Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0532

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2012 tal- 21 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom f’dak li jirrigwarda influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 163, 22.6.2012, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/532/oj

    22.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 163/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2012

    tal-21 ta’ Ġunju 2012

    li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom f’dak li jirrigwarda influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4).

    (2)

    Il-Parti 2 tal-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni tistipula lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn tiġi awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti, li huma soġġetti għal trattamenti differenti elenkati fil-Parti 4 ta’ dak l-Anness.

    (3)

    L-Iżrael huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem miksuba minn laħam tat-tiġieġ, ratiti mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa slavaġ, li għaddew minn trattament mhux speċifiku, li għalih l-ebda temperatura minima mhi speċifikata (“trattament A”).

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5) jistabbilixxi li l-prodotti koperti b’dak ir-Regolament jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu tranżitu minnha mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella tal-Parti 1 fl-Anness I tiegħu.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula wkoll il-kundizzjonijiet għal pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja f’dak ir-rigward għall-prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni.

    (6)

    L-Iżrael huwa elenkat fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu l-prodotti kollha tat-tjur koperti minn dak ir-Regolament jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni.

    (7)

    Fit-8 u d-9 ta’ Marzu 2012, l-Iżrael innotifika lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fit-territorju tiegħu. Minħabba li ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI, it-territorju tal-Iżrael ma għandux ikompli jitqies bħala ħieles minn dik il-marda. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael issospendew il-ħruġ ta’ ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta’ ċerti prodotti tat-tjur mit-territorju kollu tiegħu maħsuba għall-importazzjonijiet fl-Unjoni.

    (8)

    Bħala konsegwenza ta’ dawn it-tifqigħat tal-HPAI, l-Iżrael ma għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem għall-applikazzjoni tat-“trattament A” għall-prodotti tal-laħam u għal stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem miksuba minn laħam tat-tjur, ratiti mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa slavaġ kif elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. It-“trattament A” attwali mhuwiex biżżejjed biex jelimina r-riskji għas-saħħa tal-bhejjem marbuta ma’ dawk il-prodotti u, għaldaqstant, hekk kif ġiet ikkonfermata l-HPAI l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael issospendew immedjatament iċ-ċertifikazzjoni għall-prodotti li għaddew minn trattament bħal dan.

    (9)

    L-Iżrael informa lill-Kummissjoni bil-miżuri tal-kontroll li ttieħdu fir-rigward tat-tifqigħat riċenti tal-HPAI. Din l-informazzjoni u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Iżrael ġew ivvalutati mill-Kummissjoni.

    (10)

    L-Iżrael implimenta politika ta’ qerda sabiex jikkontrolla din il-marda u jillimita t-tixrid tagħha. Barra minn hekk, l-Iżrael qiegħed iwettaq ukoll attivitajiet ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur li jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

    (11)

    Ir-riżultat pożittiv tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-miżuri ta’ kontroll li ttieħdu mill-Iżrael u s-sitwazzjoni epidemjoloġika f’dak il-pajjiż terz jippermettu li r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tjur fl-Unjoni jiġu limitati għaż-żoni milquta mill-marda, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael poġġew taħt restrizzjonijiet veterinarji. Ir-restrizzjonijiet fuq dawn l-importazzjonijiet għandhom japplikaw matul perjodu ta’ tliet xhur sat-22 ta’ Ġunju 2012, wara li jsir tindif u diżinfettar adegwat tal-istabbilimenti li qabel kienu infettati, dejjem jekk is-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur tkun saret mill-Iżrael matul dak il-perjodu.

    (12)

    It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE telenka t-territorji jew il-partijiet tat-territorji ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika r-reġjonalizzazzjoni minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-bhejjem. Għaldaqstant, għandha tiddaħħal annotazzjoni għall-Iżrael f’dik it-tabella, li tindika ż-żona fl-Iżrael li hija affettwata mit-tifqigħat tal-HPAI tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2012.

    (13)

    Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata wkoll sabiex tipprevedi għat-trattament adegwat ta’ prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem miksuba minn laħam tat-tjur, ratiti mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa slavaġ li joriġinaw miż-żona fl-Iżrael affettwata minn dawk it-tifqigħat.

    (14)

    Barra minn hekk, l-annotazzjoni għall-Iżrael fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata sabiex iżżid żona bil-kodiċi IL-4 li tiddeskrivi dik il-parti tal-Iżrael li fiha hemm ir-restrizzjonijiet għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tat-tjur fir-rigward tat-tifqigħat riċenti tal-HPAI tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2012. Id-“dati ta’ ftuħ” u “dawk ta’ għeluq” tat-8 ta’ Marzu 2012 u tat-22 ta’ Ġunju 2012 rispettivament għandhom ikunu indikati fil-kolonni 6 A u 6B għaż-żona koperta minn dak il-kodiċi.

    (15)

    Barra minn hekk, wara li fl-2011 kien hemm tifqigħa ta’ HPAI, l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tjur mill-Iżrael lejn l-Unjoni ġew ipprojbiti permezz tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2011 (6). Id-“data ta’ għeluq” tat-8 ta’ Marzu 2011 indikata fil-kolonna 6 A għaż-żona fl-Iżrael koperta mill-kodiċi IL-3 fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, relatata ma’ dik it-tifqigħa għandha titħassar peress li għadda l-perjodu ta’ 90 jum li matulu l-prodotti li ġew immanifatturati qabel dik id-data jkunu jistgħu jiġu importati.

    (16)

    Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

    (17)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

    (3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (5)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

    (6)  ĠU L 113, 3.5.2011, p. 3.


