaw it-theddid li qiegħed jevolvi u dak emerġenti, bħat-traffikar, inkluż b’mezzi online, it-theddid ibridu u t-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari, sabiex tiġi stabbilita unjoni tas-sigurtà ġenwina. Jenħtieġ li dan jitwettaq permezz ta’ assistenza finanzjarja biex jiġi appoġġat skambju aħjar ta’ informazzjoni, tiżdied il-kooperazzjoni operazzjonali u jittejbu l-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi. |
(12) |
Jenħtieġ li l-assistenza finanzjarja pprovduta permezz tal-Fond b’mod partikolari tappoġġa skambji ta’ informazzjoni, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil ta’ flus, it-traffikar tad-droga, il-kriminalità ambjentali, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tar-rifuġjati u tal-migranti irregolari, l-isfruttament gravi tal-ħaddiema, l-isfruttament u l-abbuż sesswali, inkluż l-isfruttament sesswali u l-abbuż tat-tfal u n-nisa, it-tqassim ta’ immaġini b’abbuż fuq it-tfal u ta’ pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u jenħtieġ li jappoġġja t-tħejjija għal riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tagħhom, inkluż permezz ta’ taħriġ konġunt, l-iżvilupp ta’ politiki komuni bħal strateġiji, ċikli ta’ politika, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni, kif ukoll leġiżlazzjoni u kooperazzjoni prattika. |
(13) |
Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi appoġġ finanzjarju biex jindirizza l-isfidi li qegħdin jitfaċċaw minħabba ż-żieda sinifikanti f’dawn l-aħħar snin fl-iskala ta’ ċerti tipi ta’ kriminalità li twettqu permezz tal-Internet, bħall-frodi tal-ħlasijiet, l-isfruttament sesswali tat-tfal u t-traffikar tal-armi. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Fond jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti tal-predeċessuri tiegħu: il-programm ta’ Prevenzjoni ta’ u l-Ġlieda Kontra l-Kriminalità (ISEC), il-programm ta’ Prevenzjoni, Stat ta’ Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà (CIPS) għall-perijodu 2007-2013 u l-istrument għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perijodu 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Jenħtieġ li l-ambitu tal-Fond jippermetti wkoll li jitqiesu żviluppi ġodda. |
(15) |
Hemm bżonn li l-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni jiġi massimizzat permezz ta’ mobilizzazzjoni, ġbir komuni u sfruttament tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. Jenħtieġ li l-Fond jippromwovi u jinkoraġġixxi l-involviment attivi u sinifikanti tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, kif ukoll is-settur industrijali Ewropew fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà, fejn rilevanti bl-involviment ta’ atturi rilevanti oħra, korpi tal-Unjoni, aġenziji tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-objettiv tal-Fond. Madankollu, jenħtieġ jiġi żgurat li l-appoġġ mill-Fond ma jintużax biex jiddelega kompiti statutorji jew pubbliċi lil atturi privati. |
(16) |
In-natura transkonfinali tat-terroriżmu u tal-kriminalità serja u organizzata teħtieġ rispons koordinat u kooperazzjoni fi ħdan u bejn l-Istati Membri u ma’ korpi, uffiċji u aġenziji kompetenti tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, inkluż is-servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi, jista’ jkollhom informazzjoni li tkun prezzjuża għall-ġlieda b’mod effettiv kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u organizzata. Biex jitħaffu l-iskambji tal-informazzjoni, u biex titjieb il-kwalità tal-informazzjoni li tkun kondiviża, huwa kruċjali li tinbena fiduċja reċiproka. Jenħtieġ li jiġu esplorati u eżaminati approċċi ġodda għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż fir-rigward tal-analiżi tat-theddid, b’kont meħud tal-oqfsa eżistenti fi ħdan u barra l-qafas tal-Unjoni, bħaċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN), iċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) tal-Europol, il-Koordinatur Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u l-Grupp Kontra t-Terroriżmu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali kif imsemmi fl-Artikolu 87 TFUE sa fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu koperti mill-ambitu tal-Fond. Jenħtieġ li l-attivitajiet kollha ffinanzjati jirrispettaw bis-sħiħ l-istatus legali tad-diversi awtoritajiet kompetenti u strutturi Ewropej u l-prinċipji meħtieġa tas-sjieda tal-informazzjoni. |
(17) |
Sabiex tibbenefika mill-għarfien u l-kompetenza esperta tal-aġenziji deċentralizzati b’kompetenzi fl-oqsma tal-kooperazzjoni u t-taħriġ tal-infurzar tal-liġi, il-monitoraġġ tad-droga u d-dipendenza fuq id-drogi, id-drittijiet fundamentali, il-kwistjonijiet b’rabta mal-ġustizzja u s-sistemi tal-IT fuq skala kbira, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinvolvi lill-aġenziji deċentralizzati rilevanti fil-ħidma tal-Kumitat għall-Fondi tal-Affarijiet Interni, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), speċjalment fil-bidu tal-perijodu ta’ programmazzjoni u f’nofs it-terminu. Fejn xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ wkoll tinvolvi lill-aġenziji deċentralizzati rilevanti fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiżgura li l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond ikunu konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. |
(18) |
Fil-qafas komprensiv tal-istrateġija tal-Unjoni dwar id-drogi, li tippromwovi approċċ ibbilanċjat ibbażat fuq tnaqqis simultanju fil-provvista u fid-domanda, l-assistenza finanzjarja pprovduta taħt il-Fond jenħtieġ li tappoġġa l-azzjonijiet li jkollhom l-objettiv li jipprevjenu u jiġġieldu kontra t-traffikar tad-drogi permezz tat-tnaqqis fil-provvista u fid-domanda, b’mod partikolari l-miżuri li għandhom fil-mira tagħhom il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-bejgħ, it-trasport, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ drogi illegali, kif ukoll il-pussess u x-xiri għall-fini tal-involviment f’attivitajiet ta’ traffikar tad-drogi. Jenħtieġ li l-Fond ikopri wkoll l-aspetti ta’ prevenzjoni tal-politika dwar id-drogi. Sabiex jinkisbu aktar sinerġiji u koerenza fil-qasam tad-drogi, jenħtieġ li dawk l-elementi tal-objettivi relatati mad-drogi, li għall-perijodu 2014-2020 kienu koperti mill-Programm tal-Ġustizzja jiġu inkorporati fil-Fond. |
(19) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jagħti kontribut effettiv għal livell ogħla ta’ sigurtà interna fl-Unjoni kollha, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ unjoni tas-sigurtà ġenwina, jenħtieġ li l-Fond jintuża b’mod li jipprovdi l-akbar valur miżjud tal-Unjoni lill-azzjonijiet tal-Istati Membri. |
(20) |
Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa investimenti f’tagħmir, f’mezzi tat-trasport u f’faċilitajiet biss meta tali investimenti jkollhom valur miżjud ċar tal-Unjoni, u biss sal-punt li dawk l-investimenti jkunu meħtieġa biex jitwettqu l-objettivi tal-Fond. Tali investimenti, pereżempju, jistgħu jinkludu investimenti f’tagħmir meħtieġ għall-forensika, is-sorveljanza bil-moħbi, l-isplussivi u l-kxif tad-drogi u kwalunkwe skop speċjalizzat ieħor fl-objettivi tal-Fond. Jenħtieġ li l-Fond ma jiffinanzjax investimenti ta’ rilevanza purament nazzjonali jew investimenti li jkunu meħtieġa għall-ħidma ta’ kuljum tal-awtoritajiet kompetenti, bħal uniformijiet, karozzi tal-linja, skuters, għases tal-pulizija, ċentri ta’ taħriġ mhux speċjalizzat u tagħmir tal-uffiċċju. |
(21) |
Fl-interess ta’ solidarjetà fl-Unjoni, u fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża għas-sigurtà fl-Unjoni, meta jiġu identifikati nuqqasijiet jew riskji, b’mod partikolari wara l-evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jindirizza b’mod adegwat dawk in-nuqqasijiet billi juża r-riżorsi fil-programm tiegħu biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (5). |
(22) |
Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi ta’ politika tal-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom jindirizzaw l-objettivi speċifiċi kollha tal-Fond, li l-prijoritajiet magħżula jkunu f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni stipulati fl-Anness II u li l-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ bejn l-objettivi tkun proporzjonata mal-isfidi u l-bżonnijiet u tiżgura li l-objettiv ta’ politika jista’ jintlaħaq. |
(23) |
F’konformità mal-prinċipju ta’ effiċjenza, jenħtieġ li jitfittxu sinerġiji u konsistenza ma’ fondi oħra tal-Unjoni, u jenħtieġ li jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet. |
(24) |
Sabiex jiġi massimizzat it-twettiq effettiv tal-objettivi ta’ politika, biex jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala u biex jiġu evitati trikkib bejn l-azzjonijiet, jenħtieġ li l-Fond ikun konsistenti ma’ programmi finanzjarji oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà u jikkomplementahom. B’mod partikolari, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati mal-Fond għall-Ażil, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, li jikkonsisti mill-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1077 u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), kif ukoll mal-Fondi l-oħra tal-Politika ta’ Koeżjoni koperti bir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), mal-parti tar-riċerka dwar is-sigurtà tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) mal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), mal-Programm dwar il-Ġustizzja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), mal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u mal-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Jenħtieġ li jinstabu sinerġiji b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni. |
(25) |
Fi sforz biex jissaħħu l-komplementarjetajiet bejn il-Fond u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, jenħtieġ li jkun disponibbli tagħmir b’użu multiplu u sistemi tal-ICT li l-użu primarju tiegħu jkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi. |
(26) |
Jenħtieġ li miżuri appoġġati permezz tal-Fond u b’rabta ma’ pajjiżi terzi jiġu implimentati f’sinerġija u f’koerenza ma’ u jenħtieġ li jikkumplimentaw azzjonijiet oħra barra l-Unjoni li huma appoġġati permezz tal-istrumenti tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-politika barranija tagħha u l-politika dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tagħha b’rabta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna tal-Fond, jenħtieġ li l-Fond itejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’oqsma ta’ rilevanza għas-sigurtà interna tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-finanzjament minn faċilità tematika jintuża biex jappoġġa azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, fi ħdan l-objettivi tal-Fond, b’mod partikolari sabiex jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-kriminalità u l-prevenzjoni tagħha, inkluż it-traffikar tad-drogi u t-traffikar tal-bnedmin, u biex jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra n-netwerks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin kriminali transkonfinali. |
(27) |
Meta timplimenta l-faċilità tematika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament jindirizza l-isfidi u l-ħtiġijiet involuti biex jitwettqu l-objettivi tal-Fond. |
(28) |
Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jikkonċentra fuq azzjonijiet li għalihom l-intervent tal-Unojin jista’ jagħti valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjonijiet mill-Istati Membri waħedhom. Is-sigurtà għandha intrinsikament dimensjoni transfruntiera u għaldaqstant jenħtieġ rispons tal-Unjoni b’saħħtu u kkoordinat. L-appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi, b’mod partikolari, biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà. |
(29) |
