This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005E0868
Council Joint Action 2005/868/CFSP of 1 December 2005 amending Joint Action 2005/355/CFSP on the European Union mission to provide advice and assistance for security sector reform in the Democratic Republic of the Congo (DRC) with regard to setting up a technical assistance project on improving the chain of payments of the Ministry of Defence in the DRC
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/868/PESK ta’ l- 1 ta' Diċembru 2005 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK dwar il-missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea biex tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment ta' proġett ta' assistenza teknika rigward it-titjib tal-linja ta' ħlas tal-Ministeru tad-Difiża fid-DRC
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/868/PESK ta’ l- 1 ta' Diċembru 2005 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK dwar il-missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea biex tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment ta' proġett ta' assistenza teknika rigward it-titjib tal-linja ta' ħlas tal-Ministeru tad-Difiża fid-DRC
ĠU L 318, 6.12.2005, p. 29–31
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 122–124
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005E0355 | Żieda | artikolu 9BI | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0355 | Żieda | artikolu 8BI | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0355 | Tlestija | artikolu 2 | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0355 | Żieda | artikolu 3.C) | 01/12/2005 | |
Modifies | 32005E0355 | Żieda | anness | 01/12/2005 |
29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
122 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/868/PESK
ta’ l-1 ta' Diċembru 2005
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK dwar il-missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea biex tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment ta' proġett ta' assistenza teknika rigward it-titjib tal-linja ta' ħlas tal-Ministeru tad-Difiża fid-DRC
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 14, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25, u t-tieni inċiż tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 28 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara stedina uffiċjali mill-gvern tad-DRC bid-data tas-26 ta' April 2005, fit-2 ta' Mejju 2005 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK dwar il-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) (1), imsejħa “EUSEC RD Congo”. |
(2) |
Il-missjoni EUSEC RD Congo timmira biex tipprovdi appoġġ prattiku għall-integrazzjoni ta’ l-armata Kongoliża u governanza tajba fil-qasam tas-sigurtà, inkluż fl-oqsma tal-kontroll u tal-ġesjtoni tal-budget u tal-finanzi, ta' l-istatus tal-professjoni militari, tat-taħriġ, ta' l-akkwist pubbliku, tal-kontabilità u tal-monitoraġġ finanzjarju. L-Artikolu 2 ta' l-Azzjoni Konġunta imsemmija jipprevedi li l-missjoni EUSEC RD Congo għandha tidentifika u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' diversi proġetti u għażliet differenti li l-Unjoni Ewropea u/jew l-Istati Membri tagħha jistgħu jiddeċiedu li jappoġġjaw f'dan il-qasam. |
(3) |
Wara talba mill-Gvern Kongoliż bid-data tad-19 ta' Lulju 2005 għal appoġġ tekniku u loġistiku għall-modernizzazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-persunal u tal-finanzi tal-Forzi Armati tad-DRC, il-missjoni EUSEC RD Congo fasslet abbozz ta' programm ta' assistenza teknika maħsub biex, b'mod partikolari, jimmodernizza l-linja ta' ħlas tal-Ministeru tad-Difiża fid-DRC. |
(4) |
Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli nnotifika lill-Gvern Kongoliż b'ittra datata il-11 ta' Novembru 2005 bl-intenzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi proġett ta' assistenza teknika maħsub biex jimmodernizza l-imsemmija linja ta' ħlas. |
(5) |
Fil-21 ta' Novembru 2005, il-Kunsill approva l-kunċett ġenerali għall-istabbiliment ta’ proġett ta' assistenza teknika għall-modernizzazzjoni ta' l-imsemmija linja ta' ħlas. Il-proġett għandu jiġi stabbilit bħala entità distinta fi ħdan il-missjoni EUSEC RD Congo. |
(6) |
Il-proġett ta' linja ta' ħlas jaqa' taħt il-mandat u l-objettivi tal-missjoni EUSEC RD Congo, missjoni b'karattru ċivili, iżda, minħabba l-istruttura u r-regoli ta' implimentazzjoni tal-proġett kif ukoll in-numru tal-persunal u l-budget meħtieġ, jeħtieġ li tiġi emendata l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK. |
(7) |
Jeħtieġ li Stati terzi jipparteċipaw fil-proġett b'mod konformi mal-linji gwida ġenerali definiti mill-Kunsill Ewropew. |
(8) |
Il-persunal li ser jiġi mibgħut fid-DRC fil-qafas tal-proġett għall-modernizzazzjoni tal-linja ta' ħlas ser ikun kopert mid-dispożizzjonijiet dwar l-istatut tal-persunal għall-persunal li diġà jinsab insedjat għall-missjoni EUSEC RD Congo. |
(9) |
Il-proġett ser jitwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tmur għall-agħar u li tista' tkun ta' ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK hija emendata kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fil-qafas tal-mandat deskritt fl-ewwel paragrafu, għandu jiġi stabbilit fi ħdan il-missjoni, proġett ta' assistenza teknika għall-modernizzazzjoni tal-linja ta' ħlas tal-Ministeru tad-Difiża fid-DRC, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ‘proġett ta' linja ta' ħlas’, sabiex jitwettqu l-kompiti, definiti fil-kunċett ġenerali għall-proġett.” |
2) |
Ma' l-Artikolu 3 għandu jiżdied il-punt li ġej:
. |
3) |
L-Artikolu 8a li ġej għandu jiġi inserit: “Artikolu 8a Parteċipazzjoni ta' Stati terzi fil-proġett ta' linja ta' ħlas 1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-UE u tal-qafas istituzzjonali uniku tagħha, xi Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jagħtu kontribut għall-proġett ta' linja ta' ħlas, bil-ftehim li huma jħallsu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inklużi l-pagi, l-assikurazzjoni ta' ‘riskju għoli’, il-benefiċċji u l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar lejn u mid-DRC u li huma jikkontribwixxu kif xieraq għall-ispejjeż tal-funzjonament tal-proġett tal-linja tal-ħlas. 2. L-Istati terzi li jagħtu kontribut lill-proġett tal-linja tal-ħlas għandhom ikollhom l-istess drittijiet u obbligi f'termini tal-ġestjoni ta' kuljum tal-proġett daqs l-Istati Membri ta' l-UE. 3. Il-Kunsill jawtorizza lill-COPS biex jieħu d-deċiżjonijiet pertinenti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u biex joħloq Kumitat tal-Kontributuri. 4. L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehim konkluż b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-SĠ/RGħ, li għandu jassisti lill-Presidenza, jista' jinnegozja dawn l-arranġamenti f'isem din ta' l-aħħar. Jekk l-UE u Stat terz ikunu ikkonkludew ftehim li jistabbilixxi l-qafas għall-parteċipazzjoni ta' dan l-Istat terz f'xi operazzjonijiet ta' l-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-proġett tal-linja tal-ħlas.” . |
4) |
L-Artikolu 9a li ġej għandu jiġi inserit: “Artikolu 9a Dispożizzjonijiet partikolari rigward il-finanzjament tal-proġett ta' linja ta' ħlas 1. Għall-perijodu li jintemm fil-15 ta' Frar 2006, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
2. Għall-perijodu mill-16 ta' Frar sat-2 ta' Mejju 2006, in-nefqa operattiva marbuta mal-proġett ta' linja ta' ħlas għandha titħallas mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(*) ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/68/PESK (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 59).”." |
5) |
L-Anness li ġej għandu jkun miżjud: “ANNESS Lista ta' kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri previsti fl-Artikolu 9a, paragrafu 1 punt a)
|
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Maghmula fi Brussel, nhar l-1 ta' Diċembru 2005.
Ghall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20.