This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0057
Commission Implementing Directive 2013/57/EU of 20 November 2013 amending Directives 2003/90/EC and 2003/91/EC setting out implementing measures for the purposes of Article 7 of Council Directive 2002/53/EC and Article 7 of Council Directive 2002/55/EC respectively, as regards the characteristics to be covered as a minimum by the examination and the minimum conditions for examining certain varieties of agricultural plant species and vegetable species Text with EEA relevance
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/57/UE tal- 20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/57/UE tal- 20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 312, 21.11.2013, p. 38–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003L0090 | Sostituzzjoni | anness I | 11/12/2013 | |
Modifies | 32003L0090 | Sostituzzjoni | anness II | 11/12/2013 | |
Modifies | 32003L0091 | Sostituzzjoni | anness II | 11/12/2013 | |
Modifies | 32003L0091 | Sostituzzjoni | anness I | 11/12/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32013L0057R(01) | (LV) |
21.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/38 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/57/UE
tal-20 ta’ Novembru 2013
li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tal-ispeċi varji u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali linji gwida. Għal varjetajiet oħra dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV). |
(2) |
Is-CPVO u l-UPOV sadanittant stabbilixxew linji gwida oħrajn u aġġornaw dawk eżistenti. |
(3) |
Għalhekk, id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Lulju 2014, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014. Għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2014.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza bħal din.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.
(2) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).
ANNESS
PARTI A
ANNESS I
Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
Festuca filiformis Pourr. |
Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
Festuca ovina L. |
Żwien in-nagħaġ |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
Festuca rubra L. |
Żwien aħmar |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina |
Żwien iebes |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
Lolium multiflorum Lam. |
Sikrana Taljana |
TP 4/1 tat-23.6.2011 |
Lolium perenne L. |
Sikrana perenni |
TP 4/1 tat-23.6.2011 |
Lolium x boucheanum Kunth |
Sikrana ibrida |
TP 4/1 tat-23.6.2011 |
Pisum sativum L. |
Piżelli |
TP 7/2 tal-11.3.2010 |
Brassica napus L. |
Kolza Svediża |
TP 36/2 tas-16.11.2011 |
Cannabis sativa L. |
Qanneb |
TP 276/1 tat-28.11.2012 |
Helianthus annuus L. |
Ġirasol |
TP 81/1 tal-31.10.2002 |
Linum usitatissimum L. |
Kittien/Żerriegħa tal-kittien |
TP 57/1 tal-21.3.2007 |
Avena nuda L. |
Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq |
TP 20/1 tas-6.11.2003 |
Avena sativa L. (includes A. byzantina K. Koch) |
Ħafur u Ħafur aħmar |
TP 20/1 tas-6.11.2003 |
Hordeum vulgare L. |
Xgħir |
TP 19/3 tal-21.3.2012 |
Oryza sativa L. |
Ross |
TP 16/2 tal-21.3.2012 |
Secale cereale L. |
Segala |
TP 58/1 tal-31.10.2002 |
xTriticosecale Wittm. ex A. Camus |
Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta’ xi speċi tal-ġenus Triticum ma’ xi speċi tal-ġenus Secale |
TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011 |
Triticum aestivum L. |
Qamħ |
TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011 |
Triticum durum Desf. |
Qamħ tat-tip durum |
TP 120/2 tas-6.11.2003 |
Zea mays L. |
Qamħirrun |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
Solanum tuberosum L. |
Patata |
TP 23/2 tal-1.12.2005 |
It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu). |
ANNESS II
Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
UPOV guideline |
Beta vulgaris L. |
Pitravi tal-għalf |
TG/150/3 tal-4.11.1994 |
Agrostis canina L. |
Ħaxix iebes bellusi |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
Agrostis gigantea Roth. |
Red top |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
Agrostis stolonifera L. |
Ħaxix iebes li jixxeblek |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
Agrostis capillaris L. |
Brown top |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
Bromus catharticus Vahl |
Rescue grass |
TG/180/3 tal-4.4.2001 |
Bromus sitchensis Trin. |
Bunixxief tal-alaska |
TG/180/3 tal-4.4.2001 |
Dactylis glomerata L. |
Sieq is-serduq |
TG/31/8 tas-17.4.2002 |
Festuca arundinacea Schreber |
Żwien twil |
TG/39/8 tas-17.4.2002 |
Festuca pratensis Huds. |
Żwien il-bur |
TG/39/8 tas-17.4.2002 |
xFestulolium Asch. et Graebn. |
Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta’ speċi tal-ġenus Festuca ma’ speċi tal-ġenus Lolium |
TG/243/1 tad-9.4.2008 |
Phleum nodosum L. |
Ħaxix ta’ timothy żgħir |
TG/34/6 tas-7.11.1984 |
Phleum pratense L. |
Ħaxix ta’ timothy |
TG/34/6 tas-7.11.1984 |
Poa pratensis L. |
Ħaxix il-bur taz-zokk lixx |
TG/33/6 tat-12.10.1990 |
Lotus corniculatus L. |
Qrempuċ tal-mogħoż |
TG 193/1 tad-9.4.2008 |
Lupinus albus L. |
Lupina bajda |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
Lupinus angustifolius L. |
Lupina tal-werqa dejqa |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
