This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0624
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/624 of 8 February 2019 concerning specific rules for the performance of official controls on the production of meat and for production and relaying areas of live bivalve molluscs in accordance with Regulation (EU) 2017/625 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta' Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta' Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/10
ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/12/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32019R0624R(01) | (NL, SK) | |||
Corrected by | 32019R0624R(02) | (FI) | |||
Corrected by | 32019R0624R(03) | (ET, LT) | |||
Corrected by | 32019R0624R(04) | (FI) | |||
Modified by | 32021R1422 | Sostituzzjoni | artikolu 6 paragrafu 1 | 21/09/2021 | |
Modified by | 32021R1422 | Sostituzzjoni | artikolu 6 paragrafu 3 | 21/09/2021 | |
Modified by | 32022R2258 | Sostituzzjoni | artikolu 1 punt (a) punt (v) | 08/12/2022 | |
Modified by | 32022R2258 | Sostituzzjoni | artikolu 11 | 08/12/2022 |
17.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/624
tat-8 ta' Frar 2019
rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jivverifika li kwistjonijiet bħas-sikurezza tal-ikel jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni. B'mod partikolari, dan jipprevedi kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba biex jiġu kkonsmati mill-bnedmin sabiex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 (5). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 bħalissa jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba biex jiġu kkonsmati mill-bnedmin sabiex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 1069/2009. Dan jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jingħataw ċerti derogi minn dawk ir-rekwiżiti. |
(3) |
Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw kontinwazzjoni tar-rekwiżiti li bħalissa huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004, filwaqt li jqisu l-esperjenza miksuba mid-data tal-adozzjoni tal-att, kif ukoll evidenza xjentifika ġdida u regoli nazzjonali mgħarrfa biex jiġi żgurat l-użu kontinwu ta' metodi tradizzjonali fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni tal-ikel, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li jiġu adottati atti delegati, filwaqt li jistabbilixxi l-kriterji u l-kundizzjonijiet għal derogi minn ċerti rekwiżiti ta' dak ir-Regolament, biex l-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem ikunu jkunu jistgħu jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, minflok ma jitwettqu jew jiġu ssorveljati mill-veterinarju uffiċjali. Dawn l-atti delegati jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jitwettqu l-kontrolli uffiċjali mill-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti f'impjanti tat-tqattigħ. |
(5) |
L-ispezzjoni ante-mortem hija essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali u għalhekk tibqa' r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. Madankollu, ċerti kompiti ta' rutina fl-ispezzjoni ante-mortem fil-biċċeriji jistgħu jitwettqu mill-awżiljarju uffiċjali mingħajr ma tiġi kompromessa l-kisba tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2017/625, sakemm ikunu konformi ma' ċerti kriterji u kundizzjonijiet. |
(6) |
B'mod partikolari, jekk l-ispezzjoni ante-mortem tkun twettqet mill-veterinarju uffiċjali fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali, jenħtieġ li tingħata iżjed flessibbiltà lill-ispezzjoni ante-mortem mal-wasla fil-biċċerija li tista' titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. Madankollu, meta ma tkun seħħet l-ebda spezzjoni ante-mortem fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali, id-delega tal-kompiti jenħtieġ li tkun permessa biss jekk l-ispezzjonijiet ikunu ssorveljati mill-veterinarju uffiċjali, soġġetti għal ċerti kriterji u kundizzjonijiet għal speċijiet li mhumiex pollam u lagomorfi. |
(7) |
F'każ ta' tbiċċir b'emerġenza, l-ispezzjoni ante-mortem ma tistax titwettaq fil-biċċerija. Sabiex jiġi evitat li l-annimal isofri mingħajr ma jkun neċessarju billi jintbagħat f'biċċerija, u biex it-telf ekonomiku jiġi limitat għall-operaturi u jitnaqqas l-iskart tal-ikel, il-kriterji u l-kundizzjonijiet jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jippermettu li l-ispezzjoni ante-mortem titwettaq barra mill-biċċerija f'każ ta' tbiċċir b'emerġenza. L-annimali soġġetti għal tbiċċir b'emerġenza xorta jistgħu jkunu eliġbbli għall-konsum mill-bniedem soġġetti għal spezzjoni tal-laħam favorevoli. Dawn l-ispezzjonijiet jenħtieġ li jipprovdu garanziji massimi tal-idoneità għall-konsum meta jħallu t-tbiċċir b'emerġenza barra mill-biċċerija. |
(8) |
Jista' jkun iżjed effiċjenti li nevalwaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimal billi jitwettqu spezzjonijiet ante-mortem fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali minflok fil-biċċerija. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-derogi mill-ispezzjonijiet ante-mortem fil-biċċerija jitħallew fl-ispeċijiet kollha, soġġetti għal ċerti kriterji. |
(9) |
Filwaqt li l-ispezzjonijiet post-mortem u l-attivitajiet ta' awditjar huma essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali, u għalhekk jenħtieġ li jibqgħu r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, ċerti kompiti jistgħu jitwettqu mill-awżiljarju uffiċjali, sakemm jiġu ssodisfati biżżejjed garanziji għal dawn l-objettivi u jekk ikun hemm konformità ma' ċerti kriterji u kundizzjonijiet. Dawn il-kriterji u l-kundizzjonijiet jentħieġ li jippermettu, b'mod partikolari, il-kontinwazzjoni ta' prattiki attwali fil-każ ta' tbiċċir mhux kontinwu f'biċċeriji b'kapaċità baxxa u fi stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa b'kapaċità baxxa. |
