This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0636
Commission Implementing Decision (EU) 2020/636 of 8 May 2020 amending Decision 2008/477/EC as regards an update of relevant technical conditions applicable to the 2 500–2 690 MHz frequency band (notified under document C(2020) 2831) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/636 tat-8 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2008/477/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz (notifikata bid-dokument C(2020) 2831) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/636 tat-8 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2008/477/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz (notifikata bid-dokument C(2020) 2831) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/2831
ĠU L 149, 12.5.2020, p. 3–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008D0477 | Sostituzzjoni | anness | ||
Modifies | 32008D0477 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 | ||
Modifies | 32008D0477 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | ||
Modifies | 32008D0477 | Sostituzzjoni | artikolu 3 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32020D0636R(01) | (DE) |
12.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/3 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/636
tat-8 ta’ Mejju 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2008/477/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz
(notifikata bid-dokument C(2020) 2831)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz (“il-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz”) għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika (ECSs) fl-Unjoni, u hija mmirata primarjament lejn is-servizzi tal-broadband mingħajr fili għall-utenti aħħarija. |
(2) |
L-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jirrikjedi li l-Istati Membri jgħinu lill-fornituri tal-ECSs biex jaġġornaw regolarment in-netwerks tagħhom għat-teknoloġija l-iktar reċenti u l-iktar effiċjenti, sabiex joħolqu d-dividendi tal-ispettru tagħhom stess f’konformità mal-prinċipji tan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġija. |
(3) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (4), tistabbilixxi objettivi ġodda tal-konnettività għall-Unjoni li jridu jinkisbu permezz tat-tqegħid u tal-adozzjoni mifruxa ta’ netwerks b’kapaċità għolja ħafna. Għal dak l-għan, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “5G għall-Ewropa: Pjan ta’ Azzjoni” (5) tidentifika l-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni, inkluż l-identifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-ispettru għall-5G abbażi tal-opinjoni tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG), sabiex tiġi żgurata l-kopertura tal-5G mingħajr interruzzjoni fiż-żoni urbani kollha u fir-rotot ewlenin kollha tat-trasport terrestri sal-2025. |
(4) |
Fiż-żewġ opinjonijiet tiegħu dwar “il-pjan direzzjonali strateġiku lejn il-5G għall-Ewropa” (tas-16 ta’ Novembru 2016 (6) u tat-30 ta’ Jannar 2019 (7)), l-RSPG identifika l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji għall-meded kollha li diġà ġew armonizzati għan-netwerks mobbli jkunu tajbin għall-użu tal-5G. Il-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz hija medda waħda minn dawk il-meded, li attwalment tintuża fl-Unjoni primarjament għar-raba’ ġenerazzjoni ta’ sistemi tal-broadband mingħajr fili (jiġifieri l-Evoluzzjoni fit-Tul, LTE). |
(5) |
Fit-12 ta’ Lulju 2018, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT) biex tirrieżamina l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għal ċerti meded ta’ frekwenzi armonizzati tal-UE, inkluż il-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz, u biex tiżviluppa l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati l-inqas restrittivi li jkunu adattati għas-sistemi terrestri mingħajr fili tal-ġenerazzjoni li jmiss (5G). |
(6) |
Fil-5 ta’ Lulju 2019, is-CEPT ħarġet rapport (ir-rapport 72 tas-CEPT) li jirrieżamina, fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati tal-UE fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz abbażi fuq il-kunċett ta’ block edge mask (BEM), fil-kuntest tal-introduzzjoni ta’ sistemi terrestri mingħajr fili tal-ġenerazzjoni li jmiss (5G) f’dik il-medda. B’mod partikolari, ir-rapport jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għas-sistemi ta’ antenni mhux attivi u attivi (AAS attivi u AAS mhux attivi), li jintużaw f’sistemi li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili (WBB ECSs) b’operazzjonijiet sinkronizzati u mhux sinkronizzati. Jipprevedi wkoll il-koeżistenza tad-WBB ECSs tal-AAS attivi u tad-WBB ECSs tal-AAS mhux attivi abbażi ta’ dupleks permezz ta’ diviżjoni tal-frekwenzi (FDD) u ta’ dupleks permezz ta’ diviżjoni tal-ħin (TDD) fil-medda. Jindirizza wkoll il-koeżistenza ta’ WBB ECSs fil-medda u servizzi oħra fil-meded ta’ frekwenzi biswit xulxin. |