Stat Membru jista’ jitqies li ma jikkonformax mal-acquis rilevanti tal-Unjoni fir-rigward tal-użu ta’ appoġġ operazzjonali taħt il-Fond jekk ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt it-Trattati fil-qasam ta’ sigurtà, jekk ikun hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn dak l-Istat Membru tal-valuri tal-Unjoni meta jimplimenta l-acquis dwar is-sigurtà, jew jekk rapport ta’ evalwazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 ikun identifika nuqqasijiet fil-qasam rilevanti. |
(30) |
Jenħtieġ li l-Fond jindirizza l-ħtieġa għal żieda fil-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti fir-rigward tal-prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni ġusta u trasparenti tar-riżorsi sabiex jitwettqu l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun iggwidata mill-prinċipji ta’ effiċjenza, effikaċja, rilevanza, koerenza, valur miżjud tal-Unjoni u kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Fond ikun implimentat bl-aktar mod faċli għall-utent possibbli. |
(31) |
Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li jitfittxew sinerġiji, b’mod partikolari, bejn il-Fond u programmi oħra tal-Unjoni, inkluż dawk taħt ġestjoni kondiviża. Sabiex jiġu massimizzati dawk is-sinerġiji, jenħtieġ li jiġu żgurati l-mekkaniżmi abilitanti ewlenin, inkluż finanzjament kumulattiv għal azzjoni mill-Fond u minn programm ieħor tal-Unjoni. Tali finanzjament kumulattiv jenħtieġ li ma jaqbiżx il-kostijiet eliġibbli totali ta’ dik l-azzjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli xierqa, b’mod partikolari dwar il-possibbiltà li tiġi ddikjarata l-istess kost jew nefqa kemm taħt il-Fond kif ukoll taħt programm ieħor tal-Unjoni fuq bażi prorata. |
(32) |
Meta jippromwovu azzjonijiet appoġġati mill-Fond, jenħtieġ li r-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni jipprovdu informazzjoni bil-lingwa jew lingwi tal-udjenza fil-mira. Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, jenħtieġ li r-riċevituri ta’ dak l-finanzjament jirreferu għall-oriġini tiegħu meta jikkomunikaw dwar l-azzjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li r-riċevituri jiżguraw li kwalunkwe komunikazzjoni lill-media u lill-pubbliku tkun turi l-emblema tal-Unjoni u ssemmi espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. |
(33) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tuża r-riżorsi finanzjarji taħt il-Fond biex tippromwovi l-aħjar prattiki u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Fond. |
(34) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika b’mod f’waqtu informazzjoni dwar l-appoġġ ipprovdut mill-faċilità tematika taħt ġestjoni diretta jew indiretta jenħtieġ li taġġorna tali informazzjoni fejn xieraq. Jenħtieġ li jkun possibbli li d-data tiġi kklassifikata skont l-objettiv speċifiku, l-isem tal-benefiċjarju, l-ammont impenjat legalment u n-natura u l-iskop tal-miżura. |
(35) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri, ikkalkolati fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness I. |
(36) |
Jenħtieġ li l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri jiffurmaw il-bażi għall-investimenti fit-tul tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà. Sabiex jitqiesu bidliet fit-theddid għas-sigurtà interna u esterna jew fis-sitwazzjoni bażika, jenħtieġ li jiġi allokat ammont addizzjonali għall-Istati Membri f’nofs it-terminu tal-perijodu ta’ programmazzjoni u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq id-data statistika, f’konformità mal-Anness I, b’kont meħud tal-istat tal-implimentazzjoni tal-programm tagħhom. |
(37) |
Billi l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà qed jevolvu b’mod kostanti, jeħtieġ li l-allokazzjoni tal-finanzjament tiġi adattata għall-bidliet fit-theddid intern u estern għas-sigurtà u l-ħtieġa li l-finanzjament imur għall-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud tal-Unjoni. Bħala rispons għall-ħtiġijiet urġenti u għall-bidliet fil-politika u fil-prijoritajiet tal-Unjoni, u sabiex il-finanzjament imur għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud tal-Unjoni, jenħtieġ li parti mill-finanzjament jiġi allokat perjodikament, permezz ta’ faċilità tematika, għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza. |
(38) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa biex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV billi jibbenefikaw minn kontribuzzjoni akbar mill-Unjoni, prinċipalment minħabba l-valur miżjud tal-Unjoni għoli tagħhom jew l-importanza kbira tagħhom għall-Unjoni. |
(39) |
Parti mir-riżorsi disponibbli taħt il-Fond tista’ tiġi allokata lill-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu kooperazzjoni fost l-Istati Membri, jew għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi f’sitwazzjonijiet fejn żviluppi ġodda fl-Unjoni jkunu jeħtieġu finanzjament addizzjonali li għandu jkun disponibbli għal Stat Membru wieħed jew aktar. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi dawk l-azzjonijiet speċifiċi fil-programmi ta’ ħidma tagħha. |
(40) |
Jenħtieġ li l-Fond jikkontribwixxi għall-appoġġ ta’ kostijiet operatorji li huma relatati mas-sigurtà interna sabiex b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni bħala entità waħda. Jenħtieġ li dan l-appoġġ ikun jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ kostijiet speċifiċi relatati mal-objettivi tal-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri. |
(41) |
Sabiex jikkomplementa l-implimentazzjoni tal-objettiv ta’ politika tal-Fond fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali azzjonijiet iservu skopijiet strateġiċi ġenerali fl-ambitu tal-intervent tal-Fond relattivament għall-analiżi tal-politika u l-innovazzjoni, għal tagħlim reċiproku u s-sħubijiet tranżnazzjonali kif ukoll l-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda fl-Unjoni kollha jew fost ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri, inkluż fil-livell lokali, biex jiskambjaw l-aħjar prattika u jippromwovu taħriġ konġunt, inkluż is-sensibilizzazzjoni fost il-persunal tal-infurzar tal-liġi dwar ir-radikalizzazzjoni, u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, li jistgħu jwasslu għall-vjolenza, bħall-antisemitiżmu, l-anti-żingariżmu u forom oħra ta’ razziżmu. Għal dak il-għan, jistgħu jiġu ffinanzjati programmi ta’ skambju speċjalizzati għall-persunal tal-infurzar tal-liġi subaltern. |
(42) |
Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex tirreaġixxi immedjatament għal inċidenti marbuta mas-sigurtà jew għal theddid emerġenti ġdid għall-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta’ emerġenza f’konformità mal-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali assistenza ma tiġix ipprovduta biex tappoġġa sempliċiment miżuri ta’ kontinġenza jew fit-tul jew biex tindirizza sitwazzjonijiet fejn l-urġenza li tittieħed azzjoni tirriżulta min-nuqqas tal-awtoritajiet kompetenti li jippjanaw u jirreaġixxu b’mod adegwat. |
(43) |
Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà meħtieġa tal-azzjoni u sabiex jingħata rispons għal ħtiġijiet emerġenti, jenħtieġ li jkun possibbli li l-aġenziji deċentralizzati jiġu pprovduti b’mezzi finanzjarji addizzjonali xierqa biex iwettqu ċerti kompiti ta’ emerġenza. F’każijiet fejn il-kompitu li għandu jitwettaq ikun ta’ natura daqstant urġenti li aġġustament tal-baġits tagħhom ma tkunx tista’ tiġi ffinalizzata fil-ħin, jenħtieġ li l-aġenziji deċentralizzati jkunu eliġibbli biex ikunu benefiċjarji tal-assistenza ta’ emerġenza, inkluż fil-forma ta’ għotjiet, b’mod konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
(44) |
Fid-dawl tan-natura transnazzjonali tal-azzjonijiet tal-Unjoni u sabiex tiġi promossa azzjoni koordinata biex jitwettaq l-objettiv li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà fl-Unjoni, l-aġenziji deċentralizzati jenħtieġ li eċċezzjonalment ikunu eliġibbli biex ikunu benefiċjarji ta’ azzjonijiet tal-Unjoni, inkluż fil-forma ta’ għotjiet, meta jassistu fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-Unjoni li jaqgħu fil-kompetenzi tal-aġenziji deċentralizzati kkonċernati u dawk l-azzjonijiet ma jkunux koperti mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit ta’ dawk l-aġenziji deċentralizzati permezz tal-baġit annwali. Sabiex jiġi żgurat valur miżjud tal-Unjoni, jenħtieġ li tali appoġġ ikun konsistenti mal-prijoritajiet u mal-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
(45) |
L-objettiv ta’ politika tal-Fond jenħtieġ li jiġi indirizzat ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji bħala parti mit-twieqi ta’ politika tal-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jintuża sabiex jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, in-nuqqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali, u jenħtieġ li ma jiddupplikawx u ma jeskludux il-finanzjament privat jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. Jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom valur miżjud tal-Unjoni ċar. |
(46) |
L-operazzjonijiet ta’ taħlit għandhom natura volontarja u huma operazzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li ma jitħallsux lura, forom ta’ appoġġ li jitħallsu lura, jew it-tnejn, mill-baġit tal-Unjoni, ma’ forom ta’ appoġġ li jitħallsu lura minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament promozzjonali, ta’ żvilupp jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll appoġġ minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri. |
(47) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond, li jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarju, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (13), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(48) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-Fond. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni. |
(49) |
Għall-iskop tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Fond jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) 2021/1060. |
(50) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, u jistabbilixxi, b’mod partikolari, ir-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tal-Fond f’dan ir-Regolament, u li jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-Fond. |
(51) |
Skema ta’ prefinanzjament għall-Fond hija stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/1060, u rata ta’ prefinanzjament speċifika hija ffissata f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex ikun żgurat li huwa possibbli li ssir reazzjoni fil-pront għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, huwa xieraq li tiġi ffissata rata speċifika ta’ prefinanzjament għall-assistenza ta’ emerġenza. Jenħtieġ li l-iskema ta’ prefinanzjament tiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jappoġġaw lill-benefiċjarji mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom. |
(52) |
It-tipi ta’ finanzjament u metodi ta’ implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jwettqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piżijiet amministrattivi u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. Meta ssir dik l-għażla, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. |
(53) |
Sabiex isir l-aħjar użu mill-prinċipju ta’ awditu uniku, huwa xieraq li jiġu ffissati regoli speċifiċi dwar il-kontroll u l-awditjar ta’ proġetti li fihom l-organizzazzjonijiet internazzjonali, li s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni, huma l-benefiċjarji. Għal tali proġetti, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw il-verifiki ta’ ġestjoni tagħhom, dment li l-benefiċjarju jipprovdi d-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-progress tal-proġett u dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa sottostanti b’mod f’waqtu. Barra minn hekk, fejn proġett implimentat minn organizzazzjoni internazzjonali bħal din ikun parti minn kampjun tal-awditjar, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità tal-awditjar li twettaq il-ħidma tagħha f’konformità mal-prinċipji tal-Istandard Internazzjonali dwar is-Servizzi Relatati (ISRS, International Standard on Related Services) 4400, “Engagements to Perform Agreed-upon Procedures Regarding Financial Information” (Impenji li Jitwettqu Proċeduri Maqbula Rigward l-Informazzjoni Finanzjarja). |