(10) |
Ċerti kriterji u kundizzjonijiet iridu jiġu ddefiniti biex ikun hemm deroga mir-rekwiżiti bażiċi għall-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem f'biċċeriji u stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa. Limitu tal-produzzjoni huwa kriterju mhux diskriminatorju, li jiffoka fuq l-iżgħar stabbilimenti b'konformità mal-Artikolu 16(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. Billi l-istruttura ta' dawn l-istabbilimenti tvarja bejn l-Istati Membri, dan il-limitu jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għadd ta' annimali mbiċċra jew ipproċessati jew fuq id-dimostrazzjoni li dan il-limitu jirrappreżenta perċentwal limitat u fiss tal-laħam imqiegħed fis-suq. Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiddefinixxi l-unitajiet tal-bhejjem u jistabbilixxi rati ta' konverżjoni biex jiġi espress l-għadd ta' annimali ta' ċertu speċijiet f'tali unitajiet tal-bhejjem. Dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jintużaw biex jiġu ssettjati limiti u jiġu armonizzati derogi minn ċerti rekwiżiti bbażati fuq id-daqs ta' biċċerija. |
(11) |
Ċerti kompiti f'impjanti tat-tqattigħ jistgħu jitwettqu minn persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr ma jfixklu l-objettivi li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali jekk ikunu konformi ma' ċerti kriterji u kundizzjonijiet. |
(12) |
Il-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-molluski bivalvi huma neċessarji biex tiġi żgurata l-konformità mal-kriterji u l-miri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. B'konformità mal-Parti A tal-Kapitolu II tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-ħsad ta' molluski bivalvi ħajjin irid isir minn żoni ta' produzzjoni kklassifikati mill-awtoritajiet kompetenti u li minnhom jiġi awtorizzat il-ħsad. Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi l-adozzjoni ta' atti delegati, u jistabbilixxi l-kriterji u l-kundizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'rabta mal-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea, meta ma hemmx bżonn li jiġu kklassifikati ż-żoni ta' produzzjoni u fejn dawn jinżammu. |
(13) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll il-post fejn iridu jitwettqu l-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni ta' dawn il-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi. |
(14) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jiġu stabbiliti derogi speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fir-rigward tar-Rangifer tarandus tarandus (ir-renna), il-Lagopus lagopus u l-Lagopus mutus (il-faġan) sabiex titħalla l-kontinwazzjoni ta' prattiki u drawwiet lokali u tradizzjonali li ilhom għaddejjin għal ħafna żmien. |
(15) |
B'konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-Istati Membri tħallew jadottaw miżuri nazzjonali biex jippermettu l-użu kontinwu ta' metodi tradizzjonali jew biex jakkomodaw il-bżonnijiet tan-negozju tal-ikel bi throughput baxx jew li jinsabu f'reġjuni li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ġeografiċi speċjali. Fuq din il-bażi, l-Iżvezja u l-Finlandja għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'miżuri nazzjonali b'derogi speċifiċi minn ċerti rekwiżiti għal kontrolli uffiċjali fuq il-laħam tar-renni u l-laħam tal-faġani. Billi r-Regolament (UE) 2017/625 ma għadux jippermetti adattament bħal dan minn miżuri nazzjonali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti derogi f'dan ir-Regolament għal kontrolli uffiċjali li jkopru r-renni u l-faġani sabiex ikunu jistgħu jissoktaw il-prattiki u d-drawwiet lokali u tradizzjonali li ilhom għaddejjin għal ħafna żmien u li ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(16) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi rekwiżiti minimi speċifiċi għall-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti u għall-veterinarji uffiċjali u għall-awżiljarji uffiċjali involuti fil-kontrolli uffiċjali u ċerti attivitajiet uffiċjali oħra. Dan jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti minimi tat-taħriġ għall-persunal tal-biċċerija involut fil-kontrolli uffiċjali u ċerti attivitajiet ta' kontroll oħra. |
(17) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rewkiżiti minimi speċifiċi għall-veterinarji uffiċjali, għall-awżiljarji uffiċjali u persunal ieħor maħtur mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinżamm livell għoli u adegwat tal-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom u għalhekk jiġi żgurat livelli għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, tas-saħħa tal-annimali u tat-trattament xieraq tal-annimali. Dawn jenħtieġ li jinkludu rekwiżiti minimi tat-taħriġ speċifiċi. Jenħtieġ li tiġi pprovduta biżżejjed flessibbiltà biex ir-rekwiżit jiġi adattat għall-kompiti li se jitwettqu b'kunsiderazzjoni tal-esperjenza tax-xogħol. |
(18) |
Sabiex jinżamm livell għoli u adegwat tal-prestazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti minimi tat-taħriġ xierqa għall-persunal tal-biċċerija li jassisti fit-twettiq ta' kompiti relatati mal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet ta' kontroll oħra stabbiliti fir-Regolament. |
(19) |
Billi r-Regolament (UE) 2017/625 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi li jikkonċernaw it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 mwettqa fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali.