(7) |
Ir-rapport 72 tas-CEPT jinnota użu mhux akkoppjat limitat ħafna (jew TDD jew inkella Downlink Supplimentari, SDL) ’il barra mis-sottomedda 2 570-2 620 MHz, u jenfasizza li tali użu jenħtieġ li jkun soġġett għal armonizzazzjoni ulterjuri u għal skedar ikkoordinat fil-livell tal-UE, minħabba r-riskju ta’ interferenza fil-fruntieri nazzjonali. Sabiex jiġi eliminat dak ir-riskju, jenħtieġ li tiġi evitata l-flessibbiltà tal-użu mhux akkoppjat ’il barra minn dik is-sottomedda, kif previst bl-arranġament armonizzat tal-allokazzjoni ta’ kanali tal-UE għall-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu operazzjonijiet tan-netwerk tat-TDD li jkunu sinkronizzati, semisinkronizzati jew mhux sinkronizzati fis-sottomedda 2 570-2 620 MHz u jiżguraw użu effiċjenti tal-ispettru, filwaqt li jqisu r-rapporti 296 (8) u 308 (9) tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni Elettronika (ECC) rigward is-sinkronizzazzjoni. |
(8) |
Jenħtieġ li l-konklużjonijiet tar-rapport 72 tas-CEPT jiġu applikati fl-Unjoni kollha u jiġu implimentati mill-Istati Membri mingħajr dewmien, għajr f’każijiet li jkunu ġustifikati. Dan se jrawwem id-disponibbiltà u l-użu tal-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz għas-sistemi 5G filwaqt li jissalvagwardja l-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz. |
(9) |
Il-kunċett ta’ “għażla u t-tqegħid għad-dispożizzjoni” tal-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni jirreferi għall-passi li ġejjin: (i) l-adattament tal-qafas legali nazzjonali dwar l-allokazzjoni tal-frekwenzi biex jinkludi l-użu maħsub ta’ din il-medda skont il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, (ii) l-inizjazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata koeżistenza mal-użu eżistenti f’din il-medda, sa fejn ikun meħtieġ, (iii) l-inizjazzjoni tal-miżuri xierqa, appoġġata mill-varar ta’ proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, fejn ikun xieraq, sabiex ikun permess l-użu ta’ din il-medda f’konformità mal-qafas legali applikabbli fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati ta’ din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Jaf ikunu meħtieġa ftehimiet transfruntiera bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi mhux tal-UE biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw il-parametri stabbiliti b’din id-Deċiżjoni, u b’hekk tkun evitata interferenza li tagħmel ħsara u jittejbu l-effiċjenza tal-ispettru u n-nuqqas ta’ frammentazzjoni fl-użu tal-ispettru. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/477/KE tiġi emendata skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/477/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli, fuq bażi mhux esklużiva, il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika f’konformità mal-parametri stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. 2. L-Istati Membri li jimplimentaw l-użu ta’ dupleks permezz ta’ diviżjoni tal-ħin jew ta’ “downlink biss” ’il barra mis-sottomedda 2 570-2 620 MHz fid-data meta din id-Deċiżjoni ssir effettiva jistgħu jitolbu perjodu tranżizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.”; |
(2) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
(3) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’li ġej: “Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sat-30 ta’ April 2021.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Thierry BRETON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (COM(2016) 587 final).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “5G għall-Ewropa: Pjan ta’ Azzjoni”, (COM(2016) 588 final).
(6) Id-Dokument RSPG16-032 final tad-9 ta’ Novembru 2016, Strategic roadmap towards 5G for Europe: opinion on spectrum related aspects for next-generation wireless systems (5G) (l-ewwel opinjoni tal-RSPG dwar il-5G).
(7) Id-dokument RSPG19-007 final tat-30 ta’ Jannar 2019, Strategic Spectrum Roadmap Towards 5G for Europe: opinion on 5G implementation challenges (it-tielet opinjoni tal-RSPG dwar il-5G).
(8) Ir-rapport 296 tal-ECC tat-8 ta’ Marzu 2019, National synchronization regulatory framework options in 3 400-3 800 MHz: a toolbox for coexistence of MFCNs in synchronised, unsynchronised and semi-synchronised operation in 3 400-3 800 MHz.