(54) |
F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel il-firma tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja mhumiex eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe interruzzjoni fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli, għal perijodu limitat ta’ żmien fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, li l-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament taħt ġestjoni diretta u li jkunu diġà bdew, jiġu kkunsidrati eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk dawk il-kostijiet ikunu ġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għotja jew it-talba għall-assistenza. |
(55) |
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (16), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (17) u (UE) 2017/1939 (18), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni relattivament għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(56) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
(57) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (20), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-Fond u għal arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu huwa marbut il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti. |
(58) |
Skont l-Artikolu 349 TFUE u f’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2017 intitolata “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa lil dawk l-Istati Membri b’riżorsi adegwati biex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi kif xieraq. |
(59) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (21), jenħtieġ li l-Fond jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond fil-prattika. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u miri relatati fir-rigward ta’ kull objettiv speċifiku tal-Fond. Jenħtieġ li dawn l-indikaturi jinkludu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi. |
(60) |
Permezz ta’ indikaturi u rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jjimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 u ma’ dan ir-Regolament. Mill-2023 ’il quddiem, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar il-prestazzjoni li jkopru s-sena tal-kontabbiltà tal-aħħar. Jenħtieġ li dawk ir-rapporti jkun fihom informazzjoni dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw ukoll sommarji ta’ dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tittraduċi dawk is-sommarji għal-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u tagħmilhom disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha, flimkien ma’ links għas-siti web tal-Istati Membri msemmija fir-Regolament (UE) 2021/1060. |
(61) |
B’riflessjoni tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (22), u l-impenn għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxu biex tintlaħaq mira globali ta’ 30 % tan-nefqa kollha taħt il-qafas finanzjarju pluriennali tintefaq fuq l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u għal ħidma favur l-ambizzjoni li 7,5 % tal-baġit jintefqu fuq in-nefqa għall-bijodiversità fl-2024 u 10 % jintefqu fl-2026 u l-2027 filwaqt li jittieħed kont tas-sovrapożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa attivitajiet li jirrispettaw l-istandards klimatiċi u ambjentali u l-prijoritajiet tal-Unjoni u ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). |
(62) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u kwalunkwe att applikabbli għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jibqa’ japplika għall-programmi u għall-proġetti appoġġati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bħala parti tal-Fond għas-Sigurtà Interna matul il-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Billi l-perijodu ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jikkoinċidi mal-perijodu ta’ programmazzjoni kopert minn dan ir-Regolament, u sabiex tkun żgurata l-kontinwità fl-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti approvati minn dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tqassim tal-proġetti f’fażijiet differenti. Kull fażi individwali tal-proġett jenħtieġ li tiġi implimentata skont ir-regoli tal-perijodu ta’ programmazzjoni li taħtu jirċievi finanzjament. |
(63) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(64) |
Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal rati ta’ kofinanzjament ogħla stabbiliti fl-Anness IV, l-appoġġ operazzjonali skont l-Anness VII u l-iżvilupp ulterjuri tal-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(65) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). Jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni għall-Istati Membri, b’mod partikolari obbligi li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-arranġamenti dettaljati għall-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas tal-programmazzjoni u r-rapportar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu applikabbli minnufih relattivament għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex tingħata assistenza ta’ emerġenza prevista f’dan ir-Regolament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati marbuta man-natura u l-iskop ta’ tali assistenza, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza. |
(66) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(67) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(68) |
Huwa xieraq li l-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (26). |
(69) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u sabiex ikun possibbli li l-implimentazzjoni tibda mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”) għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a) |
l-objettiv tal-politika tal-Fond; |
(b) |
l-objettivi speċifiċi tal-Fond u l-miżuri biex jiġu implimentati dawk l-objettivi speċifiċi; |
(c) |
il-baġit għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027; |
(d) |
il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ finanzjament bħal dan. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjoni appoġġata mill-baġit tal-Unjoni, inkluż f’faċilità ta’ taħlit fit-tifsira tal-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li jgħaqqdu flimkien forom ta’ appoġġ mhux ripagabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ appoġġ ripagabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet ta’ finanzjament kummerċjali u investituri; |
(2) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali, kif imsemmi fl-Artikolu 87(1) TFUE, inklużi l-pulizija, id-dwana u servizzi speċjalizzati oħra tal-infurzar tal-liġi; |
(3) |
“prevenzjoni”, b’rabta mal-kriminalità, tfisser il-miżuri kollha li huma maħsuba sabiex jnaqqsu jew inkella jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-kriminalità u fis-sensazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà fiċ-ċittadini, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI (27); |
(4) |
“infrastruttura kritika” tfisser assi, network, sistema jew parti minn dawn, li hija essenzjali għall-manteniment tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà, tas-saħħa, tas-sikurezza, tas-sigurtà, tal-benesseri ekonomiku jew soċjali tal-poplu, u li t-tfixkil, il-ksur, jew il-qerda tagħhom ikollu impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni minħabba li dawn il-funzjonijiet ma jinżammux; |
(5) |
“ċiberkriminalità” tfisser jew reati li t-twettiq tagħhom neċessarjament tinvolvi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (sistemi tal-ICT), jew bħala għodda biex jitwettaq ir-reat jew bħala l-miri prinċipali tar-reat (reati dipendenti fuq iċ-ċibernetika), jew inkella reati tradizzjonali li jistgħu jiżdiedu fl-iskala jew fil-firxa tagħhom permezz tal-użu tal-kompjuters, netwerks tal-kompjuters jew sistemi oħra tal-ICT (reati li jsiru permezz taċ-ċibernetika); |
(6) |
“azzjoni operazzjonali taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE/EMPACT” tfisser azzjoni mwettqa fil-qafas taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja permezz tal-Pjattaforma Multidixxiplinarja Ewropea kontra Theddid Kriminali (EMPACT), li għandha l-għan li tiġġieled l-iktar theddid importanti ta’ kriminalità serja u organizzata għall-Unjoni billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u, fejn ikun rilevanti, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(7) |
“skambju ta’ informazzjoni” tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi, u t-trasferiment siguri ta’, u l-aċċess għal, informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 87 tat-TFUE kif ukoll lill-Europol u lil aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni b’rabta mal-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, b’mod partikolari reati transfruntiera, serji u organizzati u terroriżmu; |
(8) |
“kriminalità organizzata” tfisser imġiba kastigabbli relatata mal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (28); |
(9) |
“preparazzjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni speċifika mmirata lejn il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji marbuta ma’ attakki terroristiċi possibbli jew inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(10) |
“mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen” tfisser il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013; |
(11) |
“terroriżmu” tfisser kwalunkwe mill-atti intenzjonali u reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29); |
(12) |
“sitwazzjoni ta’ emerġenza” tfisser kwalunkwe inċident relatat mas-sigurtà, theddida emerġenti ġdida jew li għandha vulnerabbiltà li tkun għadha kif inkixfet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li għandha jew jista’ jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sigurtà tan-nies, ta’ spazji pubbliċi jew ta’ infrastruttura fi Stat Membru wieħed jew aktar; |
(13) |
“flus lixka” tfisser flus kontanti ġenwini li jintwerew matul investigazzjoni kriminali bħala evidenza ta’ likwidità u solvenza lis-suspettati jew lil kwalunkwe persuna oħra li jkollha informazzjoni dwar id-disponibbiltà jew il-kunsinna jew li taġixxi bħala intermedjarja, sabiex jitwettaq xiri fittizju bil-għan li jiġu arrestati suspettati, jiġu identifikati siti ta’ produzzjoni illegali jew b’xi mod ieħor jiġi żmantellat grupp ta’ kriminalità organizzata; |
(14) |
“radikalizzazzjoni” tfisser proċess gradwali u kumpless li jwassal għal estremiżmu u terroriżmu vjolenti u li fih individwu jew grupp ta’ individwi jħaddnu ideoloġija jew twemmin radikali li jaċċetta, juża jew jittollera l-vjolenza, inklużi atti ta’ terroriżmu, biex jintlaħaq għan politiku, reliġjuż jew ideoloġiku speċifiku; |
(15) |
“azzjonijiet speċifiċi” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew nazzjonali li jġibu magħhom valur miżjud tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi tal-Fond li għalih Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom; |
(16) |
“appoġġ operazzjonali” tfisser parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq ta’ kompiti u mill-għoti ta’ servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni, dment li jikkontribwixxu biex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni; |
(17) |
“azzjonijiet tal-Unjoni” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari għall-Unjoni implimentati f’konformità mal-objettivi tal-Fond. |
Artikolu 3
Objettivi tal-Fond
1. L-objettiv ta’ politika tal-Fond huwa li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevjeni u jiġġieled it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata, u ċ-ċiberkriminalità, billi jassisti u jipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità kif ukoll billi jħejji għal, jipproteġi kontra u jiġġestixxi b’mod effettiv inċidenti, riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.