Dawk ir-regoli speċifiċi jkopru:
(a) |
il-kriterji u l-kundizzjonijiet biex jiġi determinat
|
(b) |
l-istabbiliment ta' derogi speċifiċi fir-rigward tar-Rangifer tarandus tarandus, il-Lagopus lagopus u l-Lagopus mutus sabiex ikunu jistgħu jissoktaw id-drawwiet u l-prattiki lokali u tradizzjonali li ilhom għaddejjin għal ħafna żmien; |
(c) |
l-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi speċifiċi, inklużi rekwiżiti tat-taħriġ għall-veterinarju uffiċjali, l-awżiljarju uffiċjali u l-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti, biex jiġi żgurat it-twettiq adegwat tal-kompiti deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(d) |
l-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi tat-taħriġ xierqa għall-persunal tal-biċċerija li jassisti fit-twettiq tal-kompiti deskritti fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“biċċerija” tfisser biċċerija kif definita fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(2) |
“azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali” tfisser l-azjenda fejn l-aħħar li ġew imrobbija l-annimali. Fil-każ ta' ċriev semidomestikati kif definiti fil-punt 2(q) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), din tinkludi raggruppamenti maħsuba biex jintgħażlu l-annimali għat-tbiċċir; |
(3) |
“żona ta' produzzjoni” tfisser żona ta' produzzjoni kif iddefinita fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(4) |
“żona fejn jinżammu l-molluski” tfisser arja ta' ripożizzjoni kif iddefinita fil-paragrafu 2.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(5) |
“persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti” tfisser persuna minbarra l-awżiljarju uffiċjali u l-veterinarju uffiċjali, li hi kkwalifikata skont dan ir-Regolament biex taġixxi f'tali kariga f'impjanti tat-tqattigħ u li l-awtoritajiet kompetenti jassenjawlha t-twettiq ta' azzjonijiet speċifiċi; |
(6) |
“analiżi tar-riskju” tfisser analiżi tar-riskju kif iddefinita fl-Artikolu 3(10) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
(7) |
“impjant tat-tqattigħ” tfisser impjant tat-tqattigħ kif iddefinit fil-punt 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(8) |
“pollam” tfisser pollam kif iddefinit fil-punt 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(9) |
“lagomorfi” tfisser lagomorfi kif iddefiniti fil-punt 1.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(10) |
“operatur ta' negozju tal-ikel” tfisser operatur ta' negozju tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(11) |
“ungulati domestiċi” tfisser ungulati domestiċi kif iddefiniti fil-punt 1.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(12) |
“laħam” tfisser laħam kif iddefinit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(13) |
“kaċċa mrobbija” tfisser kaċċa mrobbija kif iddefinita fil-punt 1.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(14) |
“konsumatur finali” tfisser konsumatur finali kif iddefinit fl-Artikolu 3(18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(15) |
“bejjiegħ bl-imnut” tfisser bejjiegħ bl-imnut kif iddefinit fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(16) |
“stabbiliment” tfisser stabbiliment kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
(17) |
“Biċċerija b'kapaċità baxxa” tfisser biċċerija identifikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju u li fiha jsir it-tbiċċir biss matul parti mill-ġurnata tax-xogħol jew isir matul il-ġurnata tax-xogħol kollha iżda mhux f'kull ġurnata fil-ġimgħa tax-xogħol; |
(18) |
“Biċċerija li tipproċessa l-kaċċa b'kapaċità baxxa” tfisser stabbiliment li jimmaniġġja l-annimali tal-kaċċa identifikat mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju u li fih l-immaniġġjar tal-annimali tal-kaċċa jsir biss matul parti mill-ġurnata tax-xogħol jew isir matul il-ġurnata tax-xogħol kollha iżda mhux f'kull ġurnata tax-xogħol tal-ġimgħa; |
(19) |
“unità ta' bhejjem” tfisser unità ta' bhejjem kif iddefinita fl-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009; |
(20) |
“kaċċa salvaġġa żgħira” tfisser kaċċa salvaġġa żgħira kif iddefinita fil-punt 1.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(21) |
“stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa kif iddefinit fil-punt 1.18 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(22) |
“ċentru ta' spedizzjoni” tfisser ċentru ta' spedizzjoni kif iddefinit fil-punt 2.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(23) |
“molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif iddefiniti fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(24) |
“ipproċessar” tfisser ipproċessar kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
(25) |
“interjuri” tfisser interjuri kif iddefinit fil-punt 1.12 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(26) |
“produzzjoni primarja” tfisser produzzjoni primarja kif iddefinita fl-Artikolu 3(17) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(27) |
“azjenda ta' produzzjoni tal-ħalib” tfisser azjenda ta' produzzjoni tal-ħalib kif iddefinit fil-punt 4.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
Artikolu 3
Il-kriterji l-kundizzjonijiet li jistabbilixxu meta l-ispezzjonijiet ante-mortem f'ċerti biċċeriji jistgħu jitwettqu minn awżiljarju uffiċjali
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-ispezzjonijiet ante-mortem jistgħu jitwettqu biss minn awżiljarju uffiċjali taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali fuq speċijiet minbarra l-pollam u l-lagomorfi, sakemm il-proċeduri applikati fil-biċċerija jikkonformaw mal-kriterji u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-kompiti fi ħdan l-ispezzjonijiet ante-mortem huma ta' natura purament prattika u jikkonċernaw biss waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
il-veterinarju uffiċjali jiġi infurmat immedjatament mill-awżiljarju uffiċjali li qed iwettaq l-ispezzjoni meta anormalitajiet possibbli jiġu osservati jew issuspettati u mbagħad il-veterinarju uffiċjali jwettaq l-ispezzjoni ante-mortem fuq il-post; u |
(c) |
il-veterinarju uffiċjali regolarment jivverifika li l-awżiljarju uffiċjali qed iwettaq il-kompiti tiegħu/tagħha kif suppost. |