(9) Ir-rapport 308 tal-ECC tas- 6 ta’ Marzu 2020, Analysis of the suitability and update of the regulatory technical conditions for 5G MFCN and AAS operation in the 2 500-2 690 MHz frequency band.
ANNESS
“ANNESS
IL-PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
A. DEFINIZZJONIJIET
Sistemi ta’ antenni attivi (AAS attivi) tfisser stazzjon bażi u sistema tal-antenna fejn l-amplitudni u/jew il-fażi bejn l-elementi tal-antenna jiġu aġġustati kontinwament biex iwasslu għal mudell tal-antenna li jvarja skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju. Dan jeskludi t-tiswir ta’ raġġi fit-tul bħall-inklinazzjoni elettrika fissa dixxendenti. Fl-istazzjonijiet bażi ta’ AAS attivi, is-sistema tal-antenna tiġi integrata bħala parti mis-sistema jew mill-prodott tal-istazzjon bażi.
Sistemi ta’ antenni mhux attivi (AAS mhux attivi) tfisser stazzjon bażi u sistema tal-antenna li jipprovdu konnettur wieħed tal-antenna jew iktar, li jkunu konnessi ma’ element passiv tal-antenna wieħed jew iktar iddisinjat(i) b’mod separat biex il-mewġ tar-radju jiġi rradjat. L-amplitudni u l-fażi tas-sinjali lill-elementi tal-antenna ma jiġux aġġustati kontinwament skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju.
Operat sinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ netwerks differenti jew iktar ta’ dupleks tad-diviżjoni tal-ħin (TDD), fejn ma jseħħux trażmissjonijiet uplink (UL) u downlink (DL) simultanji, jiġifieri li fi kwalunkwe mument partikolari jew in-netwerks kollha jittrażmettu b’mod downlink jew inkella n-netwerks kollha jittrażmettu b’mod uplink. Dan jeħtieġ l-allinjament tat-trażmissjonijiet DL u UL kollha għan-netwerks tat-TDD kollha li jkunu involuti kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frejm fin-netwerks kollha.
Operat mhux sinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ netwerks differenti tat-TDD jew iktar, fejn fi kwalunkwe mument partikolari, minn tal-inqas netwerk wieħed jittrażmetti b’mod DL filwaqt li minn tal-inqas netwerk wieħed jittrażmetti b’mod UL. Dan jaf jiġri jekk in-netwerks tat-TDD jew ma jallinjawx it-trażmissjonijiet DL u UL kollha jew inkella ma jissinkronizzawx fil-bidu tal-frejm.
Operat semisinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ netwerks differenti tat-TDD jew iktar, fejn parti mill-frejm tkun konsistenti mal-operat sinkronizzat, filwaqt li l-kumplament tal-frejm ikun konsistenti mal-operat mhux sinkronizzat. Dan jeħtieġ l-adozzjoni ta’ struttura tal-frejm għan-netwerks tat-TDD kollha li jkunu involuti, inkluż slottijiet fejn id-direzzjoni UL/DL ma tkunx speċifikata, kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frejm fin-netwerks kollha.
Potenza rradjata iżotropikament ekwivalenti (EIRP) tfisser il-multiplikazzjoni tal-potenza fornuta lill-antenna u l-gwadann tal-antenna f’direzzjoni partikolari relattiva għal antenna iżotropika (gwadann assolut jew iżotropiku).
Potenza rradjata totali (TRP) tfisser unità ta’ kejl tal-ammont ta’ potenza rradjata minn antenna kompożita. Din hija daqs l-input tal-potenza kondotta totali li jidħol ġos-sistema tal-array tal-antenna wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe telf fis-sistema tal-array tal-antenna. TRP tfisser il-parti integrali tal-potenza trażmessa f’direzzjonijiet differenti tul l-isfera sħiħa tar-radjazzjoni kif muri fil-formula:
fejn P(θ,φ) hija l-potenza rradjata minn sistema tal-array tal-antenna fid-direzzjoni (θ,φ) mogħtija bil-formula:
fejn PTx tirrappreżenta l-input tal-potenza kondotta (imkejla f’Watts) fis-sistema tal-array, u g(θ,φ) tirrappreżenta l-gwadann direzzjonali tas-sistema tal-array tul id-direzzjoni (θ, φ).
