This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1367
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/1367 of 4 June 2015 amending Delegated Regulation (EU) No 807/2014 as regards transitional provisions for the 2007-2013 rural development programmes
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1367 tal-4 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għal programmi tal-iżvilupp rurali 2007-2013
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1367 tal-4 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għal programmi tal-iżvilupp rurali 2007-2013
ĠU L 211, 8.8.2015, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2527
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0807 | Tlestija | artikolu 19 Test | 11/08/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32022R2527 | 01/01/2023 |
8.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/7 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1367
tal-4 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għal programmi tal-iżvilupp rurali 2007-2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 89 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 (2) ħassar ir-Regolament (UE) Nru 1974/2006 (3). Madankollu, l-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014 jistipula li r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jkompli japplika għal operazzjonijiet implimentati li jsegwu programmi approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (4) qabel l-1 ta' Jannar 2014. |
(2) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jiffissa limitu massimu għal trasferimenti mill-Istati Membri tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR bejn l-assi ta' prijorità tal-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom u jiffissal-iskadenzi għan-notifika ta' tibdil bħal dan lill-Kummissjoni u għall-valutazzjoni ta' dawk il-bidliet mill-Kummissjoni. |
(3) |
Id-diffikultajiet ekonomiċi kontinwi fl-Istati Membri kellhom impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' prijorità speċifika fi ħdan il-programmi tal-iżvilupp rurali tal-2007-2013. |
(4) |
L-adozzjoni tard tal-bażi legali għall-perjodu ta' programmar il-ġdid ittardjat b'mod sinifikanti l-adozzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali għall-2014-2020, li b'hekk kompliet tnaqqas il-possibbiltajiet tal-Istati Membri li jappoġġaw l-ekonomiji rurali. |
(5) |
Sabiex jinvestu r-riżorsi kollha possibbli fit-tkabbir u l-impjiegi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħmlu użu mill-fondi li diġà ġew impenjati skont programmi kofinanzjati mill-Unjoni. |
(6) |
Għaldaqstant huwa xieraq li tiżdied il-flessibbiltà għat-trasferimenti bejn l-assi. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“Fir-rigward tat-trasferimenti bejn l-assi, il-limitu ta' 3 % stabbilit fl-Artikolu 9(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu jiżdied għal 5 %.
Fir-rigward tad-data ta' skadenza għan-notifika tal-bidliet fil-programm lill-Kummissjoni, id-data ta' skadenza tal-31 ta' Awwissu 2015 stabbilita fl-Artikolu 9(3) tar Regolament (KE) Nru 1974/2006 għanda tiġi estiża sat-30 ta' Settembru 2015.
Fir-rigward tad-data ta' skadenza tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni tat-tibdiliet mitluba, il-perjodu ta' erba' xhur stabbilit fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu jiġi mnaqqas għal perjodu ta' tliet xhur.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).