2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-ispezzjonijiet ante-mortem jistgħu jitwettqu biss minn awżiljarju uffiċjali f'biċċerija taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali, sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
diġà twettqet spezzjoni ante-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali b'konformità mal-Artikolu 5; |
(b) |
il-veterinarju uffiċjali jiġi infurmat immedjatament mill-awżiljarju uffiċjali li qed iwettaq l-ispezzjoni meta anormalitajiet possibbli jiġu osservati jew issuspettati u mbagħad il-veterinarju uffiċjali jwettaq l-ispezzjoni ante-mortem fuq il-post; u |
(c) |
il-veterinarju uffiċjali regolarment jivverifika li l-awżiljarju uffiċjali qed iwettaq il-kompiti tiegħu/tagħha kif suppost. |
3. Id-derogi fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw:
(a) |
għal annimali li jsirilhom qtil b'emerġenza kif imsemmi fil-Kapitolu VI tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(b) |
għal annimali suspettati li għandhom marda jew kundizzjoni li tista' taffettwa b'mod avvers is-saħħa tal-bniedem; |
(c) |
għal annimali bovini minn merħliet li ma ġewx iddikjarati uffiċjalment li huma ħielsa mit-tuberkulożi jew l-istatus uffiċjalment liberu li ġie sospiż; |
(d) |
għal annimali bovini minn merħliet u għal annimali ovini u kaprini minn azjendi li ma ġewx iddikjarati uffiċjalment li huma ħielsa mill-bruċellożi jew l-istatus uffiċjalment liberu li ġie sospiż; |
(e) |
f'każ ta' tifqigħa ta' mard tal-annimali f'annimali li ġejjin minn reġjun kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (9), li fih jiġu applikati restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; |
(f) |
għal annimali soġġetti għal kontrolli aktar stretti minħabba t-teħid ta' mard emerġenti jew mard partikolari mniżżel mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. |
Artikolu 4
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet li jistabbilixxu meta jistgħu jitwettqu spezzjonijiet ante-mortem barra mill-biċċerija f'każ ta' tbiċċir b'emerġenza
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-veterinarju uffiċjali jista' jwettaq spezzjonijiet ante-mortem barra mill-biċċerija fil-każ ta' tbiċċir b'emerġenza, fil-każ ta' ungulati domestiċi biss u soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti għall-qtil b'emerġenza stabbiliti fil-punti (1), (2) u (6) tal-Kapitolu VI tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Se jinħareġ mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (10) għal annimali lesti għat-tbiċċir. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jakkumpanja lill-annimali sal-biċċerija jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format. Kwalunkwe osservazzjoni rilevanti għal spezzjoni tal-laħam sussegwenti għandha tiġi rrekordjata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa.
Artikolu 5
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu meta jistgħu jitwettqu spezzjonijiet ante-mortem fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-ispezzjonijiet ante-mortem fuq annimali maħsuba għat-tibiċċir jitwettqu fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali b'konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 6.
2. Għandhom jiġu applikati l-kriterji u l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-ispeċijiet kollha:
(a) |
il-verifiki tar-rekords jew id-dokumentazzjoni fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali, inkluż il-verifika tal-informazzjoni tal-katina alimentari, għandhom jitwettqu; |
(b) |
l-eżaminazzjoni individwali tal-annimali għandha tiġi ffaċilitata mill-operatur tan-negozju tal-ikel jekk meħtieġ; |
(c) |
l-ispezzjonijiet ante-mortem fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali għandhom jinkludu eżaminazzjoni fiżika tal-annimali biex jiġi determinat jekk:
|
(d) |
il-verifiki u l-ispezzjoni ante-mortem fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali msemmija f'(a), (b) u (c) għandhom jitwettqu minn veterinarju uffiċjali; |
(e) |
l-annimali li jinsabu f'kundizzjoni li jitbiċċru għandhom jiġu identifikati u sseparati b'mod xieraq minn annimali oħra u jintbagħtu fil-biċċerija direttament mill-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali; |
(f) |
se jinħareġ ċertifikat tas-saħħa kif stabbilit f'Parti I tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628 għall-annimali lesti għat-tbiċċir. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jakkumpanja lill-annimali sal-biċċerija jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format. Kwalunkwe osservazzjoni rilevanti għal spezzjoni tal-laħam sussegwenti għandha tiġi rrekordjata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. |
3. Fil-biċċerija l-verifiki addizzjonali li ġejjin għandhom jitwettqu b'konformità mal-Artikolu 18(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament:
(a) |
verifika regolari tal-obbligu tal-operaturi ta' negozju tal-ikel li jiżguraw li l-annimali jiġu identifikati kif xieraq; |
(b) |
verifika regolari li r-regoli tat-trattament xieraq tal-annimali ġew osservati waqt it-trasport u mal-wasla fil-biċċerija u jekk hemmx sinjali ta' kwalunkwe kundizzjoni li tista' taffettwa b'mod avvers is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. |
4. F'każ li l-annimali ma jiġux imbiċċra fi żmien tlett ijiem, jew 28 ġurnata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(5), mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 2(f):
(a) |
meta l-annimali ma jkunux intbagħtu mill-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali għall-biċċerija, għandha titwettaq spezzjoni ante-mortem addizzjonali u għandu jinħareġ ċertifikat tas-saħħa ġdid; |
(b) |
meta l-annimali jkunu diġà jinsabu fi triqthom lejn jew huma fil-biċċerija, it-tbiċċir jista' jiġi awtorizzat ladarba r-raġuni għad-dewmien tkun ġiet ivvalutata, sakemm l-annimali ssirilhom spezzjoni ante-mortem addizzjonali b'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (11). |
Artikolu 6
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet speċifiċi li jistabbilixxu meta jistgħu jitwettqu spezzjonijiet ante-mortem fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-kriterji u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu fil-każijiet rilevanti ta' pollam u kaċċa mrobbija.