B. PARAMETRI ĠENERALI
(1) |
Id-daqs tal-blokka allokata għandu jkun f’multipli ta’ 5,0 MHz; |
(2) |
Fil-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz, l-ispazjar tad-dupleks għall-operat tad-Dupleks tad-Diviżjoni tal-Frekwenzi għandu jkun ta’ 120 MHz bi trażmissjoni tal-istazzjonijiet terminali (uplink) li tinsab fil-parti ta’ isfel tal-medda li tibda minn 2 500 MHz u li tispiċċa b’2 570 MHz, u bi trażmissjoni tal-istazzjonijiet bażi (downlink) li tinsab fil-parti ta’ fuq tal-medda li tibda minn 2 620 MHz u tispiċċa b’2 690 MHz; |
(3) |
Is-sottomedda ta’ frekwenzi 2 570-2 620 MHz għandha tintuża għad-Dupleks tad-Diviżjoni tal-Ħin jew għat-trażmissjoni tal-istazzjonijiet bażi (“downlink biss”). Kwalunkwe medda ta’ protezzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-użu tal-frekwenzi fil-konfini ta’ 2 570 MHz jew fil-konfini ta’ 2 620 MHz għandha tiġi deċiża fuq bażi nazzjonali u għandha tittieħed mis-sottomedda ta’ frekwenzi 2 570-2 620 MHz. |
C. KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET BAŻI – BLOCK EDGE MASK
Il-parametri tekniċi li ġejjin għall-istazzjonijiet bażi, imsejħa block edge mask (BEM), huma komponent essenzjali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-koeżistenza bejn netwerks biswit xulxin, fin-nuqqas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-operaturi ta’ tali netwerks biswit xulxin. Jistgħu jintużaw ukoll parametri tekniċi inqas strinġenti, jekk ikun hemm qbil fost l-operaturi affettwati kollha ta’ tali netwerks, diment li dawn l-operaturi jkomplu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli għall-protezzjoni ta’ servizzi, ta’ applikazzjonijiet jew ta’ netwerks oħra u mal-obbligi li jirriżultaw mill-koordinazzjoni transfruntiera.
Il-BEM tikkonsisti minn diversi elementi mogħtija fit-Tabella 1. Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka jiġi applikat fir-rigward ta’ blokka allokata lil operatur. Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi, maħsub biex jipproteġi l-ispettru ta’ operaturi oħra fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz, u l-limitu tal-potenza tar-reġjun tranżizzjonali, li jippermetti li jsir roll-off tal-filtru mil-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka għal dak tal-linja bażi, jirrappreżentaw elementi tal-potenza ’l barra mill-blokka.
Il-limiti tal-potenza huma pprovduti b’mod separat għall-AAS mhux attivi u għall-AAS attivi. Għall-AAS mhux attivi, il-limiti tal-potenza japplikaw għall-EIRP medja. Għall-AAS attivi, il-limiti tal-potenza japplikaw għat-TRP medja (1). L-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu mkejla billi tinħadem il-medja f’intervall ta’ ħin u fil-wisa’ tal-medda ta’ frekwenzi tal-kejl. Fid-dominju tal-ħin, l-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu mkejla skont il-medja tal-porzjonijiet attivi tal-emissjonijiet tas-sinjal u jikkorrispondu għal funzjonalità unika tal-kontroll tal-potenza. Fid-dominju tal-frekwenzi, l-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu ddeterminati skont il-wisa’ tal-medda ta’ frekwenzi tal-kejl kif muri fit-Tabelli 2-8 ta’ hawn taħt (2). B’mod ġenerali, u sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-potenza tal-BEM jikkorrispondu għall-potenza aggregata rradjata mill-apparat rilevanti, inkluż l-antenni tat-trażmissjoni kollha, għajr fil-każ ta’ rekwiżiti tal-linja bażi u ta’ tranżizzjoni għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi, li jkunu speċifikati għal kull antenna.
Il-limitu tal-linja bażi addizzjonali għall-istazzjonijiet bażi b’AAS attivi huwa limitu tal-potenza ’l barra mill-blokka li jista’ jiġi applikat sabiex titnaqqas iż-żona neċessarja ta’ koordinazzjoni mal-istazzjonijiet tas-servizz tar-radjuastronomija (RAS) u jiġi protett l-RAS fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 690-2 700 MHz biswit xulxin f’żoni ġeografiċi speċifiċi.