2. Fl-ambitu tal-objettiv ta’ politika stipulat fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) |
li jtejjeb u jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn u fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u, fejn rilevanti, ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(b) |
li jtejjeb u jintensifika l-kooperazzjoni transkonfinali, inkluż l-operazzjonijiet konġunti, bejn l-awtoritajiet kompetenti b’rabta mat-terroriżmu u l-kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transkonfinali; u |
(c) |
li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti, riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-soċjetà ċivili u s-sħab privati fi Stati Membri differenti. |
3. Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.
Artikolu 4
Rispett għad-drittijiet fundamentali
L-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Fond għandhom jiġu implementati b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u mad-dinjità umana. B’mod partikolari, tali azzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-Karta, mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB). Fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt il-Fond, kull fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali li tingħata assistenza u protezzjoni lil persuni vulnerabbli, b’mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati.
Artikolu 5
Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ
1. Fl-ambitu tal-objettivi tiegħu u f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu, b’mod partikolari, jappoġġa l-azzjonijiet bħal dawk elenkati fl-Anness III.
2. Biex jitwettqu l-objettivi tiegħu, il-Fond jista’ jappoġġa, f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni u soġġett għal salvagwardji adegwati, azzjonijiet kif imsemmi fl-Anness III f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, fejn xieraq, f’konformità mal-Artikolu 19.
3. Fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiżguraw koordinazzjoni mal-politiki, l-istrateġiji u l-istrumenti rilevanti tal-Unjoni. B’mod partikolari għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom:
(a) |
jitwettqu f’sinerġija u f’koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti oħra tal-Unjoni; |
(b) |
ikunu koerenti mal-politika esterna tal-Unjoni, jirrispettaw il-prinċipju tal-koerenza fil-politika għall-iżvilupp, u jkunu konsistenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni; |
(c) |
jiffokaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp; u |
(d) |
jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u jkunu konsistenti ma’ attivitajiet li jsiru fl-Unjoni. |
4. It-tagħmir u s-sistemi tal-ICT iffinanzjati taħt il-Fond jistgħu jintużaw, fil-qasam komplementari kopert mir-Regolament (UE) 2021/1148. Tali tagħmir u sistemi tal-ICT għandhom jibqgħu disponibbli u jistgħu jintużaw għall-objettivi tal-Fond.
L-użu tat-tagħmir fil-qasam komplementari msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż it-30 % tal-perijodu totali tal-użu ta’ dak it-tagħmir.
Is-sistemi tal-ICT użati fil-qasam komplementari msemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprovdu data u servizzi għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali.
Fir-rapporti annwali tagħhom dwar il-prestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe użu addizzjonali bħal dan u l-post tal-użu tat-tagħmir u tas-sistemi tal-ICT.
5. Dawn li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:
(a) |
azzjonijiet limitati għaż-żamma tal-ordni pubbliku fil-livell nazzjonali; |
(b) |
azzjonijiet b’għan militari jew ta’ difiża; |
(c) |
tagħmir li l-għan primarju tiegħu huwa l-kontroll doganali; |
(d) |
tagħmir koerċittiv, inkluż armi, munizzjoni, splussivi u lembubi tal-irvellijiet, ħlief għal finijiet ta’ taħriġ; |
(e) |
premjijiet lil informaturi u flus lixka barra l-qafas ta’ azzjoni operazzjonali taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE/EMPACT. |
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-azzjonijiet kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.
KAPITOLU II
QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 6
Prinċipji ġenerali
1. L-appoġġ ipprovdut taħt il-Fond għandu jikkomplementa l-intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq li jġib valur miżjud tal-Unjoni għat-twettiq tal-objettivi tal-Fond.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut taħt il-Fond u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-azzjonijiet, il-politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u jkun komplementari għall-appoġġ ipprovdut taħt strumenti oħrajn tal-Unjoni.
3. Il-Fond għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta f’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 7
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 1 931 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
2. Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej:
(a) |
EUR 1 352 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi tal-Istati Membri; |
(b) |
EUR 579 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8. |
3. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, għandhom jiġu allokati sa 0,84 % tal-pakkett finanzjarju għal għajnuna teknika, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, għall-implimentazzjoni tal-Fond.
4. F’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060, sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali għal Stat Membru minn kwalunkwe wieħed mill-fondi taħt dak ir-Regolament taħt ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu ttrasferiti għall-Fond taħt ġestjoni diretta jew indiretta fuq it-talba ta’ dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika
1. L-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2) għandu jiġi allokat b’mod flessibbli permezz ta’ faċilità tematika, bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta kif stabbilit fil-programmi ta’ ħidma.
Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu, li huma kif ġej:
(a) |
azzjonijiet speċifiċi; |
(b) |
azzjonijiet tal-Unjoni; u |
(c) |
assistenza ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 25. |
L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tirċievi appoġġ ukoll mill-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza prijoritajiet b’valur miżjud għoli tal-Unjoni jew jintuża b’reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f’konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif riflessi fl-Anness II. Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża biex jiġu appoġġati azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, fi ħdan l-objettivi tal-Fond, b’mod partikolari sabiex jingħata kontribut għall-ġlieda kontra l-kriminalità u l-prevenzjoni tagħha, inkluż it-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-ġlieda kontra n-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin kriminali transkonfinali.
L-allokazzjoni tar-riżorsi tal-faċilità tematika fost il-prijoritajiet differenti għandha, safejn ikun possibbli, tkun proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet, sabiex ikun żgurat li jkunu jistgħu jitwettqu l-objettivi tal-Fond.
3. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-networks rilevanti, b’mod partikolari bil-ħsieb tat-tħejjija u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati taħt il-Fond.
4. Meta jiġi pprovdut finanzjament mill-faċilità tematika taħt ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jintgħażlux proġetti affettwati minn opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġu f’dubju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni ta’ dawk il-proġetti.
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 23 u l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, meta finanzjament mill-faċilità tematika jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-azzjonijiet previsti mhumiex, u l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk humiex, affettwati minn opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jqajmu dubju dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-azzjonijiet.
6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali li jkun irid isir disponibbli għall-faċilità tematika taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deċiżjonijiet ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika, filwaqt li tidentifika objettivi u azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali deċiżjonijiet ta’ finanzjament għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent wieħed jew aktar tal-faċilità tematika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(3) ta dan ir-Regolament.
8. Sussegwentement għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament kif imsemmi fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi tal-Istati Membri skont kif ikun adatt.
TAQSIMA 2
Appoġġ u implimentazzjoni taħt ġestjoni kondiviża
Artikolu 9
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din it-taqsima tapplika għall-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mad-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.
2. L-appoġġ taħt din it-taqsima għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u mar-Regolament (UE) 2021/1060.
Artikolu 10
Riżorsi baġitarji
1. L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) għandhom jiġu allokati lill-programmi tal-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:
(a) |
EUR 1 127 000 000 f’konformità mal-Anness I; |
(b) |
EUR 225 000 000 għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet lill-programmi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 14(1). |
2. Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhuwiex kompletament allokat, l-ammont li jifdal jista’ jiżdied mal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2).
Artikolu 11
Prefinanzjament
1. F’konformità mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament għall-Fond għandu jitħallas b’pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, kif ġej:
(a) |
2021: 4 %; |
(b) |
2022: 3 %; |
(c) |
2023: 5 %; |
(d) |
2024: 5 %; |
(e) |
2025: 5 %; |
(f) |
2026: 5 %. |
2. Fejn programm ta’ Stat Membru jiġi adottat wara l-1 ta’ Lulju 2021, il-pagamenti parzjali ta’ qabel għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni tiegħu.
Artikolu 12
Rati ta’ kofinanzjament
1. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-75 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal proġett.
2. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal proġetti implimentati taħt azzjonijiet speċifiċi.
3. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.
4. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali.
5. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għall-assistenza ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 25.
6. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri, fil-limiti stabbiliti fil-punt (b)(vi) tal-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
7. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm ta’ Stat Membru għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ mill-Fond għat-tipi ta’ azzjoni koperti mill-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 6.
8. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm ta’ Stat Membru għandha tistabbilixxi għal kull tip ta’ azzjoni jekk ir-rata ta’ kofinanzjament tiġix applikata fir-rigward ta’:
(a) |
il-kontribuzzjoni totali, inklużi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew |
(b) |
il-kontribuzzjoni pubblika biss. |
Artikolu 13
Programmi ta’ Stati Membri
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programmi tiegħu jkunu konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà u li jkunu kompletament konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II jiġu indirizzati b’mod adegwat fil-programmi tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2021/1060.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jalloka:
(a) |
minimu ta’ 10 % tar-riżorsi allokati taħt l-Artikolu 10(1) għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2); u |
(b) |
minimu ta’ 10 % tar-riżorsi allokati taħt l-Artikolu 10(1) għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2). |
3. Stat Membru jista’ jalloka inqas mill-perċentwali minimi msemmija fil-paragrafu 2 biss jekk jipprovdi spjegazzjoni dettaljata fil-programm tiegħu għalfejn l-allokazzjoni ta’ riżorsi taħt dak il-livell ma tipperikolax it-twettiq tal-objettiv rilevanti.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għarfien u l-kompetenza esperta tal-aġenziji deċentralizzati rilevanti jitqiesu, fi stadju bikri u b’mod f’waqtu, fl-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri.
5. Sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni dwar it-tfassil tal-azzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari meta jimplimentaw azzjonijiet operazzjonali taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE/EMPACT jew azzjonijiet ikkoordinati mit-Taskforce ta’ Azzjoni Konġunta kontra ċ-Ċiberkriminalità (J-CAT), u dwar it-tfassil ta’ attivitajiet ta’ taħriġ.
6. Il-Kummissjoni tista’ tinvolvi, fejn xieraq, lill-aġenziji deċentralizzati, fil-kompiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni speċifikati fit-Taqsima 5, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond ikunu konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.
7. Massimu ta’ 35 % tal-allokazzjoni ta’ programm ta’ Stat Membru jista’ jintuża għax-xiri ta’ tagħmir, mezzi ta’ trasport jew il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà. Il-limitu massimu jista’ jinqabeż biss f’każijiet ġustifikati kif xieraq.
8. Fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità li jindirizzaw:
(a) |
il-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni u l-acquis fil-qasam tas-sigurtà, b’mod partikolari l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni rilevanti u preċiża u l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-qafas għall-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE; |
(b) |
ir-rakkomandazzjonijiet b’implikazzjonijiet finanzjarji magħmula fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(c) |
in-nuqqasijiet speċifiċi għall-pajjiż b’implikazzjonijiet finanzjarji identifikati fil-qafas ta’ valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet bħal rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew fil-qasam tal-korruzzjoni. |
9. Fejn ikun meħtieġ, il-programm tal-Istat Membru inkwistjoni għandu jiġi emendat f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060 biex jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.
10. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jimmiraw li jwettqu l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV fil-programmi tagħhom. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness IV.
11. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġett appoġġat mill-Fond ma’ pajjiż terz jew ġewwa fih, jew b’rabta miegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni qabel ma jiġi approvat il-proġett.
12. Il-programmazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness VI għal dan ir-Regolament u għandha tinkludi tqassim indikattiv tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta’ intervent fi ħdan kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Rieżami ta’ nofs it-terminu
1. Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka lill-programmi tal-Istati Membri kkonċernati l-ammont addizzjonali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) f’konformità mal-kriterji msemmija fil-punt (2) tal-ewwel paragrafu tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv mill-1 ta’ Jannar 2025.
2. Fejn tal-anqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali lil programm imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament ma kinitx koperta minn applikazzjonijiet għal pagamenti ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm tiegħu msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament.
3. Meta tkun qed talloka l-fondi mill-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jitwettqu l-objettivi intermedji tal-qafas ta’ prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u tan-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni.
Artikolu 15
Azzjonijiet speċifiċi
1. Stat Membru jista’ jirċievi finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 10(1), sakemm konsegwentement dak il-finanzjament jiġi indikat bħala tali fil-programm tiegħu u jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Fond, inkluż il-kopertura ta’ theddidiet emerġenti ġodda.
2. Il-finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru ħlief, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u skont kif ikun approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm tal-Istat Membru.
Artikolu 16
Appoġġ operazzjonali
1. Stat Membru jista’ juża sa 20 % tal-ammont allokat lill-programm tiegħu taħt il-Fond biex jiffinanzja appoġġ operazzjonali għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq ta’ kompiti u l-għoti tas-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.
2. Meta juża l-appoġġ operazzjonali, Stat Membru għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà.
3. Stat Membru għandu jispjega, fil-programm tiegħu u fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 30, kif l-użu ta’ appoġġ operazzjonali ser jikkontribwixxi biex jitwettqu l-objettivi tal-Fond. Qabel l-approvazzjoni tal-programm tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni bażi fl-Istati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw appoġġ operazzjonali, filwaqt li tqis l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-Istati Membri, kif ukoll kwalunkwe rakkomandazzjoni minn mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità bħalma huwa l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen jew mekkaniżmi oħrajn ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni tal-kwalità, kif applikabbli.
4. L-appoġġ operazzjonali għandu jkun ikkonċentrat fuq azzjonijiet koperti min-nefqa kif stipulat fl-Anness VII.
5. Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness VII fir-rigward ta’ nfiq li jkun eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali.
Artikolu 17
Verifiki ta’ ġestjoni u awditi ta’ proġetti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali
1. Dan l-Artikolu japplika għal organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-aġenziji tagħhom kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju li s-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri tagħhom ġew ivvalutati pożittivament mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 154(4) u (7) ta’ dak ir-Regolament għall-fini tal-implimentazzjoni indiretta ta’ għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni (“organizzazzjonijiet internazzjonali”).
2. Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għall-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, fejn l-organizzazzjoni internazzjonali tkun benefiċjarju kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-awtorità ta’ ġestjoni mhijiex obbligata twettaq il-verifiki ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, dment li l-organizzazzjoni internazzjonali tippreżenta lill-awtorità ta’ ġestjoni d-dokumenti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju.
3. Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li l-proġett jikkonforma mal-liġi applikabbli u mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-proġett.
4. Barra minn hekk, fejn iridu jiġu rimborżati kostijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li:
(a) |
l-fatturi u l-provi tal-ħlas tagħhom mill-benefiċjarju ġew verifikati; |
(b) |
ir-rekords kontabilistiċi jew il-kodiċijiet kontabilistiċi miżmuma mill-benefiċjarju għat-tranżazzjonijiet marbuta man-nefqa ddikjarata lill-awtorità ta’ ġestjoni ġew verifikati. |
5. Fejn iridu jiġu rimborżati kostijiet skont il-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li l-kondizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa jkunu ġew issodisfati.
6. Id-dokumenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità ta’ ġestjoni flimkien ma’ kull talba għall-ħlas ippreżentata mill-benefiċjarju.
7. Il-benefiċjarju għandu jippreżenta l-kontijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni kull sena sal-15 ta’ Ottubru. Il-kontijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar, li tkun tfasslet skont standards ta’ awditjar aċċettati internazzjonalment. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk is-sistemi ta’ kontroll eżistenti jaħdmux korrettament u jekk humiex kosteffikaċi u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. Dik l-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżerċizzju tal-awditjar tqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li jkunu saru fid-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni ppreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni dwar suspetti ta’ frodi. Dik l-opinjoni għandha tipprovdi garanzija li n-nefqa inkluża fit-talbiet għal ħlas ippreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali lill-awtorità ta’ ġestjoni hija legali u regolari.
8. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet eżistenti li jsiru aktar kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tagħmel dan billi toqgħod fuq id-dokumenti pprovduti mill-organizzazzjoni internazzjonali skont il-paragrafi 2 sa 5 u 7 ta’ dan l-Artikolu minflok toqgħod fuq il-verifiki ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 74(1) ta’ dak ir-Regolament.
9. Id-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandu jinkludi r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.
10. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika, u konsegwentement awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun meħtieġa tagħmel verifiki ta’ ġestjoni, fejn:
(a) |
dik l-awtorità ta’ ġestjoni tidentifika riskju speċifiku ta’ irregolarità jew indikazzjoni ta’ frodi fir-rigward ta’ proġett mibdi jew implimentat mill-organizzazzjoni internazzjonali; |
(b) |
l-organizzazzjoni internazzjonali tonqos milli tippreżenta lil dik l-awtorità ta’ ġestjoni d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7; jew |
(c) |
id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7 li ġew ippreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux kompluti. |
11. Fejn proġett, li fih organizzazzjoni internazzjonali tkun benefiċjarju kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ikun parti minn kampjun kif imsemmi fl-Artikolu 79 ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità tal-awditjar tista’ twettaq il-ħidma tagħha abbażi ta’ subkampjun ta’ tranżazzjonijiet li jkunu relatati ma’ dak il-proġett. Fejn jinstabu żbalji fis-subkampjun, l-awtorità tal-awditjar, jekk rilevanti, tista’ titlob lill-awditur tal-organizzazzjoni internazzjonali jivvaluta l-ambitu sħiħ u l-ammont totali tal-iżbalji f’dak il-proġett.
TAQSIMA 3
Appoġġ u implimentazzjoni taħt ġestjoni diretta jew indiretta
Artikolu 18
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ taħt din it-Taqsima direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu.
Artikolu 19
Entitajiet eliġibbli
1. L-entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni:
(a) |
entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:
|
(b) |
entitajiet ġuridiċi istitiwiti taħt il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti għall-finijiet tal-Fond. |
2. Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.
3. Entitajiet kif imsemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1 għandhom jipparteċipaw bħala parti minn konsorzju kompost mill-inqas minn żewġ entitajiet indipendenti, li mill-inqas waħda minnhom tkun stabbilita fi Stat Membru.
Entitajiet li jipparteċipaw bħala parti minn konsorzju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet li jipparteċipaw fihom ikunu konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Karta u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi tal-Fond.
Artikolu 20
Azzjonijiet tal-Unjoni
1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-objettivi tal-Fond.
2. Azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit.
3. Eċċezzjonalment, l-aġenziji deċentralizzati jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal finanzjament fil-qafas tal-azzjonijiet tal-Unjoni meta jassistu fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-Unjoni li jaqgħu fil-kompetenza ta’ dawk l-aġenziji deċentralizzati, u dawk l-azzjonijiet ma jkunux koperti mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit ta’ dawk l-aġenziji deċentralizzati permezz tal-baġit annwali.
4. Għotjiet implimentati taħt ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
5. Il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni li jivvalutaw il-proposti, imsemmija fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju, jistgħu jkunu esperti esterni.
6. Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Għandu japplika l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 21
Operazzjonijiet ta’ taħlit
L-operazzjonijiet ta’ taħlit taħt il-Fond għandhom jitwettqu f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 22
Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-Fond jista’ jappoġġa l-assistenza teknika implimentata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew f’isimha, b’rata ta’ finanzjament ta’ 100 %.
Artikolu 23
Awditi
L-awditi tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż minn persuni jew entitajiet oħrajn minbarra dawk imqabbda minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 24
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata li tkun koerenti, effettiva, b’sinifikat u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku. Il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għandha tiġi żgurata u tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati fejn ma jkunx possibbli jew xieraq il-wiri pubbliku ta’ tali informazzjoni jew fejn ir-rilaxx ta’ tali informazzjoni jkun ristrett bil-liġi, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ sigurtà, ordni pubbliku, investigazzjonijiet kriminali jew il-protezzjoni ta’ data personali. Biex jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirreferu għall-oriġini ta’ dak il-finanzjament meta jikkomunikaw pubblikament dwar l-azzjoni kkonċernata, u għandhom juru l-emblema tal-Unjoni.
2. Biex tilħaq l-ikbar udjenza possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, ma’ azzjonijiet meħuda skont il-Fond u mar-riżultati miksuba.
Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet huma relatati mal-objettivi tal-Fond.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-programmi ta’ ħidma tal-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8. Għall-appoġġ ipprovdut taħt ġestjoni diretta jew indiretta, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament Finanzjarju fuq sit web disponibbli għall-pubbliku u għandha taġġorna dik l-informazzjoni regolarment. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’format miftuħ u li jinqara mill-magni li jippermetti li jsir tqassim, tiftix, estrazzjoni u tqabbil tad-data.
TAQSIMA 4
Appoġġ u implimentazzjoni taħt ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta
Artikolu 25
Assistenza ta’ emerġenza
1. Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti u speċifiċi f’każijiet ta ’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati.
Bħala rispons għal tali sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi assistenza ta’ emerġenza fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.