2. Fil-każ ta' pollam imrobbi għall-produzzjoni tal-“foie gras” u ta' pollam bl-interjuri mneħħija mdewma u mbiċċra fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali, iċ-ċertifikat ippreparat b'konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628, għandu jakkumpanja l-karkassi bl-interjuri mhux imneħħija lejn il-biċċerija jew l-impjant tat-tqattigħ jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format, minflok iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 2(f) tal-Artikolu 5.
3. Fil-każ tal-kaċċa mrobbija mbiċċra fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali b'konformità mal-punt 3 tat-Taqsima III tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, iċ-ċertifikat ippreparat b'konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti III tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628 għandu jakkumpanja l-annimali lejn il-biċċerija jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format, minflok iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 2(f) tal-Artikolu 5.
4. Fil-każ ta' kaċċa mrobbija mbiċċra fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali b'konformità mal-punt 3(a) tat-Taqsima III tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004:
(a) |
ċertifikat ippreparat b'konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti IV tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628 għandu jakkumpanja l-annimali lejn il-biċċerija jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format, minflok iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 2(f) tal-Artikolu 5; |
(b) |
il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika b'mod regolari li dawk li jwettqu t-tbiċċir u l-iżvinar jwettqu l-kompiti tagħhom kif suppost. |
5. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(4), l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tbiċċir ta' kaċċa mrobbija sa 28 jum mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5(2)(f) jekk:
(a) |
kwantitajiet żgħar biss tal-laħam tal-kaċċa mrobbija jiġu fornuti direttament mill-produttur lill-konsumatur finali jew lil stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut lokali li jfornu direttament lill-konsumatur finali; u |
(b) |
mhux aktar minn 50 annimal imbiċċer kull sena u f'kull azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali. |
Artikolu 7
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' spezzjonijiet post-mortem taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625
(1) L-ispezzjonijiet post-mortem imsemmija fl-Artikolu 18(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistgħu jitwettqu minn awżiljarju uffiċjali taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, soġġett għall-konformità mal-Kapitolu II tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, meta jiġu ssodisfati l-kriterji u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
it-tbiċċir jew l-attivitajiet ta' pproċessar tal-kaċċa jitwettqu f'biċċerija b'kapaċità baxxa jew fi stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa li jbiċċer jew jipproċessa:
|
(b) |
l-awtorità kompetenti tista' żżid il-limiti stabbiliti fil-punt (a) biex tiżgura li d-deroga tiġi applikata fl-iżgħar biċċeriji u stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa li jikkonformaw mad-definizzjoni ta' biċċerija b'kapaċità baxxa jew stabbiliment li jipproċessa l-kaxxa u sakemm il-produzzjoni annwali kkombinata ta' dawn l-istabbilimenti ma taqbiżx il-5 % tal-ammont totali ta' laħam frisk prodott fi Stat Membru:
f'każ bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu din id-deroga u l-evidenza li tappoġġjaha b'konformità mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); |
(c) |
l-istabbiliment ikkonċernat għandu biżżejjed faċilitajiet biex jaħżen laħam b'anormalitajiet xi mkien separat minn laħam ieħor sakemm il-veterinarju uffiċjali jkun jista' jispezzjona l-laħam b'anormalitajiet fuq il-post; |
(d) |
il-veterinarju uffiċjali jkun preżenti fl-istabbiliment mill-inqas darba kuljum, inkluż b'mod regolari matul l-attivitajiet ta' tbiċċir; |
(e) |
l-awtorità kompetenti poġġiet fis-seħħ proċedura biex tivvaluta fuq bażi regolari l-prestazzjoni ta' awżiljarji uffiċjali f'dawn l-istabbilimenti, inklużi:
|
(f) |
twettqet analiżi tar-riskju mill-awtorità kompetenti, li kkunsidrat mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(2) Għall-iskop tal-punt (a) (i) tal-paragrafu 1, għandhom jintużaw ir-rati ta' konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009. Madankollu, f'każ ta' annimali ovini u kaprini u Cervidae żgħar (< 100 kg piż ħajja) għandha tintuża rata ta' konverżjoni ta' 0,05 unità ta' bhejjem, u f'każ ta' kaċċa kbira għandha tintuża rata ta' konverżjoni ta' 0,2 unità ta' bhejjem.