Il-miżuri applikabbli fil-livell nazzjonali, bħal-limiti pfd, sabiex jiġu protetti t-tipi varji ta’ radars li joperaw ’il fuq minn 2 700 MHz, jibqgħu applikabbli, filwaqt li ta’ min jinnota li jista’ jkun iktar kumpless għall-operaturi li jikkonformaw mal-limitu pfd peress li s-sistemi tal-AAS attivi ma jistgħux jiġu mgħammra b’filtri esterni addizzjonali.
It-tagħmir li jopera f’din il-medda jista’ juża wkoll limiti tal-EIRP jew tat-TRP li jkunu differenti minn dawk stabbiliti hawn taħt, diment li jiġu applikati tekniki xierqa ta’ mitigazzjoni li jkunu konformi mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li minn tal-inqas joffru livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak ipprovdut bir-rekwiżiti essenzjali ta’ dik id-Direttiva.
Illustrazzjoni
Nota ta’ spjegazzjoni għall-Illustrazzjoni
Il-limitu tal-BEM applikabbli huwa dejjem dak li jkun immedjatament ’il fuq min-numru rispettiv (jiġifieri minn 1 sa 5).
Tabella 1
Definizzjoni tal-elementi BEM
Element BEM |
Definizzjoni |
Ġewwa l-blokka |
Tirreferi għal blokka li għaliha tiġi dderivata l-BEM. |
Linja bażi |
Spettru fil-medda ta’ 2 500-2 690 MHz li jintużaw għall-WBB ECS, bl-eċċezzjoni tal-blokka allokata lill-operatur u r-reġuni tranżizzjonali korrispondenti. |
Reġjun tranżizzjonali |
Spettru fil-medda ta’ 0 sa 5,0 MHz ’l isfel u ta’ 0 sa 5,0 MHz ’il fuq mill-blokka allokata lill-operatur. Ir-reġjuni tranżizzjonali ma japplikawx għall-blokok tat-TDD allokati lil operaturi oħra, sakemm in-netwerks ma jkunux sinkronizzati. Ir-reġjuni tranżizzjonali ma japplikawx taħt l-2 500 MHz jew ’il fuq minn 2 690 MHz. |
Linja bażi addizzjonali |
Spettru bejn 2 690 -2 700 MHz. |
Il-koeżistenza ta’ netwerks ġeografikament biswit xulxin li jużaw ukoll blokok ta’ frekwenzi biswit xulxin fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz jaf jeħtieġu miżuri speċifiċi biex jimmitigaw l-interferenza tar-radju. Tipikament, jenħtieġ li tiġi applikata separazzjoni tal-frekwenzi ta’ minn tal-inqas 5 MHz fil-każ ta’ żewġ netwerks tat-TDD mhux sinkronizzati li jkunu biswit xulxin, jew netwerk tat-TDD li jkun biswit netwerk tal-FDD. Tali separazzjoni jenħtieġ li tiġi implimentata jew billi blokka ta’ 5 MHz ma tintużax u titħalla bħala blokka ta’ protezzjoni, jew inkella billi tali blokka ta’ 5 MHz tintuża b’parametri BEM iktar restrittivi (blokka tal-ispettru ristretta). Kwalunkwe użu ta’ blokka ta’ protezzjoni ta’ 5 MHz ikun soġġett għal riskju akbar ta’ interferenza.
Sabiex tinkiseb koeżistenza ta’ netwerks tal-FDD u tat-TDD biswit xulxin, jenħtieġ li l-blokka tal-ispettru ristretta ta’ 2 570-2 575 MHz (għajr fl-operazzjoni tat-TDD għall-uplink biss f’din il-blokka) tiġi introdotta għall-konfigurazzjonijiet biswit xulxin kollha ta’ (i) FDD b’AAS attivi lejn TDD b’AAS mhux attivi, u (ii) FDD b’AAS mhux attivi lejn TDD b’AAS attivi. Barra minn hekk, il-blokka ta’ frekwenzi 2 615-2 620 MHz, li tkun immedjatament biswit id-downlink tal-FDD, jaf iġġarrab riskju akbar ta’ interferenza minħabba l-emissjonijiet mid-downlink tal-FDD.
Il-BEM għal blokk tal-ispettru, għajr blokk tal-ispettru ristrett, tinbena billi t-Tabelli 2, 3 u 4 jiġu kkombinati b’tali mod li l-limitu għal kull frekwenza jingħata mill-ogħla valur mil-linja bażi u l-limiti tal-potenza ġewwa l-blokka.