2. L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tieħu l-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.
3. L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tiġi allokata lill-programmi tal-Istati Membri b’żieda mal-allokazzjoni taħt l-Artikolu 10(1), dment li sussegwentement din tiġi indikata bħala tali fil-programm tal-Istat Membru. Dak il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emendar tal-programm tal-Istat Membru. Il-prefinanzjament għal assistenza ta’ emerġenza jista’ jammonta għal 95 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi.
4. Għotjiet implimentati taħt ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
5. Fejn ikun neċessarju għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni, l-assistenza ta’ emerġenza tista’ tkopri n-nefqa li ġġarrbet qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja jew tat-talba għal assistenza għal dik l-azzjoni, dment li dik in-nefqa ma saritx qabel l-1 ta’ Jannar 2021.
6. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati u biex tiżgura li jkun hemm disponibbiltà f’waqtha ta’ riżorsi għal assistenza ta’ emerġenza, il-Kummissjoni tista’ tadotta separatament deċiżjoni ta’ finanzjament, kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, għal assistenza ta’ emerġenza permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(4). Tali att għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu li ma jkunx jeċċedi 18-il xahar.
Artikolu 26
Finanzjament kumulattiv u alternattiv
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni taħt il-Fond tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inkluż Fondi taħt ġestjoni kondiviża, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.
2. F’konformità mal-Artikolu 73(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Fond Soċjali Ewropew Plus jistgħu jappoġġaw azzjonijiet li lilhom tiġi attribwita tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza kif definit fil-punt (45) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġu attribwiti tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
(a) |
ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt il-Fond; |
(b) |
ikunu konformi mal-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti; u |
(c) |
ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji. |
TAQSIMA 5
Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni
Artikolu 27
Monitoraġġ u rapportar
1. F’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar tagħha skont il-punt (h)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati fl-Anness V għal dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda l-Anness V biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa fl-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati f’dak l-Anness.
3. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn it-twettiq tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom jiġu stabbiliti għal żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.
4. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar fuq ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni u, fejn xieraq, fuq l-Istati Membri.
5. Biex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn it-twettiq tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda l-Anness VIII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn ikun meqjus meħtieġ u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri. Kwalunkwe emenda għall-Anness VIII għandha tapplika biss għal proġetti magħżula wara d-dħul fis-seħħ ta’ dik l-emenda.
Artikolu 28
Rapportar dwar il-faċilità tematika
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-użu u t-tqassim tal-faċilità tematika, msemmija fl-Artikolu 8, inkluż dwar l-appoġġ ipprovdut lil azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom fi ħdan l-azzjonijiet tal-Unjoni. Meta, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata lilu, il-Parlament Ewropew jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati fi ħdan il-faċilità tematika, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
Artikolu 29
Evalwazzjoni
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ dan ir-Regolament. Minbarra dak li huwa previst fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tivvaluta dan li ġej:
(a) |
l-effikaċja tal-Fond, inkluż il-progress magħmul lejn it-twettiq tal-objettivi tiegħu, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti diġà disponibbli, b’mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 u l-indikaturi tal-output u tar-riżultati stipulati fl-Anness VIII; |
(b) |
l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi allokati għall-Fond u l-effiċjenza tal-miżuri ta’ ġestjoni u kontroll introdotti biex jimplimentawh; |
(c) |
il-kontinwazzjoni tar-rilevanza u l-adegwatezza tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II; |
(d) |
il-koordinazzjoni, il-koerenza u l-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni; |
(e) |
il-valur miżjud tal-Unjoni fl-azzjonijiet implimentati taħt il-Fond. |
Dik l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva tal-effetti tal-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perijodu 2014-2020.
2. Minbarra dak li huwa previst fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-evalwazzjoni retrospettiva għandha tinkludi l-elementi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Barra minn hekk, għandu jiġi evalwat l-impatt tal-Fond.
3. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u l-evalwazzjoni retrospettiva għandhom jitlestew b’mod f’waqtu sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż, fejn adatt, għar-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-evalwazzjonijiet ma jkunux jinkludu informazzjoni li t-tixrid tagħha jista’ jipperikola l-operazzjonijiet tas-sigurtà.
5. Fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u fl-evalwazzjoni retrospettiva, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet implimentati ma’ pajjiżi terzi, ġewwa fihom jew b’rabta magħhom f’konformità mal-Artikolu 13(11) u l-Artikolu 19.
Artikolu 30
Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni
1. Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti sal-2031, inkluża dik is-sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar il-prestazzjoni annwali lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
Il-perijodu ta’ rapportar għandu jkopri l-aħħar sena tal-kontabbiltà, kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, qabel is-sena tal-preżentazzjoni tar-rapport. Ir-rapport ippreżentat sal-15 ta’ Frar 2023 għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021.
2. Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom, b’mod partikolari, jagħtu informazzjoni dwar:
(a) |
il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u fit-twettiq tal-istadji importanti u l-għanijiet stabbiliti fih, b’kont meħud tal-aktar data reċenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060; |
(b) |
kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u l-azzjoni meħuda biex tindirizzaha, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur taħt l-Artikolu 258 TFUE b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Fond; |
(c) |
il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk l-azzjonijiet meħudin f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom; |
(d) |
il-kontribut tal-programm tal-Istat Membru għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u tal-pjanijiet ta’ azzjoni; |
(e) |
l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà; |
(f) |
l-adempjiment tal-kondizzjonijiet ta’ abilitazzjoni applikabbli u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perijodu ta’ programmazzjoni, b’mod partikolari l-konformità mad-drittijiet fundamentali; |
(g) |
l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’pajjiż terz jew b’rabta miegħu. |
Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom jinkludu sommarju li jkopri l-punti kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sommarji pprovduti mill-Istati Membri jiġu tradotti għal-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku.
3. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi osservazzjonijiet dwar rapporti annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahrejn mid-data tar-riċezzjoni tagħhom. Fejn il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet sa dik l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li ġie aċċettat.
4. Fuq is-sit web tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-links għas-siti web imsemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
5. Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 31
Monitoraġġ u rapportar taħt ġestjoni kondiviża
1. Il-monitoraġġ u r-rapportar, skont it-Titlu IV tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom jużaw, kif xieraq, il-kodiċijiet għat-tipi ta’ interventi stipulati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda l-Anness VI.
2. L-indikaturi stipulati fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikoli 16(1) u mal-Artikoli 22 u 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 32
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 13(10), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 27(2) u (5) u l-Artikolu 31(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 13(10), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 27(2) u (5) u l-Artikolu 31(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 13(10), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 27(2) u (5) jew l-Artikolu 31(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 33
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi għall-Affarijiet Interni stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1148. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 34
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija taħt l-Istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perijodu 2014-2020 (‘Pulizija tal-ISF’), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014. Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 għandu jkompli japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Fond jista’ jkopri wkoll il-kostijiet tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati skont il-Pulizija tal-ISF.
3. F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ imdewwem ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, għal perijodu limitat, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament taħt ġestjoni diretta u li jkunu diġà bdew jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk dawk il-kostijiet iġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja jew it-talba għall-assistenza.
4. L-Istati Membri jistgħu jkomplu wara l-1 ta’ Jannar 2021 jappoġġaw proġett magħżul u mibdi taħt ir-Regolament (UE) Nru 513/2014, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) |
il-proġett ikollu żewġ fażijiet identifikabbli mil-lat finanzjarju, b’sekwenzi tal-awditjar separati; |
(b) |
il-kost totali tal-proġett taqbeż il-EUR 500 000; |
(c) |
ħlasijiet magħmula mill-awtorità responsabbli lil benefiċjarji għall-ewwel fażi tal-proġett għandhom jiġu inklużi fit-talbiet lill-Kummissjoni għal ħlas taħt ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u n-nefqa għat-tieni fażi tal-proġett għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għal pagament taħt ir-Regolament (UE) 2021/1060; |
(d) |
it-tieni fażi tal-proġett tikkonforma mal-liġi applikabbli u hija eliġibbli għal appoġġ mill-Fond taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/1060; |
(e) |
l-Istat Membru jimpenja ruħu li jlesti l-proġett, jirrendih operazzjonali u jirrapportah fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ppreżentat sal-15 ta’ Frar 2024. |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw għat-tieni fażi tal-proġett, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal proġetti li ntgħażlu taħt ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Artikolu 35
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 189.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-14 ta’ Ġunju 2021 (ĠU C 268, 6.7.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ara paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali (ĠU L 234, 2.7.2021, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 (ĠU L 156, 5.5.2021, p. 21).
(11) Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(13) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(19) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(20) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(21) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(22) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(23) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(24) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(26) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(27) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44).
(28) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
(29) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
ANNESS I
KRITERJI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA’ FINANZJAMENT GĦALL-PROGRAMMI TAL-ISTATI MEMBRI
Ir-riżorsi baġitarji msemmija fl-Artikolu 10 għandu jiġi allokat għall-programmi tal-Istati Membri kif ġej:
(1) |
ammont fiss ta’ darba ta’ EUR 8 000 000 għandu jiġi allokat għal kull Stat Membru fil-bidu tal-perijodu ta’ programmazzjoni; |
(2) |
ir-riżorsi baġitarji li jibqa’ msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jitqassmu skont il-kriterji li ġejjin:
|
L-allokazzjoni inizjali tar-riżorsi baġitarji li jibqa’ msemmija fil-punt (2) tal-ewwel paragrafu għandha tkun ibbażata fuq id-data statistika annwali prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-sena 2019. Għall-finijiet tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data statistika annwali prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-sena 2023. Fejn Stat Membru ma jkunx ipprovda lill-Kummissjoni (Eurostat) bid-data għal sena partikolari, il-Kummissjoni tista’ minflok tuża l-aktar data statistika reċenti li tkun disponibbli qabel is-sena kkonċernata għal dak l-Istat Membru.
ANNESS II
MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
1.