Artikolu 8
It-twettiq ta' spezzjonijiet post-mortem mill-veterinarju uffiċjali
L-ispezzjoni post-mortem għandha ssir mill-veterinarju uffiċjali fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
l-annimali li jsirilhom qtil b'emerġenza kif imsemmi fil-Kapitolu VI tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(b) |
l-annimali suspettati li għandhom marda jew kundizzjoni li tista' taffettwa b'mod avvers is-saħħa tal-bniedem; |
(c) |
l-annimali bovini minn merħliet li ma ġewx iddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi; |
(d) |
l-annimali bovini, ovini u kaprini minn merħliet li ma ġewx iddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi; |
(e) |
it-tifqigħat ta' mard tal-annimali li għalih hemm stabbiliti regoli dwar is-saħħa tal-annimali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Din tikkonċerna annimali suxxettibbli għall-marda partikolari li jiġu mir-reġjun partikolari kif definit fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva 64/432/KEE; |
(f) |
meta jkunu meħtieġa kontrolli aktar stretti biex jikkunsidraw mard emerġenti jew mard partikolari mniżżel mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali; |
(g) |
f'każ ta' deroga dwar il-ħin tal-ispezzjoni post-mortem b'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/627. |
Artikolu 9
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-attivitajiet ta' awditjar fil-biċċeriji u fl-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa
L-attivitajiet tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 18(2)(d)(iii) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistgħu jitwettqu f'biċċeriji jew fi stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa minn awżiljarji uffiċjali taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali biss fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni dwar il-prattiki ta' iġjene tajba u proċeduri bbażati fuq l-HACCP, u soġġetti għall-konformità mal-Kapitolu II tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali inklużi attivitajiet ta' awditjar fl-impjanti tat-tqattigħ
Il-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18(2)(d), inklużi attivitajiet ta' awditjar, f'impjanti tat-tqattigħ jistgħu jitwettqu wkoll minn persunal ieħor maħtur mill-awtoritajiet kompetenti, permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/625, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiċċekkjaw ix-xogħol ta' tali persunal regolarment. It-twettiq ta' dawn l-attivitajiet hu soġġett għall-konformità mal-Kapitolu III tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Il-kontrolli uffiċjali fuq il-Pectinidae u l-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea, li mhumiex organiżmi filtraturi, li jinħasdu minn żoni tal-produzzjoni li mhumiex ikklassifikati b'konformità mal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-klassifikazzjoni taż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski mhix meħtieġa b'rabta mal-ħsad tal-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea, li mhumiex organiżmi filtraturi, meta l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali fuq tali annimali fi rkanti tal-ħut, ċentri ta' spedizzjoni u stabbilimenti tal-ipproċessar.
Tali kontrolli uffiċjali għandhom jivverifikaw il-konformità ma':
(a) |
l-istandards tas-saħħa għal molluski bivalvi ħajjin stabbiliti fil-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(b) |
ir-rekwiżiti speċifiċi għall-Pectinidae u l-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi, li jinħasdu barra miż-żoni ta' produzzjoni kklassifikati, stabbiliti fil-Kapitolu IX ta' dik it-Taqsima. |
Artikolu 12
Derogi speċifiċi fir-rigward tar-Rangifer tarandus tarandus, il-Lagopus lagopus u l-Lagopus mutus, kif previst fl-Artikolu 18(7)(h) tar-Regolament (UE) 2017/625
1. B'konformità mal-Artikolu 18(7)(h) tar-Regolament (UE) 2017/625, id-derogi speċifiċi li ġejjin mir-rekwiżiti ta' kontroll uffiċjali għar-Rangifer tarandus tarandus (ir-renna) li huma stabbiliti fl-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament jistgħu jingħataw mill-Iżvezja u l-Finlandja fir-rigward taż-żoni ta' dawk l-Istati Membri mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament mingħajr ma tiġi affettwata l-kisba tal-objettivi ta' dak ir-Regolament:
(a) |
permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-kontrolli uffiċjali ma għandhomx ikunu meħtieġa fuq laħam idderivat mir-Rangifer tarandus tarandus, fejn ikun fornut direttament mill-produttur f'ammonti żgħar lill-konsumatur finali jew lil stabbilimenti tal-bejgħ lokali li jfornu direttament lill-konsumatur finali; |
(b) |
permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, spezzjoni ante-mortem mhix mandatorja għal renni li jgħixu barra mbiċċra individwalment bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru; |
(c) |
permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(2)(c) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-persunal tal-biċċerija li rċieva taħriġ xieraq għal dan il-kompitu b'konformità mal-Artikolu 14 jista' jispezzjona:
|
2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-kontrolli uffiċjali ma għandhomx ikunu meħtieġa fuq laħam idderivat mil-Lagopus lagopus u l-Lagopus mutus (il-faġani), fejn jinqatlu permezz ta' nases fil-kontej Żvediżi ta' Norrbotten, Västerbotten u Jämtland u l-muniċipalità Żvediża ta' Älvdalen fil-kontea ta' Dalarna matul l-istaġun tal-kaċċa tax-xitwa.
Artikolu 13
Rekwiżiti minimi speċifiċi għall-veterinarju uffiċjali, l-awżiljarju uffiċjali u l-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti
1. Veterinarji uffiċjali li jwettqu l-kompiti previsti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi minimi stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Permezz ta' deroga mir-regoli stabbiliti fil-punti 1 sa 6 tal-Kapitolu I tal-Anness II, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi għal:
(a) |
veterinarji uffiċjali li jaħdmu fuq bażi part-time li huma responsabbli għall-ispezzjoni ta' negozji żgħar jew li jwettqu biss kontrolli uffiċjali fil-produzzjoni primarja, b'mod partikolari f'azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib u spezzjonijiet ante-mortem barra mill-biċċeriji; u |
(b) |
studenti veterinarji li għaddew minn eżami fuq is-suġġetti msemmija fil-punt 3 tal-Kapitolu I tal-Anness II u li qed jaħdmu temporanjament f'biċċerija fil-preżenza ta' veterinarju uffiċjali. |
2. Veterinarji li jkunu diġà nħatru bħala veterinarji uffiċjali qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom għarfien adegwat tas-suġġetti msemmija fil-punt 3 tal-Kapitolu I tal-Anness II ta' dan ir-Regolament. Fejn neċessarju, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tali għarfien jinkiseb permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ kontinwu.