Il-BEM għal blokka tal-ispettru ristretta tinbena billi t-Tabelli 3 u 5 jiġu kkombinati b’tali mod li l-limitu għal kull frekwenza jingħata mill-ogħla valur mil-linja bażi u l-limiti tal-potenza ġewwa l-blokka.
Barra minn hekk, għall-istazzjonijiet bażi b’restrizzjonijiet fuq fejn titpoġġa l-antenna, jiġifieri meta l-antenni tal-istazzjon bażi jitpoġġew fuq ġewwa jew meta l-għoli tal-antenna jkun taħt ċertu għoli, Stat Membru jista’ juża limiti alternattivi tal-potenza tal-BEM fuq bażi nazzjonali. F’dawn il-każijiet, il-BEM għal blokka tal-ispettru ristretta għall-AAS mhux attivi tista’ tkun konformi mat-Tabella 6, diment li fil-fruntieri ġeografiċi ma’ Stati Membri oħra, tapplika t-Tabella 3, u t-Tabella 5 tibqa’ valida fil-pajjiż kollu. Għall-AAS attivi b’restrizzjonijiet fuq fejn titpoġġa l-antenna, jaf ikunu meħtieġa miżuri nazzjonali alternattivi meta mqabbla mat-Tabella 3 jew mat-Tabella 5 fuq bażi ta’ każ b’każ.
Tabella 2
Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi
Element BEM |
Limitu tal-EIRP għall-AAS mhux attivi |
Limitu tat-TRP għall-AAS attivi |
Ġewwa l-blokka |
Mhux obbligatorju. F’każ li jiġi stabbilit limitu superjuri minn Stat Membru, jista’ jiġi applikat valur ta’ 61 dBm/5 MHz u ta’ 68 dBm/5 MHz għal kull antenna. |
Mhux obbligatorju. F’każ li jiġi stabbilit limitu superjuri minn Stat Membru, jista’ jiġi applikat valur bejn 53 dBm/5 MHz u 60 dBm/5 MHz għal kull ċellola (*1). |
Tabella 3
Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu massimu tal-EIRP medja għall-AAS mhux attivi għal kull antenna |
Limitu massimu tat-TRP medja għall-AAS attivi għal kull ċellola (*2) |
Linja bażi |
Downlink tal-FDD; Il-blokok tat-TDD jiġu sinkronizzati mal-blokka tat-TDD li tkun qed tiġi kkunsidrata; Il-blokok tat-TDD jintużaw għad-downlink biss (*3); Medda ta’ 2 615-2 620 MHz. |
+ 4 dBm/MHz |
+ 5 dBm/MHz (*4) |
Frekwenzi fil-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz li mhumiex koperti bid-definizzjoni fir-ringiela ta’ hawn fuq. |
– 45 dBm/MHz |
– 52 dBm/MHz |
Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 3
Il-limiti tal-EIRP u tat-TRP jiġu integrati fuq wisa’ tal-banda ta’ 1 MHz.
Tabella 4
Il-limitu tal-potenza tar-reġjun tranżizzjonali għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu massimu tal-EIRP medja għall-AAS mhux attivi għal kull antenna |
Limitu massimu tat-TRP medja għall-AAS attivi għal kull ċellola (*5) |
Reġjun tranżizzjonali |
–5,0 sa 0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ isfel tal-blokka, jew 0 sa +5,0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ fuq tal-blokka |
+ 16 dBm/5 MHz (*6) |
+ 16 dBm/5 MHz (*6) |
Tabella 5
Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi għal blokka ristretta
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu tal-EIRP għall-AAS mhux attivi għal kull antenna |
Limitu tat-TRP għall-AAS attivi għal kull ċellola (*7) |
Ġewwa l-blokka |
Spettru tal-blokka ristretta |
+ 25 dBm/5 MHz |
+ 22 dBm/5 MHz (*8) |
Tabella 6
Il-limiti tal-potenza għal blokka ristretta għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi b’restrizzjonijiet addizzjonali fuq fejn titpoġġa l-antenna
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu massimu tal-EIRP medja |
Linja bażi |
Tarf ta’ isfel tal-medda ta’ 2 500 MHz sa –5,0 MHz ikkumpensat mit-tarf ta’ isfel tal-blokka, jew +5,0 MHz ikkumpensat mit-tarf ta’ fuq tal-blokka sat-tarf ta’ fuq tal-medda ta’ 2 690 MHz |
– 22 dBm/MHz |
Reġjun tranżizzjonali |
