This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0751
Council Decision (EU) 2018/751 of 14 May 2018 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the Stabilisation and Association Council established by the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the former Yugoslav Republic of Macedonia, of the other part, concerning the transition to the second stage of the Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the former Yugoslav Republic of Macedonia, of the other part, pursuant to Article 5(3) of the Agreement
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/751 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna t-traniżazzjoni għat-tieni fażi tal-Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/751 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna t-traniżazzjoni għat-tieni fażi tal-Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim
ĠU L 126, 23.5.2018, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018D0751R(01) | (PT) |
23.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/751
tal-14 ta' Mejju 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna t-traniżazzjoni għat-tieni fażi tal-Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2004 |
(2) |
L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jipprevedi perijodu tranżitorju ta' massimu ta' għaxar snin maqsum f'żewġ stadji suċċessivi. |
(3) |
L-ewwel stadju beda fl-1 ta' April 2004, li kienet id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
(4) |
L-Artikolu 5(3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jevalwa l-progress li jkun sar u għandu jiddeċiedi dwar il-passaġġ għat-tieni fażi u d-durata tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil possibbli li għandu jsir fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tieni stadju. |
(5) |
Il-Partijiet huma determinati li jikkonformaw mal-obbligi li jirrigwardaw it-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċazzjoni. |
(6) |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ħadet il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità mal-obbligi kollha li jirriżultaw mit-tranżizzjoni għat-tieni stadju. |
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim li tikkonċerna t-tranżizzjoni għat-tieni fażi tal-Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.
ABBOZZ TA'
DEĊIŻJONI Nru …/2018 TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI
ta' …
li tikkonċerna t-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzoni
IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jipprevedi perjodu tranżitorju ta' massimu ta' għaxar snin maqsum f'żewġ stadji suċċessivi. |
(2) |
L-ewwel stadju beda fl-1 ta' April tal-2004, li kienet id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
(3) |
L-Artikolu 5(3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jevalwa l-progress li jkun sar u għandu jiddeċiedi dwar il-passaġġ għat-tieni fażi u d-durata tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil possibbli li għandu jsir fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tieni stadju. |
(4) |
Il-Partijiet huma determinati li jikkonformaw mal-obbligi li jirrigwardaw it-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċjazzjoni. |
(5) |
L-ex Repubblika Yugoslava tal-Maċedonia ħadet il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità mal-obbligi kollha li jirriżultaw mit-tranżizzjoni għat-tieni stadju, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim, qiegħda b'dan issir effettiva.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi…,
Għall-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Il-President