3. L-awżiljarji uffiċjali li jwettqu l-kompiti previsti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi minimi stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
4. Il-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti li jwettaq il-kompiti previsti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625 għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi minimi stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Rekwiżiti minimi tat-taħriġ għall-persunal tal-biċċerija
Il-persunal tal-biċċerija li jassisti fit-twettiq ta' kompiti relatati ma' kontrolli uffiċjali u attivitàjiet ta' kontroll oħra b'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandu jiġi mħarreġ għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. Għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti minimi tat-taħriġ stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness II ta' dan ir-Regolament sal-punt rilevanti għall-kompiti tal-assistenza tagħhom.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta' April 2019 li jikkonċerna mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati (ara l-paġna 101 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem b'konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ara l-paġna 51 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(12) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-9 ta' Settembru 2015 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
ANNESS I
DEROGI SPEĊIFIĊI GĦALL-ISPEZZJONI TAL-LAĦAM LI JORIĠINA MIR-RENNI (IR-RANGIFER TARANDUS TARANDUS)
Id-derogi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 12(1) għandhom japplikaw biss fiż-żoni li ġejjin:
(a) |
Fl-Iżvezja:
|
(b) |
Fil-Finlandja, kif ġew permessi fil-31 ta' Diċembru 2014:
|
ANNESS II
REKWIŻITI MINIMI SPEĊIFIĊI GĦALL-VETERINARJU UFFIĊJALI, L-AWŻILJARJU UFFIĊJALI U L-PERSUNAL MAĦTUR MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
KAPITOLU I
VETERINARJI UFFIĊJALI
1. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru biss bħala veterinarju uffiċjali veterinarji li għaddew minn test li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3. |
2. |
L-awtoritajiet kompetenti jridu jagħmlu l-arranġamenti għat-test għall-kandidati li japplikaw biex jinħatru bħala veterinarju uffiċjali. |
3. |
It-test irid juri li l-kandidati għandhom għarfien tas-suġġetti li ġejjin, immirati speċifikament għall-kompiti tal-veterinarju uffiċjali u sal-punt neċessarju skont l-isfond u l-kwalifiki tal-veterinarju filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' testijiet fuq l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa għal kirurgu veterinarju skont l-Artikolu 38(3) tad-Direttiva 2005/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-kandidati jistgħu jiksbu l-għarfien meħtieġ bħala parti mit-taħriġ bażiku tagħhom għall-veterinarji, jew permezz ta' taħriġ li jagħmlu jew esperjenza professjonali li jiksbu wara li jikkwalifikaw bħala veterinarji. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li kandidat kiseb l-għarfien kollu meħtieġ bħala parti minn lawrja tal-università, jew permezz tat-tkomplija tal-edukazzjoni li twassal għal kwalifika postgradwatorja, esperjenza professjonali jew kwalifiki oħra, dawn għandhom jirrinunzjaw il-ħtieġa li jsir test. Jekk il-kandidat ikun kiseb parzjalment l-għarfien meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-arranġamenti għal testijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punt 2 li jikkunsidraw l-isfond tal-kandidati. |
4. |
Il-veterinarju uffiċjali jrid ikollu l-kapaċità għal kooperazzjoni multidixxiplinarja. |
5. |
Kull veterinarju uffiċjali jrid jgħaddi minn taħriġ prattiku għal perjodu ta' probazzjoni ta' mill-inqas 200 siegħa qabel ma jibda jaħdem b'mod indipendenti. Taħriġ rilevanti waqt l-istudji veterinarji jista' jiġi inkluż fil-perjodu ta' probazzjoni. Matul dan il-perjodu, il-perjodu taħt probazzjoni jrid jaħdem taħt is-superviżjoni ta' veterinarji uffiċjali eżistenti fil-biċċeriji, fl-impjanti tat-tqattigħ u fl-azjendi. It-taħriġ irid jikkonċerna l-awditjar tal-Prattiki ta' Iġjene Tajba u l-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, b'mod partikolari. |
6. |
Il-veterinarju uffiċjali jrid iżomm ruħu aġġornat u jibqa' infurmat dwar żviluppi ġodda permezz ta' attivitajiet regolari ta' tkomplija tal-edukazzjoni u ta' pubblikazzjonijiet professjonali fl-oqsma msemmija fil-punt 3. Meta jkun possibbli, il-veterinarju uffiċjali jrid iwettaq attivitajiet ta' tkomplija tal-edukazzjoni kull sena. |
7. |
Ir-rikonoxximent reċiproku tat-testijiet għall-veterinarji uffiċjali bejn l-Istati Membri jenħtieġ li japplika, meta l-professjonisti jaqbżu l-fruntieri jew ikunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor. F'każ bħal dan it-testijiet jenħtieġ li jiġu llimitati għal suġġetti essenzjali għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u s-saħħa tal-annimali fl-Istati Membri tal-impjieg, iżda mhux koperti mit-testijiet fl-Istat Membru tal-oriġini. |
