Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1627R(01)

1627/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 tal- 24 ta’ Ottubru 2006 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

ĠU L 84M, 31.3.2009, p. 475–493 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1627/corrigendum/2009-03-31/oj

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/475


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1627/2006

tal-24 ta’ Ottubru 2006

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2) stabbilixxa formola obbligatorja u komprensiva għan-notifikazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat.

(2)

Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida l-ġodda dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perijodu mill-2007 sal-2013 (3) hu neċessarju li jkunu modifikati il-partijiet tal-formula tan-notifikazzjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Fil-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, il-paġni 4 u 5 ta' Informazzjoni Supplimentari huma mibdulin b'dan li jmiss:

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att għall-Adeżjoni tal-2003

(2)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.


Top