    ANNESS I

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Parti 1, l-annotazzjoni l-ġdida li ġejja għall-Iżrael tiddaħħal wara l-annotazzjoni għaċ-Ċina:

    “L-Iżrael

    IL

     

    Il-pajjiż kollu

    IL-1

    01/2012

    Il-pajjż kollu tal-Iżrael, minbarra ż-żona ta’ IL-2 fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja.

    IL-2

    01/2012

    Iż-żona tal-Iżrael bejn dawn il-konfini li ġejjin fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja:

    Il-konnessjoni tal-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża) mal-konfini tal-Iżrael-Eġittu.

    Lejn in-Nofsinhar fuq il-konfini tal-Iżrael-Eġittu sa latitudni 31° 06′ N.

    Lejn il-Lvant fuq latitudni 31° 06′ N sa lonġitudni 34° 26′ E.

    Linja dritta lejn it-Tramuntana sal-konnessjoni Nassi (konnessjoni tar-rotot 264 u 25).

    Ir-rotta 264 lejn it-Tramuntana sal-konnessjoni Bet Kama (konnessjoni tar-rotot 264 u 40).

    Lejn il-Lvant fuq latitudni 31° 27′ N sa lonġitudni 34° 52′ E.

    Lejn it-Tramuntana fuq lonġitudni 34° 52′ E sar-rotta 353.

    Linja dritta sakemm jiltaqgħu r-rotta 40 u latitudni 31° 40′ N.

    Lejn il-Punent fuq latitudni 31° 40′ N sal-baħar.

    Lejn in-Nofsinhar fuq il-kosta Meditteranja sal-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża).

    Lejn in-Nofsinhar fuq il-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża).”

    (2)

    fil-Parti 2, l-annotazzjoni għall-Iżrael hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IL

    L-Iżrael IL

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    L-Iżrael IL-1

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    L-Iżrael IL-2

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    XXX”


    ANNESS II

    Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Iżrael hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IL – L-Iżrael

    IL-0

    Il-pajjiż kollu

    SPF

     

     

     

     

     

     

     

    EP, E

     

     

     

     

     

     

    S4

    IL-1

    Iż-żona fl-Iżrael minbarra IL-2, IL-3 u IL-4

    BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

     

    N

     

     

    A

     

    S5, ST1

    WGM

    VIII

     

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

     

     

     

     

     

    IL-2

    Iż-żona fl-Iżrael bejn il-konfini li ġejjin:

    lejn il-Punent: it-triq numru 4.

    lejn in-Nofsinhar: it-triq numru 5812 konnessa mat-triq numru 5815

    lejn il-Lvant: il-ħajt ta’ sigurtà sat-triq numru 6513.

    lejn it-Tramuntana: it-triq numru 6513 sal-konnessjoni mat-triq numru 65. Minn dan il-punt f’linja dritta sad-daħla ta’ Givat Nili u minn hemm f’linja dritta sal-konnessjoni tat-toroq 652 u 4.

    BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

     

    N, P2

     

    1.5.2010

    A

     

    S5, ST1

    WGM

    VIII

    P2

     

    1.5.2010

     

     

     

    POU, RAT

     

    N, P2

     

    1.5.2010

     

     

     

    IL-3

    Iż-żona fl-Iżrael bejn il-konfini li ġejjin:

    lejn it-Tramuntana: it-triq numru 386 sal-konfini muniċipali ta’ Ġerusalemm, ix-xmara Refaim, il-konfini l-antika bejn l-Iżrael u l-Ġordan (“linja ħadra”)

    lejn il-Lvant: it-triq numru 356

    lejn in-Nofsinhar: it-toroq numru 8670, 3517 u 354:

    lejn il-Punent: linja dritta lejn it-Tramuntana sat-triq numru 367, li ssegwi t-367 lejn il-Punent u mbagħad lejn it-Tramuntana sat-triq numru 375 u lejn il-Punent tar-raħal ta’ Matta f’linja lejn il-Grieg it-Tramuntana sat-triq numru 386.

    BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

     

    N, P2

     

    14.6.2011

    A

     

    S5, ST1

    WGM

    VIII

    P2

     

    14.6.2011

     

     

     

    POU, RAT

     

    N, P2

     

    14.6.2011

     

     

     

    IL-4

    Iż-żona fl-Iżrael bejn il-konfini li ġejjin:

    Il-konnessjoni tal-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (mal-konfini tal-Iżrael-Eġittu.

    Lejn in-Nofsinhar fuq il-konfini tal-Iżrael-Eġittu sa latitudni 31° 06′ N.

    Lejn il-Lvant fuq latitudni 31° 06′ N sa lonġitudni 34° 26′ E.

    Linja dritta lejn it-Tramuntana sal-konnessjoni Nassi (konnessjoni tar-rotot 264 u 25).

    Ir-rotta 264 lejn it-Tramuntana sal-konnessjoni Bet Kama (konnessjoni tar-rotot 264 u 40).

    Lejn il-Lvant fuq latitudni 31° 27′ N sa lonġitudni 34° 52′ E.

    Lejn it-Tramuntana fuq lonġitudni 34° 52′ E sar-rotta 353.

    Linja dritta sakemm jiltaqgħu r-rotta 40 u latitudni 31° 40′ N.

    Lejn il-Punent fuq latitudni 31° 40′ N sal-baħar.

    Lejn in-Nofsinhar fuq il-kosta Meditteranja sal-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża).

    Lejn in-Nofsinhar fuq il-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża).

    BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

     

    N, P2

    8.3.2012

    22.6.2012

    A

     

    S5, ST1”

    WGM

    VIII

    P2

    8.3.2012

    22.6.2012

     

     

     

    POU, RAT

     

    N, P2

    8.3.2012

    22.6.2012

     

     

     


    Top