KAPITOLU II
AWŻILJARJU UFFIĊJALI
1. |
Il-persuni li ġew imħarrġa u għaddew minn test b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 biss jistgħu jwettqu l-kompiti ta' awżiljarju uffiċjali. |
2. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-arranġamenti għat-testijiet imsemmija fil-punt 1. Sabiex ikunu eliġibbli għal dawn it-testijiet, il-kandidati jridu juru prova li rċevew:
|
3. |
It-taħriġ prattiku msemmi fil-punt 2(a) irid isir fil-biċċeriji, fl-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa u/jew l-impjanti tat-tqattigħ taħt is-superviżjoni ta' veterinarju uffiċjali. |
4. |
It-taħriġ u t-testijiet iridu jikkonċernaw prinċiparjament il-laħam aħmar jew il-laħam tat-tjur. Madankollu, il-persuni li jiġu mħarrġa għal waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji u jgħaddu mit-test iridu jkunu meħtieġa biss li jagħmlu taħriġ imqassar biex jgħaddu mit-test għall-kategorija l-oħra. It-taħriġ u t-testijiet iridu jkopru l-kaċċa selvaġġa, il-kaċċa mrobbija u l-lagomorfi, fejn xieraq. |
5. |
It-taħriġ għall-awżiljarji uffiċjali jenħtieġ li jkopri s-suġġetti li ġejjin, u t-testijiet jenħtieġ li jikkonfermaw l-għarfien dwarhom:
|
6. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu t-taħriġ u t-testijiet fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
|
7. |
L-awżiljarju uffiċjali jrid ikollu l-kapaċità għal kooperazzjoni multidixxiplinarja. |
8. |
L-awżiljarji uffiċjali jridu jżommu ruħhom aġġornati u jibqgħu infurmati dwar l-iżviluppi ġodda permezz ta' attivitajiet regolari ta' tkomplija tal-edukazzjoni u ta' pubblikazzjonijiet professjonali. Meta jkun possibbli, l-awżiljarju uffiċjali jrid iwettaq attivitajiet ta' taħriġ kontinwu kull sena. |
9. |
Jekk l-awżiljarji uffiċjali jwettqu biss teħid ta' kampjuni u analiżi b'rabta mal-eżamijiet għat-Trichinella u l-kriterji mikrobijoloġiċi, l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa biss li jiżguraw li dawn jirċievu t-taħriġ xieraq għal dawn il-kompiti. |
10. |
Ir-rikonoxximent reċiproku tat-testijiet għall-awżiljarji uffiċjali bejn l-Istati Membri jrid japplika, meta l-professjonisti jaqbżu l-fruntieri jew ikunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor. F'każ bħal dan it-testijiet jenħtieġ li jiġu llimitati għal suġġetti essenzjali għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u s-saħħa tal-annimali fl-Istati Membri tal-impjieg, iżda mhux koperti mit-testijiet fl-Istat Membru tal-oriġini. |
KAPITOLU III
PERSUNAL MAĦTUR MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
1. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru biss persunal li jkun għadda minn taħriġ u minn test b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 ta' dan il-Kapitolu. |
2. |
L-awtoritajiet kompetenti jridu jagħmlu l-arranġamenti għat-test imsemmi fil-punt 1. Sabiex ikunu eliġibbli għal dan it-test, il-kandidati jridu juru prova li rċevew:
|
3. |
It-taħriġ prattiku msemmi fil-punt 2(a) irid isir fl-impjanti tat-tqattigħ, taħt is-superviżjoni ta' veterinarju uffiċjali. |
4. |
It-taħriġ u t-testijiet iridu jikkonċernaw prinċiparjament il-laħam aħmar jew il-laħam tat-tjur. Madankollu, il-persuni li jiġu mħarrġa għal waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji u jgħaddu mit-test iridu jkunu meħtieġa biss li jagħmlu taħriġ imqassar biex jgħaddu mit-test għall-kategorija l-oħra. It-taħriġ u t-testijiet iridu jkopru l-kaċċa selvaġġa, il-kaċċa mrobbija u l-lagomorfi, fejn xieraq. |
5. |
It-taħriġ għall-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti jrid jinkludi s-suġġetti li ġejjin b'rabta mal-impjanti tat-tqattigħ, u t-testijiet iridu jikkonfermaw l-għarfien dwarhom:
|
6. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu t-taħriġ u t-testijiet fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
|
7. |
Il-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti jrid ikollu aptitudni għal kooperazzjoni multidixxiplinarja. |
8. |
Il-persunal maħtur mill-awtorità kompetenti jrid iżomm ruħu aġġornat u jibqa' infurmat dwar l-iżviluppi ġodda permezz ta' attivitajiet regolari ta' tkomplija tal-edukazzjoni u ta' pubblikazzjonijiet professjonali. Meta jkun possibbli, il-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti jrid iwettaq attivitajiet ta' taħriġ kontinwu kull sena. |
9. |
Ir-rikonoxximent reċiproku tat-testijiet għal persunal ieħor maħtur mill-awtoritajiet kompetenti bejn l-Istati Membri jrid japplika, meta l-professjonisti jaqbżu l-fruntieri jew ikunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor. F'każ bħal dan it-testijiet jenħtieġ li jiġu llimitati għal suġġetti essenzjali għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u s-saħħa tal-annimali fl-Istati Membri tal-impjieg, iżda mhux koperti mit-testijiet fl-Istat Membru tal-oriġini. |
(1) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).