–5,0 sa 0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ isfel tal-blokka, jew 0 sa +5,0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ fuq tal-blokka |
– 6 dBm/5 MHz |
Tabella 7
Limitu tal-potenza tal-linja bażi addizzjonali għall-istazzjonijiet bażi tal-FDD b’AAS attivi fir-rigward tas-Servizz tar-Radjuastronomija
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Każ |
Limitu tal-potenza tat-TRP għal kull ċellola |
||||
Linja bażi addizzjonali |
2 690-2 700 MHz |
A |
+ 3 dBm/10 MHz |
||||
B |
Mhux applikabbli |
||||||
|
Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 7
Dawn il-limiti tal-potenza jistgħu jiġu applikati biex jitnaqqas id-daqs taż-żona ta’ koordinazzjoni mal-RAS f’żoni ġeografiċi speċifiċi. Skont id-daqs taż-żona ta’ koordinazzjoni meħtieġa biex jiġi protett l-istazzjon/jiġu protetti l-istazzjonijiet tal-RAS, tista’ tkun meħtieġa wkoll koordinazzjoni transfruntiera. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali fuq bażi nazzjonali sabiex jiġu protetti l-istazzjonijiet tal-RAS.
D. KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET TERMINALI
Tabella 8
Limiti tal-potenza ġewwa l-blokka għall-istazzjonijiet terminali
Element BEM |
Limitu massimu tal-EIRP medja (inkluż il-medda tal-Kontroll tal-Potenza tat-Trażmettitur Awtomatiku) |
Limitu massimu tat-TRP medja (inkluż il-medda tal-Kontroll tal-Potenza tat-Trażmettitur Awtomatiku) |
||
Ġewwa l-blokka |
+ 35 dBm/5 MHz |
+ 31 dBm/5 MHz |
||
|
(1) TRP hija unità ta’ kejl tal-potenza reali rradjata mill-antenna. EIRP u TRP huma ekwivalenti għall-antenni iżotropiċi.
(2) Il-wisa’ tal-banda tal-kejl reali tat-tagħmir tal-kejl, li jintuża għall-finijiet ta’ ttestjar tal-konformità, tista’ tkun iżgħar mill-wisa’ tal-banda tal-kejl ipprovduta f’dawk it-tabelli.
(3) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(*1) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.
(*2) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.
(*3) L-introduzzjoni ta’ AAS attivi b’FDD ma taffettwax il-kundizzjoni tal-użu għal downlink biss għall-AAS attivi/għall-AAS mhux attivi.
(*4) Meta jiġi applikat għall-protezzjoni tal-ispettru li jintuża għat-trażmissjonijiet downlink, dan il-limitu tal-linja bażi jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-emissjonijiet jiġu minn stazzjon bażi makro. Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-punti ta’ aċċess mingħajr fili ta’ portata limitata (ċelloli żgħar) jaf jitqiegħdu f’għoli iktar baxx u b’hekk eqreb għal stazzjonijiet terminali, li jista’ jirriżulta f’livelli ogħla ta’ interferenza jekk jintużaw il-limiti tal-potenza ta’ hawn fuq.
(*5) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.
(*6) Dan il-limitu huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-emissjonijiet jiġu minn stazzjon bażi makro. Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-punti ta’ aċċess mingħajr fili ta’ portata limitata (ċelloli żgħar) jaf jitqiegħdu f’għoli iktar baxx u b’hekk eqreb għal stazzjonijiet terminali, li jista’ jirriżulta f’livelli ogħla ta’ interferenza jekk jintuża dan il-limitu tal-potenza. Għal tali każijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu iktar baxx fuq livell nazzjonali.
(*7) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.
(*8) Għandu jiġi nnutat li f’xi xenarji ta’ tqegħid, dan il-limitu jaf ma jiggarantix operat tal-uplink mingħajr interferenzi fil-kanali biswit xulxin, għalkemm dan tipikament jiġi mitigat billi jkun hemm telf ta’ penetrazzjoni fil-binja u/jew differenza fl-għoli tal-antenni. Metodi oħra ta’ mitigazzjoni jistgħu jiġu applikati wkoll fuq livell nazzjonali.