Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0270

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/270 tat-18 ta' Frar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    ST/5776/2019/INIT

    ĠU L 46I, 18.2.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/270/oj

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 46/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/270

    tat-18 ta' Frar 2019

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta' Settembru 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

    (2)

    Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


    ANNESS

    Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:

    “4.

    Brahim el KHAYARI; data tat-twelid: 7 ta' Mejju 1992; post tat-twelid: Nîmes (Franza); nazzjonalità: Franċiż.”.

    Top