Il-Fond għandu jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
l-iżgurar tal-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà billi jiġi appoġġat l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, pereżempju permezz ta’ Prüm, il-PNR tal-UE u s-SIS II, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ ta’ Schengen u mekkaniżmi oħra ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni; |
(b) |
l-istabbiliment, l-adattament u l-manutenzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u dawk deċentralizzati rilevanti għas-sigurtà, inkluż l-iżgurar tal-interoperabbiltà tagħhom, u l-iżvilupp tal-għodda xierqa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati; |
(c) |
żieda fl-użu attiv ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u dawk deċentralizzati rilevanti għas-sigurtà, billi jiġi żgurat li dawk is-sistemi jkunu pprovduti b’data ta’ kwalità għolja; u |
(d) |
appoġġ għall-miżuri nazzjonali rilevanti inkluż l-interkonnessjoni tal-bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti għas-sigurtà u r-rabta ta’ dawk il-bażijiet tad-data mal-bażijiet tad-data tal-Unjoni, meta previst fil-bażijiet legali rilevanti, jekk rilevanti għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2). |
2.
Il-Fond għandu jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
żieda fl-għadd ta’ operazzjonijiet ta’ infurzar tal-liġi li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż, fejn ikun xieraq, operazzjonijiet li jinvolvu atturi rilevanti oħra, b’mod partikolari permezz tal-iffaċilitar u t-titjib tal-użu ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti, rondi konġunti, insegwimenti, sorveljanza diskreta u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni operazzjonali oħra fil-kuntest taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE, b’enfasi speċjali fuq operazzjonijiet transfruntiera; |
(b) |
titjib fil-koordinazzjoni u żieda fil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u ma’ atturi rilevanti oħra, pereżempju permezz ta’ networks ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati, networks u strutturi ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, u ċentri tal-Unjoni; u |
(c) |
titjib tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell tal-Unjoni bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru. |
3.
Il-Fond għandu jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
żieda fit-taħriġ, l-eżerċizzji u t-tagħlim reċiproku, programmi ta’ skambju speċjalizzati u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fi u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż fil-livell lokali, u ma’ pajjiżi terzi u atturi rilevanti oħra; |
(b) |
sfruttament tas-sinerġiji billi jiġu miġbura flimkien ir-riżorsi u l-għarfien u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, inkluż is-soċjetà ċivili, permezz ta’, pereżempju, il-ħolqien ta’ ċentri konġunti ta’ eċċellenza, l-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, jew ċentri ta’ appoġġ operazzjonali komuni għal operazzjonijiet immexxija b’mod konġunt; |
(c) |
il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għal xhieda, informaturi u vittmi tal-kriminalità u l-iżvilupp ta’ sħubiji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u atturi rilevanti oħra għal dan l-għan; |
(d) |
l-akkwist ta’ tagħmir rilevanti u l-istabbiliment jew l-aġġornament ta’ faċilitajiet ta’ taħriġ speċjalizzat u infrastruttura rilevanti għas-sigurtà essenzjali oħra sabiex jiżdiedu t-tħejjija, ir-reżiljenza, l-għarfien tal-pubbliku u rispons adegwat fir-rigward tat-theddid għas-sigurtà; u |
(e) |
il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika minn inċidenti relatati mas-sigurtà billi jiġu identifikati, ivvalutati u mneħħija l-vulnerabbiltajiet. |
ANNESS III
AMBITU TAL-APPOĠĠ
Fl-ambitu tal-objettivi tiegħu, il-Fond jista’ jappoġġja, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-istabbiliment, l-adattament u l-manutenzjoni ta’ sistemi tal-ICT li jikkontribwixxu biex jitwettqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, taħriġ dwar l-użu ta’ dawn is-sistemi u l-ittestjar u t-titjib tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-kwalità tad-data ta’ dawn is-sistemi; |
(b) |
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-Istati Membri fil-qasam tas-sistemi ta’ informazzjoni rilevanti għas-sigurtà, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà tad-data; |
(c) |
azzjonijiet operazzjonali taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE/EMPACT; |
(d) |
azzjonijiet li jappoġġaw rispons effettiv u koordinat għall-kriżijiet u li jgħaqqdu flimkien il-kapaċitajiet eżistenti speċifiċi għas-settur, ċentri ta’ kompetenza esperta u ċentri għall-għarfien tas-sitwazzjoni, inkluż dawk għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili, it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità; |
(e) |
azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jużaw teknoloġiji ġodda li għandhom il-potenzjal ta’ trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra b’mod partikolari proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta’ proġetti ta’ riċerka dwar is-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni; |
(f) |
azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza fir-rigward ta’ theddid emerġenti inkluż it-traffikar permezz ta’ mezzi online, theddid ibridu, l-użu malizzjuż ta’ sistemi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari; |
(g) |
l-għoti ta’ appoġġ għal networks tematiċi jew transtematiċi ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati u punti ta’ kuntatt nazzjonali sabiex titjieb il-fiduċja reċiproka, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta’ għarfien espert, informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattiki, il-ġabra flimkien tar-riżorsi u l-kompetenza esperta f’ċentri konġunti ta’ eċċellenza; |
(h) |
l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-persunal u l-esperti fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji amministrattivi rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operazzjonali u l-analiżi tar-riskju, f’kooperazzjoni mas-CEPOL u, meta applikabbli, man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ dwar politiki ta’ prevenzjoni b’enfasi speċjali fuq id-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni; |
(i) |
kooperazzjoni mas-settur privat, pereżempju fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, sabiex tinbena l-fiduċja u jitjiebu l-koordinazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u l-iskambju u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-atturi pubbliċi u privati inkluż fil-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika; |
(j) |
azzjonijiet li jsaħħu l-pożizzjoni tal-komunitajiet biex jiżviluppaw approċċi lokali u politiki ta’ prevenzjoni, u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali dwar il-politiki ta’ sigurtà tal-Unjoni; |
(k) |
il-finanzjament ta’ tagħmir, mezzi ta’ trasport, sistemi ta’ komunikazzjoni u faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà; |
(l) |
il-finanzjament tal-kost tal-persunal involut f’azzjonijiet li huma appoġġati mill-Fond jew azzjonijiet li jeħtieġu l-involviment ta’ persunal għal raġunijiet tekniċi jew relatati mas-sigurtà. |
ANNESS IV
AZZJONIJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 12(3) U L-ARTIKOLU 13(10)
(1)
Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni
(2)
Proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u s-sistemi tal-ICT nazzjonali, sa fejn ikun previst mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri
(3)
Proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra t-theddid l-aktar sinifikanti mill-kriminalità serja u organizzata, fil-qafas tal-azzjonijiet operazzjonali taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE/EMPACT
(4)
Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu kontra ċ-ċiberkriminalità, b’mod partikolari l-isfruttament sesswali tat-tfal online, u reati fejn l-Internet ikun il-pjattaforma ewlenija għall-ġbir tal-evidenza
(5)
Proġetti li għandhom l-għan li jittejbu s-sigurtà u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika
ANNESS V
INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 27(1)
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
1. |
L-għadd ta’ sistemi tal-ICT li saru interoperabbli fl-Istati Membri/ma’sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u deċentralizzati rilevanti għas-sigurtà/ma’ bażijiet tad-data internazzjonali |
2. |
L-għadd ta’ unitajiet amministrattivi li jkunu stabbilew mekkaniżmi/proċeduri/għodod/gwida ġodda għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra/korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni/pajjiżi terzi/organizzazzjonijiet internazzjonali |
3. |
L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu l-attività ta’ taħriġ utli għax-xogħol tagħhom |
4. |
L-għadd ta’ parteċipanti li tliet xhur wara l-attività ta’ taħriġ jirrapportaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul dik l-attività ta’ taħriġ |
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)
5. |
Il-valur stmat tal-assi ffriżati fil-kuntest ta’ operazzjonijiet transfruntiera |
6. |
Kwantità ta’ droga illeċita sekwestrata fil-kuntest ta’ operazzjonijiet transfruntiera, skont it-tip ta’ prodott (1) |
7. |
Il-kwantità ta’ armi sekwestrati fil-kuntest ta’ operazzjonijiet transfruntiera skont it-tip ta’ arma (2) |
8. |
L-għadd ta’ unitajiet amministrattivi li jkunu żviluppaw/adattaw mekkaniżmi/proċeduri/għodod/gwida eżistenti għall-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra/korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni/organizzazzjonijiet internazzjonali |
9. |
L-għadd ta’ persunal involut f’operazzjonijiet transfruntiera |
10. |
L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet b’rabta mal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen indirizzati |
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
11. |
L-għadd ta’ inizjattivi żviluppati/estiżi biex tiġi pprevenuta r-radikalizzazzjoni |
12. |
L-għadd ta’ inizjattivi żviluppati/estiżi biex jiġu protetti/appoġġati x-xhieda u l-informaturi |
13. |
L-għadd ta’ infrastruttura kritika/spazji pubbliċi b’faċilitajiet ġodda/adattati li jipproteġu mir-riskji relatati mas-sigurtà |
14. |
L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu l-attività ta’ taħriġ utli għax-xogħol tagħhom |
15. |
L-għadd ta’ parteċipanti li tliet xhur wara l-attività ta’ taħriġ jirrapportaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul dik l-attività ta’ taħriġ |