Lupinus luteus L. |
Lupina safra |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
Medicago sativa L. |
Xnien |
TG/6/5 tas-6.4.2005 |
Medicago x varia T. Martyn |
Xnien ir-ramel |
TG/6/5 tas-6.4.2005 |
Trifolium pratense L. |
Silla ħamra |
TG/5/7 tal-4.4.2001 |
Trifolium repens L. |
Silla bajda |
TG/38/7 tad-9.4.2003 |
Vicia faba L. |
Favetta |
TG/8/6 tas-17.4.2002 |
Vicia sativa L. |
Ġulbiena komuni |
TG/32/7 tal-20.3.2013 |
Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb. |
Kolza |
TG/89/6rev. tal-4.4.2001 + 1.4.2009 |
Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. |
Ravanell tal-għalf |
TG/178/3 tal-4.4.2001 |
Arachis hypogea L. |
Karawett |
TG/93/3 tat-13.11.1985 |
Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs |
Rapa tan-nevew |
TG/185/3 tas-17.4.2002 |
|
|
|
Carthamus tinctorius L. |
Għosfor |
TG/134/3 tat-12.10.1990 |
Gossypium spp. |
Qoton |
TG/88/6 tal-4.4.2001 |
Papaver somniferum L. |
Peprin |
TG/166/3 tal-24.3.1999 |
Sinapis alba L. |
Ġarġir abjad |
TG/179/3 tal-4.4.2001 |
Glycine max (L.) Merrill |
Fażola tas-sojja |
TG/80/6 tal-1.4.1998 |
Sorghum bicolor (L.) Moench |
Sorgu |
TG/122/3 tal-6.10.1989 |
It-test ta’ dawn il-linji gwida jista’ jinstab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int). |
PARTI B
ANNESS I
Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
Allium cepa L. (Cepa group) |
Basal u Ekaljun |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
Allium cepa L. (Aggregatum group) |
Shallot |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
Allium fistulosum L. |
Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) |
TP 161/1 tal-11.3.2010 |
Allium porrum L. |
Kurrat |
TP 85/2 tal-1.4.2009 |
Allium sativum L. |
Tewm |
TP 162/1 tal-25.3.2004 |
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat selvaġġ |
TP 198/1 tal-1.4.2009 |
Apium graveolens L. |
Karfus |
TP 82/1 tat-13.3.2008 |
Apium graveolens L. |
Celeriac (xorta ta’ krafes) |
TP 74/1 tat-13.3.2008 |
Asparagus officinalis L. |
Asparagu |
TP 130/2 tas-16.2.2011 |
Beta vulgaris L. |
Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham |
TP 60/1 tal-1.4.2009 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mberfla |
TP 90/1 tas-16.2.2011 |
Brassica oleracea L. |
Pastard |
TP 45/2 tal-11.3.2010 |
Brassica oleracea L. |
Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż |
TP 151/2 tal-21.3.2007 |
Brassica oleracea L. |
Brussels sprouts |
TP 54/2 tal-1.12.2005 |
Brassica oleracea L. |
Ġidra |
TP 65/1 tal-25.3.2004 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra |
TP 48/3 tas-16.2.2011 |
Brassica rapa L. |
Kaboċċa Ċiniża |
TP 105/1 tat-13.3.2008 |
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jaħraq jew Bżar |
TP 76/2 tal-21.3.2007 |
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi |
TP 118/2 tal-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra industrijali |
TP 172/2 tal-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra Witloof |
TP 173/1 tal-25.3.2004 |
Citrullus lanatus (Thumb.) Matsum. et Nakai |
Dulliegħ |
TP 142/1 tal-21.3.2007 |
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
TP 104/2 tal-21.3.2007 |
Cucumis sativus L. |
Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin) |
TP 61/2 tat-13.3.2008 |
Cucurbita pepo L. |
Qara’ bagħli jew Zukkini |
TP 119/1 tal-25.3.2004 |
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ tond u Kardun |
TP 184/2 tas-27.2.2013 |
Daucus carota L. |
Karrotti u Karrotti għall-għalf |
TP 49/3 tat-13.3.2008 |
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
TP 183/1 tal-25.3.2004 |
Lactuca sativa L. |
Ħass |
TP 13/5 tas-16.2.2011 |
Solanum Lycopersicum L. |
Tadama |
TP 44/4 rev. tas-27.2.2013 |
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
TP 136/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus coccineus L. |
Fażola ta’ Spanja |
TP 9/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza |
TP 12/4 tas-27.2.2013 |
Pisum sativum L. (partim) |
Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea) |
TP 7/2 tal-11.3.2010 |
Raphanus sativus L. |
Ravanell, Ravanell iswed |
TP 64/2 tas-27.2.2013 |
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
TP 117/1 tat-13.3.2008 |
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
TP 55/5 tas-27.2.2013 |
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf |
TP 75/2 tal-21.3.2007 |
Vicia faba L. (partim) |
Ful kbir |
TP Broadbean/1 tal-25.3.2004 |
Zea mays L. (partim) |
Qamħ ħelu u Popkorn |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu). |
ANNESS II
Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Linja gwida tal-UPOV |
Beta vulgaris L. |
Pitravi tal-ispinaċi jew Chard |
TG/106/4 tal-31.3.2004 |
Brassica rapa L. |
Nevew |
TG/37/10 tal-4.4.2001 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra b’weraq kbir jew Ċikwejra Taljana |
TG/154/3 tat-18.10.1996 |
Cucurbita maxima Duchesne |
Qargħa tat-tip gourd |
TG/155/4rev. tat-28.3.2007 + 1.4.2009 |
Rheum rhabarbarum L. |
Rabarbru |
TG/62/6 tal-24.3.1999 |
Scorzonera hispanica L. |
Scorzonera jew Salsafja sewda |
TG/116/4 tal-24.3.2010 |
Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg |
Tadam selvaġġ |
TG/294/1 tal-20.3.2013 |
It-test ta’ dawn il-linji gwida jista’ jinstab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int). |