(1) Kategoriji tat-tipi ta’ droga (fuq il-bażi tal-kategoriji użati fir-rapporti dwar drogi illeċiti: Rapport tal-UE dwar is-Swieq tad-Drogi, ir-Rapport Ewropew dwar id-Drogi kif ukoll il-Bullettin Statistiku tal-EMCDDA):
— |
kannabis; |
— |
opjojdi, inkluż l-eroina; |
— |
kokaina; |
— |
drogi sintetiċi, inkluż stimulanti tat-tip amfetamina (inkluż l-amfetamina u l-metamfetamina) u MDMA; |
— |
sustanzi psikoattivi ġodda; |
— |
drogi illeċiti oħra. |
(2) Kategoriji ta’ tipi ta’ armi (fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi. Il-kategoriji proposti huma simplifikati, meta mqabbla ma’ dawk imsemmija fl-Anness I għad-Direttiva 91/477/KEE u f’konformità ma’ dawk fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, użati mill-awtoritajiet nazzjonali):
— |
armi tal-gwerra: armi tan-nar awtomatiċi u armi tan-nar kbar (armi kontra t-tankijiet tal-gwerra, lanċaturi tar-rokits, kanuni tat-tip mortar, eċċ.); |
— |
armi tan-nar qosra oħrajn: rivoltelli u pistoli (fosthom armi tas-salut u akustiċi); |
— |
armi tan-nar twal oħrajn: azzarini u snieter (fosthom armi tas-salut u akustiċi). |
ANNESS VI
TIPI TA’ INTERVENT
TABELLA 1: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT
001. |
TER-Ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu |
002. |
TER-Prevenzjoni u ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni |
003. |
TER-Protezzjoni u reżiljenza tal-ispazji pubbliċi u miri faċli oħra |
004. |
TER-Protezzjoni u reżiljenza tal-infrastruttura kritika |
005. |
TER-Materjali Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjuattivi u Nukleari |
006. |
TER-Splussivi |
007. |
TER-Maniġġar ta’ kriżijiet |
008. |
TER-Oħra |
009. |
OC-Korruzzjoni |
010. |
OC-Kriminalità finanzjarja u ekonomika |
011. |
OC-Ħasil ta’ flus tar-rikavati mill-kriminalità |
012. |
OC-Droga |
013. |
OC-Traffikar ta’ armi tan-nar |
014. |
OC-Traffikar ta’ beni kulturali |
015. |
OC-Traffikar ta’ bnedmin |
016. |
OC-Faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali |
017. |
OC-Kriminalità ambjentali |
018. |
OC-Kriminalità organizzata kontra l-proprjetà |
019. |
OC-Oħra |
020. |
CC-Ċiberkriminalità - Oħra |
021. |
CC-Ċiberkriminalità - Prevenzjoni |
022. |
CC-Ċiberkriminalità - Iffaċilitar tal-investigazzjonijiet |
023. |
CC-Ċiberkriminalità - Assistenza għall-vittmi |
024. |
CC-Sfruttament Sesswali tat-Tfal - Prevenzjoni |
025. |
CC-Sfruttament Sesswali tat-Tfal - Iffaċilitar tal-investigazzjonijiet |
026. |
CC-Sfruttament Sesswali tat-Tfal - Assistenza għall-vittmi |
027. |
CC-Sfruttament Sesswali tat-Tfal, inkluż id-distribuzzjoni ta’ immaġni ta’ abbuż tat-tfal u pornografija tat-tfal |
028. |
CC-Oħra |
029. |
GEN-Skambju ta’ informazzjoni |
030. |
GEN-Kooperazzjoni tal-pulizija jew bejn l-aġenziji (id-dwana, l-uffiċjali tal-fruntieri, is-servizzi tal-intelligence) |
031. |
GEN-Forensika |
032. |
GEN-Appoġġ għall-vittmi |
033. |
GEN-Appoġġ operazzjonali |
034. |
TA-Assistenza teknika - informazzjoni u komunikazzjoni |
035. |
TA-Assistenza teknika - preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
036. |
TA-Assistenza teknika - evalwazzjoni u studju, ġbir tad-data |
037. |
TA-Assistenza teknika - tisħiħ tal-kapaċitajiet |
TABELLA 2: KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TA’ AZZJONI
001. |
Sistemi tal-ICT, l-interoperabbiltà, il-kwalità tad-data (eskluż it-tagħmir) |
002. |
Networks, ċentri ta’ eċċellenza, strutturi ta’ kooperazzjoni, azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet |
003. |
Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (JITs) jew operazzjonijiet konġunti oħrajn |
004. |
Issekondar jew stazzjonar ta’ esperti |
005. |
Taħriġ |
006. |
Skambju tal-aħjar prattiki, sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi, attivitajiet, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ komunikazzjoni |
007. |
Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju |
008. |
Tagħmir |
009. |
Mezzi ta’ trasport |
010. |
Bini, faċilitajiet |
011. |
Użu jew segwitu ieħor ta’ proġetti ta’ riċerka |
TABELLA 3: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
001. |
Azzjonijiet koperti mill-Artikolu 12(1) |
002. |
Azzjonijiet speċifiċi |
003. |
Azzjonijiet elenkati fl-Anness IV |
004. |
Appoġġ operazzjonali |
005. |
Assistenza ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 25 |
TABELLA 4: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TA’ TEMI PARTIKOLARI
001. |
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi |
002. |
Azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom |
003. |
Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija |
004. |
L-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq |
ANNESS VII
INFIQ ELIĠIBBLI GĦAL APPOĠĠ OPERAZZJONALI
1.
Fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), l-appoġġ operazzjonali fil-programmi tal-Istati Membri għandu jkopri:
(a) |
il-manutenzjoni ta’ u servizzi ta’ assistenza għas-sistemi tal-ICT tal-UE u, fejn rilevanti, tas-sistemi tal-ICT nazzjonali rilevanti għas-sigurtà li jikkontribwixxu sabiex jitwettqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
il-kostijiet tal-persunal li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
2.
Fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-appoġġ operazzjonali fil-programmi tal-Istati Membri għandu jkopri:
(a) |
il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera; |
(b) |
il-kostijiet tal-persunal li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
3.
Fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-appoġġ operazzjonali fil-programmi tal-Istati Membri għandu jkopri:
(a) |
il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera; |
(b) |
il-kostijiet tal-persunal li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
4.
L-infiq li jikkonċerna azzjonijiet li mhumiex eliġibbli taħt l-Artikolu 5(5) ma għandhomx ikunu koperti.
ANNESS VIII
INDIKATURI TAL-OUTPUTS U TAR-RIŻULTATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 27(3)
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
Indikaturi tal-output
1. |
L-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ |
2. |
L-għadd ta’ laqgħat tal-esperti/sessjonijiet ta’ ħidma/żjarat ta’ studju |
3. |
L-għadd ta’ sistemi tal-ICT stabbiliti/adattati/mantenuti |
4. |
L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir mixtrija |
Indikaturi tar-riżultati
5. |
L-għadd ta’ sistemi tal-ICT li saru interoperabbli fl-Istati Membri/ma’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u deċentralizzati rilevanti għas-sigurtà/ma’ bażijiet tad-data internazzjonali |
6. |
L-għadd ta’ unitajiet amministrattivi li jkunu stabbilew mekkaniżmi/proċeduri/għodod/gwida ġodda jew adattaw dawk eżistenti għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra/korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni/pajjiżi terzi/organizzazzjonijiet internazzjonali |
7. |
L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu t-taħriġ utli għax-xogħol tagħhom |
8. |
L-għadd ta’ parteċipanti li tliet xhur wara l-attività ta’ taħriġ jirrapportaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul dik l-attività ta’ taħriġ |
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)
Indikaturi tal-output
1. |
L-għadd ta’ operazzjonijiet transfruntiera, li jispeċifika separatament:
|
2. |
L-għadd ta’ laqgħat tal-esperti/sessjonijiet ta’ ħidma/żjarat ta’ studju/eżerċizzji komuni |
3. |
L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir mixtrija |
4. |
L-għadd ta’ mezzi tat-trasport mixtrija għal operazzjonijiet transfruntiera |
Indikaturi tar-riżultati
5. |
Il-valur stmat tal-assi ffriżati fil-kuntest ta’ operazzjonijiet transfruntiera |
6. |
Kwantità tad-droga illeċita sekwestrata fil-kuntest ta’ operazzjonijiet transfruntiera skont it-tip ta’ prodott (1) |
7. |
Il-kwantità ta’ armi sekwestrati fil-kuntest ta’ operazzjonijiet transfruntiera skont it-tip ta’ arma (2) |
8. |
L-għadd ta’ unitajiet amministrattivi li jkunu żviluppaw/adattaw mekkaniżmi/proċeduri/għodod/gwida eżistenti għall-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra/korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni/pajjiżi terzi/organizzazzjonijiet internazzjonali |
9. |
L-għadd ta’ persunal involut f’operazzjonijiet transfruntiera |
10. |
L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet b’rabta mal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen indirizzati |
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
Indikaturi tal-output
1. |
L-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ |
2. |
L-għadd ta’ programmi ta’ skambju/sessjonijiet ta’ ħidma/żjarat ta’ studju |
3. |
L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir mixtrija |
4. |
L-għadd ta’ mezzi tat-trasport mixtrija |
5. |
L-għadd ta’ prodotti ta’ infrastruttura/faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà/għodod/mekkaniżmi mibnija/mixtrija/imtejba |
6. |
L-għadd ta’ proġetti għall-prevenzjoni tal-kriminalità |
7. |
L-għadd ta’ proġetti biex jiġu megħjuna l-vittmi tal-kriminalità |
8. |
L-għadd ta’ vittmi tal-kriminalità megħjuna |
Indikaturi tar-riżultati
9. |
L-għadd ta’ inizjattivi żviluppati/estiżi biex tiġi pprevenuta r-radikalizzazzjoni |
10. |
L-għadd ta’ inizjattivi żviluppati/estiżi biex jiġu protetti/appoġġati x-xhieda u l-informaturi |
11. |
L-għadd ta’ infrastruttura kritika/spazji pubbliċi b’faċilitajiet ġodda/adattati li jipproteġu mir-riskji relatati mas-sigurtà |
12. |
L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu l-attività ta’ taħriġ utli għax-xogħol tagħhom |
13. |
L-għadd ta’ parteċipanti li tliet xhur wara t-taħriġ jirrapportaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-taħriġ |
(1) Kategoriji tat-tipi ta’ drogi (fuq il-bażi tal-kategoriji użati fir-rapporti dwar drogi illeċiti: Rapport tal-UE dwar is-Swieq tad-Drogi, ir-Rapport Ewropew dwar id-Drogi kif ukoll il-Bullettin Statistiku tal-EMCDDA):
— |
kannabis; |
— |
opjojdi, inkluż l-eroina; |
— |
kokaina; |
— |
drogi sintetiċi, inklużi stimulanti tat-tip amfetamina (inkluż l-amfetamina u l-metamfetamina) u MDMA; |
— |
Sustanzi psikoattivi ġodda; |
— |
drogi illeċiti oħra. |
(2) Kategoriji ta’ tipi ta’ armi (fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi. Il-kategoriji proposti huma simplifikati, meta mqabbla ma’ dawk imsemmija fl-Anness I għad-Direttiva 91/477/KEE u f’konformità ma’ dawk fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, użati mill-awtoritajiet nazzjonali):
— |
armi tal-gwerra: armi tan-nar awtomatiċi u armi tan-nar kbar (armi kontra t-tankijiet tal-gwerra, lanċaturi tar-rokits, kanuni tat-tip mortar, eċċ.); |
— |
armi tan-nar qosra oħrajn: rivoltelli u pistoli (fosthom armi tas-salut u akustiċi); |
— |
armi tan-nar twal oħrajn: azzarini u snieter (fosthom armi tas-salut u akustiċi). |